31975L0324

Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-aerosol dispensers

Official Journal L 147 , 09/06/1975 P. 0040 - 0047
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0125
Greek special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0092
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0125
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0119
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 4 P. 0119
CS.ES Chapter 13 Volume 002 P. 192 - 199
ET.ES Chapter 13 Volume 002 P. 192 - 199
HU.ES Chapter 13 Volume 002 P. 192 - 199
LT.ES Chapter 13 Volume 002 P. 192 - 199
LV.ES Chapter 13 Volume 002 P. 192 - 199
MT.ES Chapter 13 Volume 002 P. 192 - 199
PL.ES Chapter 13 Volume 002 P. 192 - 199
SK.ES Chapter 13 Volume 002 P. 192 - 199
SL.ES Chapter 13 Volume 002 P. 192 - 199


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta’ l-20 ta’ Mejju 1975

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-aerosol dispensers

(75/324/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2];

Billi, f’ċerti Stati Membri, l-aerosol dispensers huma meħtieġa li jkunu konformi ma’ ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi mandatarji; billi tali speċifikazzjonijiet huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor, u b’hekk, huma ta’ xkiel għall-kummerċ fil-Komunità;

Billi dan ix-xkiel huwa għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq komuni jista’ jitneħħa jekk l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess speċifikazzjonijiet, jew bħala żieda jew inkella minflok dawk stipulati fil-liġijiet tagħhom preżenti, u billi dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jirrelataw, b’mod aktar partikolari, għal manifattura, il-mili u l-kapaċitajiet nominali tal-aerosol dispensers;

Billi, fl-istadju preżenti tal-progress tekniku, il-qasam ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandu jkun limitat għall-aerosol dispensers magħmula mill-metall, ħġieġ jew plastik;

Billi ikun meħtieġ li l-ispeċifikazzjonijiet mniżżla fl-Anness li jinsab ma’ din id-Direttiva jiġu addattati malajr skond il-progress tekniku; billi, biex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri xierqa meħtieġa, għandha tkun stipulata proċedura għall-koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan Kumitat dwar l-adattament tal-progress tekniku tad-Direttiva l-aerosol dispensers;

Billi huwa possibbli li xi aerosol dispensers imqegħda fis-suq jistgħu jippreżentaw riskji għas-sigurezza wkoll jekk huma jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u ta’ l-Anness tagħha; billi għalhekk għandha tkun stabbilita proċedura biex dan ir-riskju jitneħħa,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA LI ĠEJJA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-aerosol dispensers kif definiti fl-Artikolu 2, bl-eċċezzjoni ta’ dawk b’kapaċita massima ta’ inqas minn 50 ml, u dawk b’kapaċita massima ikbar minn dik speċifikata fil-punti 3.1, 4.1.1, 4.2.1, 5.1 u 5.2 rispettivament ta’ l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Għall-għan ta’ din id-Direttiva, it-terminu ‘aerosol dispenser’ ifisser kull kontenitur li ma jistax jerġa’ jintuża magħmul mill-metall, ħġieġ jew plastik u li jkun fih gass ikkompressat, likwifikat jew maħlul taħt pressjoni, bil-likwidu, pasta jew trab jew mingħajru, u ffittjat b’makkinarju ta’ ħelsien li jippermetti lill-kontenut li jinħareġ bħala partikoli solidi jew likwidi f’suspensjoni bħala gass, rawgħa, pasta jew trab jew fi stat likwidu.

Artikolu 3

Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq tal-aerosol dispensers għandha twaħħal is-simbolu ‘3’ (epsilon maqluba) mal-aerosol dispensers, bħala xhieda li dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet tad-Direttiva u l-Anness li jinsab magħha.

Artikolu 4

L-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet relatati mal-kondizzjonijiet stipulati f’din id-Direttiva u fl-Anness li jinsab magħu, jirrifjutaw, jipprojbixxu jew jirristrinġu t-tqegħid fis-suq ta’ xi aerosol dispenser li jkun konformi mal-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u l-Anness li jinsab tagħha.

Artikolu 5

L-emendi meħtieġa biex ikun adattat għall-progress tekniku l-Anness li jinsab ma’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7.

Artikolu 6

1. Kumitat għall-adozzjoni għall-progress tekniku tad-Direttiva l-aerosol dispensers, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Kumitat’, huwa b’dan stabbilit u għandu jkun jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri b’rappreżentant tal-Kummissjoni bħala President.

2. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 7

1. Fejn il-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tkun segwita, il-kwistjoni għandha tkun riferita lill-Kumitat mill-President tiegħu, jew fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz f’perjodu ta’ xahrejn. L-opinjonijiet għandhom ikunu adottati b’maġġoranza ta’ 41 vot, bil-voti ta’ l-Istati Membri jkunu ppeżati kif ipprovdut fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-President m’għandux jivvotax.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti fejn dawn ikunu skond l-Opinjoni tal-Kumitat.

(b) Fejn il-miżuri proposti m’humiex skond l-opinjoni tal-Kumitat jew jekk l-ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni mingħajr dewmien tipproponi lill-Kunsill il-miżuri li għandhom ikunu adottati. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

(ċ) Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tal-proposta lilu, il-miżuri proposti għandhom jkunu adottati mill-Kummissjoni.

Artikolu 8

1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi l-oħra tal-Komunità, b’mod partikolari għad-Direttivi dwar sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, kull aerosol dispenser jew, fejn ma jkunux jistgħu jitqiegħdu partikolaritajiet fuq l-aerosol dispenser minħabba d-dimensjonijiet żgħar tiegħu (kapaċità massima ta’ 150 ml jew inqas) tikketta mwaħħla miegħu għandu jkun fiha l-partikolaritajiet li ġejjin b’karattri viżibbli, li jinqraw u li ma jistgħux jitħassru.

(a) l-isem u l-indirizz jew marka tan-negozju tal-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq tal-aerosol dispenser,

(b) is-simbolu ‘3’ (epsilon maqluba) li tiċċertifika l-konformità mal-kondizzjonijiet tad-Direttiva,

(ċ) marki tal-kodiċi li jippermettu li jkun identifikat il-lott tal-mili,

(d) id-dettalji li għalihom hemm riferenza fil-punt 2.2 ta’ l-Anness,

(e) il-kontenut nett skond il-piż u skond il-volum.

2. L-Istati Membri jistgħu jissuġġettaw it-tqegħid fis-suq ta’ aerosol dispensers fit-territorju tagħhom għall-użu ta’ l-ilsien jew l-ilsna nazzjonali tagħhom għall-kliem fuq it-tikketta.

Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kolla meħtieġa biex jevitaw l-użu fuq aerosol dispensers ta’ marki jew iskrizzjonijiet li jistgħu jitħawwdu mas-simbolu ‘3’ (epsilon maqluba).

Artikolu 10

1. Jekk Stat Membru jinnota, fuq il-bażi ta’ ġustifikazzjoni sostantiva, li aerosol dispenser wieħed jew aktar, għalkemm jikkonforma mal-kondizzjonijiet tad-Direttiva, jirrappreċenta riskju għas-sigurezza jew is-saħħa, dan jista proviżjorjament jipprojbixxi l-bejgħ tad-dispenser jew dispensers fit-territorju tiegħu jew jissuġġettah/jissuġġettahom għall-kondizzjonijiet speċjali. Għandu minnufih javża b’dan lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, filwaqt li jiddikjara l-bażi tad-deċiżjoni tiegħu.

2. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt ġimgħat, tikkonsulta lill-Istat Membru konċernat, u wara għandha tagħti l-opinjoni tagħha mingħajr dewmien u tieħu l-passi xierqa.

3. Jekk il-Kummissjoni tkun ta’ l-opinjoni li huma meħtieġa adattazzjonijiet tekniċi għad-Direttiva, tali adattazzjonijiet għandhom ikunu adottati jew mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7. F’dak il-każ, l-Istat Membru li jkun adotta miżuri ta’ salvagwardja jista’ jżommhom sakemm jidħlu fis-seħħ l-addattazzjonijiet.

Artikolu 11

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifika tagħha u għandhom minnufih jgħarrfu b’dan lill-Kummissjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 12

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Mejju 1975.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Ryan

[1] ĠU Ċ 83, 11.10.1973, p. 24.

[2] ĠU Ċ 101, 23.11.1973, p. 28.

--------------------------------------------------

ANNESS

1. DEFINIZZJONIJIET

1.1. Pressjonijiet

‘Pressjonijiet’ tfisser il-pressjonijiet interni espressi f’bars (pressjonijiet relattivi).

1.2. Pressjoni tat-Test

‘Pressjoni tat-test’ tfisser pressjoni li għaliha kontenitur vojt li jiddispensa l-ajrusol jista’ jkun issuġġettat għal 25 sekonda mingħajr ma jkun ikkawżat ħruġ jew, fil-każ ta’ kontenituri tal-metall jew plastik, kull tgħawwiġ viżibbli jew permanenti għajr kif permess taħt 6.1.1.2.

1.3. Pressjoni tat-tifqigħ

‘Pressjoni tat-tifqigħ’ tfisser il-pressjoni minima li tikkawża li jinfaqa jew jiċċarrat il-kontenitur li jiddispensa l-ajrusol.

1.4. Kapaċità totali tal-kontenitur

‘Kapaċità totali tal-kontenitur’ tfisser il-volum f’millilitri ta’ kontenitur sax-xifer tal-ftuħ.

1.5. Kapaċità netta

‘Kapaċità netta’ tfisser il-volum f’millilitri ta’ aerosol dispenser mimli u magħluq.

1.6. Volum tal-fażi likwida

‘Volum tal-fażi likwida’ tfisser il-volum tal-fażijiet mhux gassużi fl-aerosol dispenser mimli u magħluq.

1.7. Kondizzjonijiet tat-test

‘Kondizzjonijiet tat-test’ tfisser il-valur tat-test u l-pressjonijiet tat-tifqigħ eżerċitati idrawlikalment f’20º C (± 5º C).

1.8. Kontenut fjammabbli

‘Kontenut fjammabbli’ tfisser:

(a) gassijiet li huma fjammabbli fl-arja fi pressjoni normali,

(b) sustanzi u preparazzjonijiet f’forma likwida li għandhom flash-point inqas minn, jew ugwali għal, 100º C.

Il-metodu sabiex jiġi determinat il-flash-point huwa definit fl-Anness V li jinsab mad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE [1] tas-27 ta’ Ġunju 1967 fir-rigward ta’ l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri relatati mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 73/146/KEE [2];

2. DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

2.1. Konstruzzjoni u apparat

2.1.1. L-aerosol dispenser mimli għandu jkun tali li, taħt kondizzjonijiet normali ta’użu u ħażna, jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness.

2.1.2. Il-valvola għandha tkun tippermetti li l-aerosol dispenser ikun issiġillat virtwalment ermetikament taħt kondizzjonijiet normali ta’ ħażna jew trasport u għandu jkun protett, per eżempju permezz ta’għatu protettiv kontra kull ftuħ mhux intenzjonat u kull deterjorazzjoni.

2.1.3. M’għandu jkun hemm ebda possibbiltà li r-resistenza mekkanika tal-aerosol dispenser tista’ tixxekkel bl-azzjoni tas-sustanzi kontenuti fih, anki waqt ħażna twila.

2.2. Iskrizzjonijiet

Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi relatati ma’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, kull aerosol dispenser jew l-imballaġġ tiegħu għandu jkun immarkat kif ġej b’mod ċar u li jista’ jinqara:

(a) ‘Kontenitur taħt pressa: ipproteġi mix-xemx u tesponihx għal temperaturi li jaqbżu l-500C. Ittaqqabx u lanqas taħraq, anki wara l-użu’;

(b) ‘Tisprejjax fuq fjamma mikxufa jew fuq materjal inkandexxenti’, sakemm l-aerosol dispenser mhuwiex iddisinjat għal dak l-iskop;

(ċ) ‘Fjammabbli’ jew is-simbolu ta’ fjamma jekk il-kontenut jinkludi iktar minn 45 % skond il-piż, jew iktar minn 250 g ta’ komponenti fjammabbli.

3. DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-AEROSOL DISPENSERS TAL-METAL

3.1. Kapaċità

Il-kapaċità totali ta’ dawn il-kontenituri ma tistax taqbeż l-1000 ml.

3.1.1. Il-pressjoni tat-test tal-kontenitur:

(a) Għal kontenituri mimlija fi pressjoni ta’ inqas minn 6-7 bars f’50 grad C, il-pressjoni tat-test għandha tkun ugwali għal ta’ l-inqas 10 bars.

(b) Għal kontenituri mimlija taħt pressjoni ugwali għal jew ikbar minn 6-7 bars f’500C, il-pressjoni tat-test għandha tkun 50 % ogħla mill-pressjoni interna f’500C.

3.1.2. Mili

F’50o C, il-pressjoni fl-aerosol dispenser ma għandhiex taqbeż it-12-il bar, ikun xi jkun it-tip ta’ gass użat għall-mili.

3.1.3. Il-Volum tal-fażi likwida

Il-volum tal-fażi likwida f’50o C ma għandux jaqbeż is-87 % tal-kapaċità netta. Iżda, għall-kontenituri b’bażi konkav li jsir konvess qabel jinfaqa’, il-volum tal-fażi likwida f’50o C jista’ jkun sa 95 % tal-kapaċità netta.

4. DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-AEROSOL DISPENSERS TAL-ĦĠIEĠ

4.1. Kontenituri miksija bil-plastik jew protetti permanentement

Il-kontenituri ta’ dan it-tip jistgħu jintużaw għal mili b’gass kompressat, likwikat jew maħlul.

4.1.1. Kapaċità

Il-kapaċità totali ta’ dawn il-kontenituri ma tistax taqbeż il-220 ml.

4.1.2. Kisi

Il-kisi għandu ikun invilops protettiv ta’ plastik jew materjal addattat ieħor, maħsub biex jevita r-riskju li biċċiet tal-ħġieġ itiru kemm-il darba l-kontenitur jinkiser aċċidentalment, u għandu ikun hekk iddisinjat li ma jkun hemm ebda frak ta’ ħġieġ li jtir kemm-il darba l-aerosol dispenser, miġjub għal temperatura ta’ 20o C, jaqa’ minn għoli ta’ 1.8 metru fuq art tal-konkos.

4.1.3. It-test tal-pressjoni ta’ kontenitur

(a) Kontenituri wżati għal mili b’gass kompressat jew maħlul iridu jirreżistu test ta’ pressjoni ugwali għal ta’ l-inqas 12-il bar.

(b) Kontenituri wżati għal mili bil-gass likwikat jridu jirreżistu pressjoni tat-test ugwali għal ta’ l-inqas 10 bars.

4.1.4. Mili

(a) ta’ aerosol dispensers mimlija b’gass kompressat mhumiex meħtieġa jgħaddu pressjoni ta’ iktar minn 9 bars f’50o C.

(b) aerosol dispensers mimlija bil-gass maħlul ma jkollhomx il-ħtieġa li jkunu jifilħu għal pressjoni ta’ iktar minn 8 bars f’50o C.

(ċ) Aerosol dispensers

li jkun fihom gass likwikat jew taħlit ta’ gass likwikat ma jkollhomx il-ħtieġa li jifilħu għal, f’20

C, pressjonijiet ogħla minn dawk murija fit-tabella li ġejja:

Kapaċità totali | Perċentwali skond il-piż ta’ gass likwikat fit-taħlita totali |

20 % | 50 % | 80 % |

50 sa 80 ml | 3. 5 bars | 2.8 bars | 2.5 bars |

<80 sa 160 ml | 3.2 bars | 2.5 bars | 2.2 bars |

<160 sa 220 ml | 2.8 bars | 2.1 bars | 1.8 bars |

Din it-tabella turi l-limiti ta’ pressjoni permessi f’200C f’relazzjoni mal-perċentwali tal-gass.

Il-limiti ta’ pressjoni għal perċentwali ta’ gass mhux murija fit-tabella għandhom ikunu estrapolati minnha.

4.1.5. Il-Volum tal-fażi likwida

Il-volum tal-fażi likwida f’50 grad C tal-aerosol dispenser mimli ma għandux jaqbeż id-90 % tal-kapaċità netta.

4.2. Kontenituri tal-ħġieġ mhux protetti

Aerosol dispensers li jużaw kontenituri tal-ħġieġ mhux protetti għandhom ikunu mimlijin esklussivament b’gassijiet likwifikati jew maħlula.

4.2.1. Kapaċità

Il-kapaċità totali ta’ dawn il-kontenituri ma tistax taqbeż l-150 ml.

4.2.2. Pressjoni tat-Test tal-kontenitur

Il-pressjoni tat-test tal-kontenitur għandha tkun ugwali għal ta’ l-inqas 12-il bar.

4.2.3. Mili

(a) Aerosol dispensers mimlija b’gass maħlul m’għandhomx ikunu meħtieġa li jkunu jifilħu għall-pressjoni ta’ iktar minn 8 bars f’500C.

(b) Aerosol dispensers

li jkun fihom gass likwikat m’għandhomx il-ħtieġa li jkunu jifilħu, f’20

C, għall-pressjonijiet ogħla minn dawk murija fit-tabella li ġejja:

Kapaċità totali | Perċentwali skond il-piż ta’ gass likwikat fit-taħlita totali |

20 % | 50 % | 80 % |

50 sa 70 ml | 1.5 bars | 1.5 bars | 1.25 bars |

< 70 sa 150 ml | 1.5 bars | 1.5 bars | 1 |

Din it-tabella turi l-limiti ta’ pressjoni permessi f’200C f’relazzjoni għall-perċentwali ta’ gass likwikat.

Il-limiti ta’ pressjoni għal perċentwali ta’ gass mhux murija fit-tabella għandhom ikunu estrapolati minnha.

4.2.4. Il-Volum tal-fażi likwida

Il-volum tal-fażi likwida f’500C ta’ aerosol dispenser mimli b’gass likwikat jew maħlul ma għandux jaqbeż id-90 % tal-kapaċità netta.

5. DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI LI JAPPLIKAW GĦALL-AEROSOL DISPENSERS TAL-PLASTIK

5.1. Aerosol dispensers tal-plastik li jistgħu jitfarrku kif jinfaqgħu għandhom ikunu ttrattati bl-istess mod bħal dak tal-aerosol dispensers tal-ħġieġ mhux protett.

5.2. Aerosol dispensers tal-plastik li ma jistgħux jitfarrku kif jinfaqgħu għandhom ikunu ttrattati bl-istess mod bħal dak tal-aerosol dispensers b’kisja protettiva.

6. TESTIJIET

6.1. Il-kondizzjonijiet tat-testijiet li għandhom ikunu ggarantiti mill-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq

6.1.1. Test idrawliku fuq kontenituri vojta

6.1.1.1. Aerosol dispensers tal-ħġieġ, tal-metall u tal-plastik jridu jkunu kapaċi jifilħu test ta’ pressjoni idrawlika kif stipulat fi 3.1.1, 4.1.3 u 4.2.2.

6.1.1.2. Kontenituri tal-metall li juru tgħawwiġ assimetriċi jew maġġuri jew difetti simili oħra għandhom jiġu mwarrba. Tgħawwiġ simmetriku żgħir tal-qiegħ jew wieħed li jaffettwa l-profil tal-qoxra ta’ fuq għandu jkun permess b’dan illi l-kontenitur jissupera t-test tat-tifqigħ.

6.1.2. Test tat-tifqigħ għall-kontenituri vojta tal-metall

Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq għandha tassigura li l-pressjoni tat-tifqigħ tal-kontenituri tkun ta’ l-inqas 20 % ogħla mill-pressjoni stabbilita tat-test.

6.1.3. Test tal-waqgħa għall-kontenituri tal-ħġieġ protett

Il-fabbrikant għandu jassigura li l-kontenituri jissodisfaw l-kondizzjonijiet tat-test stipulati fl-4.1.2.

6.1.4. Spezzjoni individwali tal-aerosol dispensers mimlijin

6.1.4.1. (a) Kull aerosol dispenser mimli għandu jkun mgħaddas ġo banju bl-ilma. It-temperatura ta’ l-ilma u l-perjodu ta’ immersjoni għandu jkun tali li jippermetti:

- li l-kontenut tal-aerosol dispenser jilħaq temperatura uniformi ta’ 500C jew

- li l-pressjoni fl-aerosol dispenser dik eżerċitata mill-kontenut tiegħu f’temperatura uniformi ta’ 500C.

(b) Kull aerosol dispenser li juri tgħawwiġ permanenti viżibbli jew ħruġ għandu jiġi imwarrab.

6.1.4.2. Iżda, kull sistema ta’ test li tippermetti riżultat ekwivalenti għal dak tal-metodu tal-banju ilma biex jinkiseb tista’ tintuża mill-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq, fuq ir-responsabbiltà tiegħu u bi ftehim tal-Kumitat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 6 tad-Direttiva.

6.2. Eżempji tat-testijiet ta’ spezzjoni li jistgħu jitwettqu mill-Istati Membri

6.2.1. Test fuq kontenituri vojta

Il-pressjoni tat-test għandha tkun applikata għal 25 sekonda fuq ħames kontenituri magħżulin kif jiġi jiġi minn grupp omoġenju ta’ 2500 kontenitur vojt, jiġifieri mmanifatturati mill-istess materjal bl-istess proċess kontinwu ta’ manifattura tal-lott, jew minn lott li jikkostitwixxi siegħa waħda ta’ produzzjoni.

Jekk xi wieħed mill-kontenituri ma jgħaddix it-test, għandhom jittieħdu kif jiġi għaxar kontenituri oħra mill-istess lott u jingħaddew mill-istess test.

Jekk xi wieħed minn dawn il-kontenituri ta’ l-aerosol ma jgħaddix it-test, il-lott kollu jitqies bħala li mhux tajjeb għall-użu.

6.2.2. Testijiet fuq aerosol dispensers mimlija

Testijiet ta’ spezzjoni dwar li ma jidħlux ilma u arja għandhom jitwettqu billi numru rappreżentattiv tal-aerosol dispensers jiġu mgħaddsa ġo banju bl-ilma. It-temperatura tal-banju u l-perjodu ta’ l-immersjoni għandhom ikunu tali li jippermettu lill-kontenuti tal-aerosol dispensers biex jiksbu temperatura uniformi ta’ 500C matul il-ħin meħtieġ biex jiġi żgurat li ma hemm ebda tifqigħ jew tiċrit.

Kull lott ta’ aerosol dispensers li ma jgħaddix minn dawn it-testijiet għandu jkun meqjus li mhux tajjeb għall-użu.

[1] ĠU Ċ 196, 16.8.1967, p. 1.

[2] ĠU L 167, 25.6.1973, p. 1.

--------------------------------------------------