31985L0391

Is-sitt Direttiva tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 1985 li taddatta għal progress tekniku l-Annessi II, III, IV, V u VI tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

Official Journal L 224 , 22/08/1985 P. 0040 - 0041
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 6 P. 0026
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 6 P. 0026
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 14 P. 0187
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 14 P. 0187
CS.ES Chapter 13 Volume 008 P. 41 - 42
ET.ES Chapter 13 Volume 008 P. 41 - 42
HU.ES Chapter 13 Volume 008 P. 41 - 42
LT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 41 - 42
LV.ES Chapter 13 Volume 008 P. 41 - 42
MT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 41 - 42
PL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 41 - 42
SK.ES Chapter 13 Volume 008 P. 41 - 42
SL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 41 - 42


Is-sitt Direttiva tal-Kummissjoni

tas-16 ta' Lulju 1985

li taddatta għal progress tekniku l-Annessi II, III, IV, V u VI tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

(85/391/KEE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 84/415/KEE [2], u b'mod partikulari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi sabiex tkun protetta s-saħħa pubblika għandu jkun ipprojbit l-użu ta' ċerti eteri tal-hydroquinone fi prodotti kosmetiċi;

Billi fuq il-bażi tar-riċerka xjentifika u teknika l-aktar riċenti u soġġett għal ċerti restrizzjonijiet u kondizzjonijiet, l-użu tad-disulfid tas-selenjum f'shampoo ta' kontra l-brija jista' jkun permissibbli; billi l-użu ta' ċerti kumplessi taż-żirkonjum ta' l-aluminium bħala prodotti kontra l-għaraq jista' jkun definittivament permissibli;

Billi ċerti priservattivi jistgħu jirrilaxxaw il-formaldehyde u konsegwentament prodotti lesti li jkun fihom dawn il-priservattivi għandhom ikunu magħmula soġġett għall-kondizzjonijiet tal-ittikkettjar kif stabbiliti għall-formaldehyde;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f' din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattazzjoni għall-Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-Tneħħija ta' l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ fis-Settur tal-Prodotti Kosmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 76/768/KEE hi b'dan emendata kif ġej:

1. Fl-Anness II:

- taħt ir-referenza Nru 167, "l-Anness IV, il-Parti 1" jinbidel b' "l-Anness VII, il-Parti 2";

- ir-referenza Nru 178 tinbidel bi:

"178. 4-Benzyloxyphenol, 4-methoxyphenol u 4-ethoxyphenol";

- ir-referenza Nru 297 tinbidel bi:

"297. Selenjum u t-taħlitiet tiegħu bl-eċċezzjoni tad-disulfid tas-selenjum permezz tal-kondizzjonijiet elenkati taħt Nru ta' referenza 49 fl-Anness III, il-Parti 1";

2. Fl-Anness III il-Parti 1, in-numri ta' referenza li ġejjin huma miżjuda:

a | b | ċ | d | e | f |

49 | Disulfid tas-selenjum | Shampoo kontra l-brija | 1 % | | —Fih id-disulfid tas-selenjum—Evita l-kuntatt ma' l-għajnejn jew ma' ġilda li għandha xi ħsara |

50 | Kumplessi ta' l-idrossidu tal-klorid taż-żirkonju ta' l-aluminju AlxZr(OH)yClz u l-kumplessi tas-sidrossidu tal-griċerina taż-żirkonju ta' l-aluminju | Prodotti kontra l-għaraq | 20 % bħala l-anidrossidu tal- idrossidu taż-żirkonju ta' l-aluminju 5,4 % bħala zirkonju | 1.Ir-relattività tan-numru ta' atomi ta' l-aluminju ma dawk ta' l-atomi taż-żirkonju għandha tkun bejn tnejn u 102.Ir-relattività tan-numru ta' l-atomi ta' (Al + Zr) ma dak ta' l-atomi tal-klorin għandha tkun bejn 0,9 u 2,13.Ipprojbit fl-aerosol dispensers | Tapplikahx fuq ġilda irritata jew li għandha xi ħsara |

3. Fl-Anness IV, il-Parti 1, Nru 7 hija mħassra:

4. Fl-Anness V, Nru 6 jinbidel bi:

"6. Iż-żirkonju u l-komposti tiegħu, bl-eċċezzjoni tal-kumplessi taħt Nru ta' referenza 50 fl-Anness III, il-Parti 1 u ta' laki, imluħa u pigmenti taż-żirkonju ta' l-aġenti taż-żebgħa mniżżla elenkati mar-referenza (5) fl-Anness III, il-Parti 2, u fl-Anness IV, il-Parti 2".

5. Fl-Anness VI,

- il-paragrafu 5 li ġej hu miżjud mal-preambolu:

"5. Il-prodotti lesti kollha li jkun fihom il-formaldehyde jew sustanzi f'dan l-Anness u li jirrilaxxaw il-formaldehyde għandhom ikunu ittikkettjati bit-twissija "fihom il-formaldehyde" meta l-konċentrazzjoni tal-formaldehyde fil-prodott lest tkun teċċedi il-0,05 %."

- it-twissija ‘fih il-formaldehyde' fil-kolonna (e) hi mħassra għas-sustanza Nru 5 fil-Parti 1 u s-sustanzi 39, 44 u 50 fil-Parti 2;

- il-konċentrazzjonijiet massimi awtorizzati fil-kolonna (ċ) huma mħassra għas-sustanza Nru 5 fil-Parti 1 u s-sustanzi 39, 44 u 50 fil-Parti 2;

- il-konċentrazzjonijiet massimi awtorizzati fil-kolonna (ċ) għas-sustanzi 39, 44 u 50 fil-Parti 2 huma mibdula rispettivament bi 1 % 0,15 % u 0,6 %;

- il-postilla (2) fil-Parti 1 u l-postilla (1) fil-Parti 2 huma mħassra.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1986.

Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bihom.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Lulju 1985.

Għall-Kummissjoni

Stanley Clinton Davis

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169.

[2] ĠU L 228, tal-25.8.1984, p. 31.

--------------------------------------------------