31969L0335



Official Journal L 249 , 03/10/1969 P. 0025 - 0029
Danish special edition: Series I Chapter 1969(II) P. 0405
English special edition: Series I Chapter 1969(II) P. 0412
Greek special edition: Chapter 09 Volume 1 P. 0020
Spanish special edition: Chapter 09 Volume 1 P. 0022
Portuguese special edition Chapter 09 Volume 1 P. 0022


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-17 ta' Lulju 1969

li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital

(69/335/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 99 u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2];

Billi l-objettiv tat-Trattat hu li joħloq unjoni ekonomika li l-karatteristiċi tagħha huma simili għal dawk ta' suq domestiku u billi wieħed mill-kundizzjonijiet essenzjali sabiex jinkiseb dan hija l-promozzjoni tal-moviment ħieles tal-kapital;

Billi t-taxxi ndiretti fuq il-ġbir tal-kapital, fis-seħħ fl-Istati Membri fil-present, jiġifieri d-dazju li għandu jitħallas fuq il-kontribuzzjoni tal-kapital lil kumpanniji u ditti u l-ħlas tal-bolla fuq titoli, jagħtu lok għal diskriminazzjoni, taxxa doppja u d-diversitajiet li jfixklu l-moviment ħieles tal-kapital u li, konsegwentement, għandhom jiġu eliminati b'armonizzazzjoni;

Billi l-armonizzazzjoni ta' dawn it-taxxi fuq il-ġbir tal-kapitala għandha tiġi irranġata b'tali mod li timinimiżża riperkussjonijiet għall-budget għall-Istati Membri;

Billi l-imposizzjoni ta' ħlas ta' bolla minn Stat Membru fuq titoli minn Stat Membru ieħor introdotti jew maħruġa fit-territorju tiegħu, tmur kontra il-kunċett ta' suq komuni li l-karatteristiċi tiegħu ikunu dawk ta' suq domestiku; billi, f'addizzjoni, huwa evidenti illi ż-żamma tal-bolla fuq il-ħruġ ta' titoli fir-rigward ta' self intern u fuq l-introduzzjoni jew il-ħruġ fis-suq ta' Stat Membru ta' titoli barranin hija kemm ekonomikament indesiderabbli kif ukoll inkonsistenti ma' l-iżviluppi kurrenti fil-liġijiet fiskali ta' l-Istati Membri f'dan il-qasam;

Billi, f'dawn iċ-ċirkostanzi, huwa rakkomandat li jiġi abolit il-ħlas tal-bolla fuq titoli, mingħajr ma jingħata każ ta' l-oriġini ta' dawn it-titoli, u mingħajr ma jingħata każ ta' jekk ta' jekk jirrapreżantawx il-kapital proprju tal-kumpannija jew il-kapital tagħha fuq is-self;

Billi huwa inerenti fil-kunċett ta' suq komuni li l-karatteristiċi tiegħu huma dawk ta' suq domestiku li d-dazju fuq il-ġbir ta' kapital fis-suq komuni minn kumpanija jew ditta għandu jiġi mitlub darba biss u li l-livell ta' dan id-dazju għandu jkun l-istess fl-Istati Membri kollha sabiex ma jinterferix mal-moviment tal-kapital;

Billi, għalhekk, dan id-dazju għandu jiġi armonizzat, kemm fir-rigward ta' l-istrutturi tiegħu u kemm fir-rati tiegħu;

Billi ż-żamma ta' taxxi ndiretti oħrajn bl-istess karatteristiċi bħad-dazju kapitali jew il-ħlas tal-bolla fuq titoli jistgħu jiffrustraw l-iskop tal-miżuri previsti f'din id-Direttiva u dawk it-taxxi għandhom għalhekk jiġu aboliti;

ADDOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jimponu ħlas fuq il-kontribuzzjonijiet ta' kapital lil kumpanniji ta' kapital taxxa armonizzata skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 sa 9 u hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa "dazju kapitali".

Artikolu 2

1. L-Operazzjonijiet soġġetti għal dazju kapitali ghandhom biss ikunu taxxabli fl-Istat Membru li fit-territorju tieghu iċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni ta' kull kumpanija kapitali ikun jinsab fiż-żmien meta dawn l-operazzjonijiet iseħħu.

2. Meta ċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni ta' kumpannija kapitali jinsab lokaliżżat f'pajjiz terz u l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fi Stat Membru, operazzjonijiet soġġetti għal dazju kapitali għandhom ikunu taxxabli fl-Istat Membru fejn l-uffiċċju rreġistrat huwa lokaliżżat.

3. Meta l-uffiċċju rreġistrat u ċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni ta' kumpannija kapitali jinstabu f'pajjiż terz, il-fornitura ta' kapital fiss jew ta' ħidma għal fergħa lokaliżżata fi Stat Membru tista' tiġi ntaxxata fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinstab il-fergħa.

Artikolu 3

1. Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva l-espressjoni "kumpannija kapitali" tfisser:

(a) kumpanniji taħt il-liġijiet tal-Belġju, tal-Ġermanja, ta' Franza, ta' l-Italja, tal-Lussemburgu u ta' l-Olanda [3] magħrufa rispettivament bħala:

- société anonymenaamloze vennootschap, Aktiengesellschaft, société anonyme, società per azioni, société anonyme, naamloze vennootschap;

- société en commandite par actionscommanditaire vennootschap op aandelen, Kommanditgesellschaft auf Aktien, société en commandite par actions, società in accomandita per azioni, société en commandite par actions, commanditaire vennootschap op aandelen;

- société de personnes à responsabilité limitéepersonenvennootschap met beperkte aansprakelijkheid, Gesellschaft mit beschränkter Haftung, société à responsabilité limitée, società a responsabilità limitata, société à responsabilité limitée;

(b) kull kumpannija, ditta, assoċjazzjoni jew persuna ġuridika li l-ishma tal-kapital jew l-assi tagħha jistgħu jiġu ttrattati f'borża;

(ċ) kull kumpannija, ditta, assoċjazzjoni jew persuna ġuridika li taħdem għal profitt, li l-membri tagħha għandhom id-dritt li jiddisponu mill-ishma tagħhom lil partijiet terzi mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel u huma responsabbli biss għad-djun tal-kumpannija, d-ditta jew il-persuna ġuridika sal-limitu ta' l-ishma tagħhom.

2. Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, kull kumpannija, ditta, assoċjazzjoni jew persuna ġuridika oħra li topera għal profitt għandha titiqes kumpannija kapitali. Madanakollu, Stat Membru għandu jkollu d-dritt li ma jikkunsidrahiex b'dan il-mod għall-iskop ta' l-impożizzjoni ta' dazju kapitali.

Artikolu 4

1. L-operazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għad-dazju kapitali:

(a) il-formazzjoni ta' kumpannija kapitali;

(b) il-kambju f'kumpannija kapitali ta' kumpannija, ditta, assoċjazzjoni jew persuna ġuridika li mhijiex kumpannija kapitali;

(ċ) żieda fil-kapital ta' kumpannija kapitali bil-kontribuzzjoni ta' assi ta' kull tip;

(d) żieda fl-assi ta' kumpannija kapitali bil-kontribuzzjoni ta' assi ta' kull tip, in konsiderazzjoni, mhux ta' l-ishma fil-kapital jew l-assi tal-kumpannija, imma tad-drittijiet ta' l-istess tip bħal dawk tal-membri, bħalma huma drittijiet tal-vot, sehem fil-profitti jew sehem f'dak li jibqa' wara l-likwidazzjoni;

(e) it-trasferiment minn pajjiz terz għal Stat Membru taċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni ta' kumpannija, ditta, assoċjazzjoni jew persuna ġuridika, li l-uffiċċju rreġistrat tagħha huwa f'pajjiż terz u li hu kkunsidrat f'dak l-Istat Membru, għall-iskopijiet ta' l-impożizzjoni tad-dazju kapitali, bħala kumpannija kapitali;

(e) it-trasferiment minn pajjiz terz għal Stat Membru ta' l-uffiċċju reġistrat ta' kumpannija, ditta, assoċjazzjoni jew persuna ġuridika, li ċ-ċentru effettiv ta' l-amministrazzjoni tagħha huwa f'pajjiz terz u li hu kkunsidrat f'dak l-Istat Membru, għall-iskopijiet ta' l-impożizzjoni ta' dazju kapitali, bħala kumpannija kapitali;

(g) it-trasferiment minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor taċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni ta' kumpannija, ditta, assoċjazzjoni jew persuna ġuridika li hi kkunsidrata fl-Istat Membru ta' l-aħħar, għall-iskopijiet ta' impożizzjoni ta' dazju kapitali, bħala kumpannija kapitali, imma li mhix ikkonsidrata hekk fl-Istat Membru l-ieħor;

(h) it-trasferiment minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor ta' l-uffiċċju rreġistrat ta' kumpannija, assoċjazzjoni jew persuna ġuridika li ċ-ċentru effettiv ta' aministrazzjoni tagħhom huwa f'pajjiz terz u li hu kkunsidrat fl-Istat Membru ta' l-aħħar, għall-iskopijiet li jiġi mposta dazju kapitali, bħala kumpannija kapitali, imma li mhix hekk ikkunsidrata fl-Istat Membru l-ieħor;

2. L-operazzjonijiet li ġejjin jistgħu jkunu soġġetti għad-dazju kapitali:

(a) żieda fil-kapital ta' kumpannija kapitali permezz tal-kapitalizzazzjoni tal-profitti jew ta' riservi permanenti jew temporanji;

(b) żieda fl-assi ta' kumpannija kapitali permezz tal-provvista ta' servizzi minn membru li ma tinvolviex żieda fil-kapital tal-kumpannija, imma li tirriżulta f'varjazzjoni fid-drittijiet fil-kumpannija jew li tista' żżid il-valur ta' l-ishma tal-kumpannija;

(ċ) self ikkuntrattat minn kumpannija kapitali, jekk il-kreditur huwa ntitolat għal sehem mill-profitti tal-kumpannija;

(d) self ikkuntrattat minn kumpannija kapitali ma' membru jew konġunt jew wild ta' membru, jew self ikkuntrattat ma' pajjiż terz, jekk ikun garantit minn membru, fuq il-kondizzjoni li dan is-self ikollu l-istess funzjoni bħal żieda fil-kapital tal-kumpannija.

3. Formazzjoni, fis-sens tal-paragrafu 1 (a), m'għandha tinkludi ebda alterazzjoni ta' l-istrumentjew ir-regolamenti kostitwenti ta' kumpannija kapitali, u b'mod partikolari:

(a) il-konverżjoni ta' kumpannija kapitali f'tip differenti ta' kumpannija kapitali;

(b) it-trasferiment minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor taċ-ċentru effettiv ta' amminitrazzjoni jew ta' l-uffiċju rreġistrat ta' kumpannija, ditta, assoċjazzjoni jew persuna ġuridika li hi kkunsidrata fiż-żewġ Stati Membri, għall-iskopijiet li jiġi mpost dazju kapitali, bħala kumpannija kapitali;

(ċ) bidla fl-objettivi ta' kumpannija kapitali;

(d) l-estenzjoni tal-perjodu ta' eżistenza ta' kumpannija kapitali.

Artikolu 5

1. Id-dazju għandu jiġi mpost:

(a) fil-kaz ta' formazzjoni ta' kumpannija kapitali jew ta' żieda fil-kapital jew l-assi tagħha, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(a), (ċ) u (d): fuq il-valur attwali ta' l-assi ta' kull tip ikkontribwiti jew li għandhom jiġu kkontribwiti mill-membri, wara t-tnaqqis tar-responsabbiltajiet assunti u ta' l-ispejjeż magħmula mill-kumpannija bħala riżultat ta' kull kontribuzzjoni. L-Istati Membri jistgħu jippostponu l-imposta ta' dazju kapitali sakemm il-kontribuzzjonijiet ikunu ġew effetwati;

(b) fil-każ tal-konverżjoni f' kumpannija kapitali jew it-trasferiment taċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni jew ta' l-uffiċċju rreġistrat ta' kumpannija kapitali, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b), (e), (f), (g) u (h); dwar il-valur attwali ta' l-assi ta' kull tip li jappartjenu għall-kumpannija fil-ħin tal-konverżjoni jew tat-trasferiment, wara t-tnaqqis tar-responsabbiltajiet u l-ispejjeż li għalihom l-kumpanija hija responsabbli f'dak iż-żmien;

(ċ) fil-każ ta' żieda fil-kapital permezz ta' kapitalizzazzjoni tar-riservi tal-profitti, jew dispożizzjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(a): fuq l-ammont nominali ta' din iż-żieda;

(d) fil-każ ta' żieda fl-assi, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(b): fuq il-valur attwali tas-servizzi pprovduti, wara tnaqqis tar-responsabbiltajiet assunti u l-ispejjeż tal-kumpannija bħala riżultat tal-provvista ta' dawn is-servizzi;

(e) fil-każ ta' self imsemmi fl-Artikolu 4(2)(ċ) u (d): fuq l-ammont nominali tas-self kuntrattat.

2. Fil-kazijiet imsemmija fil-paragrafu 1 (a), (b) u (ċ), l-ammont li fuqu hu mpost id-dazju m'għandux, madanakollu, jkun inqas mill-valur attwali ta' l-ishma fil-kumpannija mogħtija jew li jappartjenu għal kull membru jew l-ammont nominali ta' dawn l-ismha jekk ta' l-aħħar jaqbeż il-valur attwali tagħhom.

3. L-ammont li fuqu hu mpost id-dazju fil-każ ta' żieda fil-kapital m'għandux jinkludi:

- l-ammont ta' assi li jappartjenu għall-kumpannija kapitali li huma allokati għaż-żieda fil-kapital u li diġà kienu suġġetti għad-dazju kapitali;

- l-ammont ta' self ikkuntrattat mill-kumpannija kapitali li hu konvertit f'ishma fil-kumpannija u li diġà ġew suġġetti għad-dazju kapitali;

Artikolu 6

1. Kull Stat Membru jista' jeskludi mill-bażi ta' stima, kif stabbilit skond l-Artikolu 5, l-ammont tal-kapital kontribwit minn membru b'responsabbiltà illimitata għall-obbligi ta' kumpannija kapitali kif ukoll is-sehem ta' dan il-membru fl-assi tal-kumpannija.

2. Meta Stat Membru jeserċita s-setgħa prevista fil-paragrafu 1, dan li ġej għandu jkun suġġett għad-dazju kapitali:

- it-trasferiment taċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni ta' kumpannija kapitali lil Stat Membru ieħor li ma jeserċitax din is-setgħa;

- it-trasferiment ta' l-uffiċċju reġistrat ta' kumpannija kapitali li ċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni tagħha jinsab f'pajjiz terz għal Stat Membru ieħor li ma jeserċitax din is-setgħa;

- kull operazzjoni li bħala riżultat tagħha ir-responsabbiltà ta' membru tiġi limitata għas-sehem tiegħu fil-kapital tal-kumpannija, b'mod partikolari meta l-limitazzjoni tar-responsabbiltà tirriżulta mill-konverżjoni ta' kumpannija kapitali f'tip differenti ta' kumpannija kapitali.

Id-dazju kapitali għandu jiġi mpost fil-każijiet kollha bħal dawn fuq il-valur tas-sehem fl-assi tal-kumpannija li jappartjeni għal membri b'responsabbiltà illimitata għall-obbligi tal-kumpannija.

Artikolu 7

1. Sad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu addottati mill-Kunsill skond il-paragrafu 2:

(a) ir-rata ta' dazjukapitali m'għandhiex jaqbez it-2 % jew ikun inqas minn 1 %;

(b) din ir-rata għandha tiġi mnaqqsa b' 50 % jew aktar meta kumpannija kapitali waħda jew aktar jittrasferixxu l-assi u r-responsabbiltajiet kollha, jew parti waħda jew iktar tan-negozju tagħhom lil kumpannija kapitali waħda jew iktar li huma fil-proċess li jiġu ffurmati jew li diġà jeżistu.

Dan it-tnaqqis għandu jkun soġġett għall-kundizzjoni li:

- il-konsiderazzjoni għall-kontribuzzjonijiet għandha tikkonsisti esklussivament mill-allokazzjoni ta' ishma fil-kumpannija jew kumpanniji, għalkemm Stati Membri għandu jkollhom id-dritt li jestendu l-applikazzjoni tat-tnaqqis għal kazijiet li fihom il-kunsiderazzjoni għall-kontribuzzjonijiet tikkonsisti fl-allokazzjoni ta' ishma fil-kumpanija jew kumpaniji flimkien ma' pagament fi flus li ma jeċċediex l-10 % tal-valur nominali ta' l-ishma;

- il-kumpanniji li jiehdu parti fl-operazzjoni jkollhom iċ-ċentru effettiv tagħhom ta' amministrazzjoni jew l-uffiċċju reġistrat tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru;

(ċ) ir-rata ta' dazju kapitali tista' titnaqqas sa 0.5 % sa 'l-1 ta' Jannar 1973 u sa 1 % minn dik id-data fil-każ ta' formazzjoni ta', jew żieda, fil-kapital ta' kumpanniji ta' assi monetarji jew ta' investiment li l-objettiv uniku tagħhom hu l-pussess ta' ishma f' intrapriżi oħrajn u l-amministrazzjoni u l-bidla f'rendikonti ta' qliegħ ta' dawn l-ishma, soġġett għall-kundizzjoni li dawn il-kumpanniji ma jaħdmux fl-industrija jew fil-kummerċ għall-kont proprju tagħhom u ma joperawx stabbiliment kummerċjali miftuħ għall-pubbliku.

2. Sabiex il-Kunsill ikun jista' jistabilixxi r-rati komuni għad-dazju kapitali qabel l-aħħar tal-perjodu transitorju, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta lill-Kunsill dwar dan is-suġġett qabel l-1 ta' Jannar 1971.

3. Fil-każ ta' żieda fil-kapital ta' kumpannija skond l-Artikolu 4(1)(ċ), wara tnaqqis fil-kapital tal-kumpanija bħala riżultat tat-telfiet sostenuti, ir-rata tista' tiġi mnaqqsa għal dik il-parti taż-żieda li tikkorispondi mat-tnaqqis fil-kapital, jekk din iż-żieda sseħħ fi żmien erba' snin mit-tnaqqis fil-kapital.

4. Meta Stati Membru jeserċita s-setgħa prevista fl-Artikolu 4(2), id-dazju fuq il-kapital jista' jiġi mpost b' rata mnaqqsa.

Artikolu 8

Stat Membru jista' parzjalment jew totalment jeżenta mid-dazju kapitali l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) li jirrelataw għal:

- kumpanniji kapitali li jfornu servizzi pubbliċi, bħal impriżi ta' trasport pubbliku, awtoritajiet tal-port jew impriżi li jfornu l-ilma, l-gass jew l-elettriku, f' każijiet meta l-Istat jew l-awtoritajiet reġjonali jew lokali jippossjedu ta' l-anqas nofs il-kapital tal-kumpannija;

- kumpanniji kapitali li, skond ir-regolamenti tagħhom u fil-fatt, iwettqu esklussivament u direttament objettivi kulturali, karitatevoli, ta' relief jew edukazzjonali.

Artikolu 9

Ċerti tipi ta' operazzjonijiet jew ta' kumpanniji kapitali jistgħu jkunu s-suġġett ta' eżenzjonijiet, tnaqqis jew żiediet fir-rati sabiex tiġi miksuba imparzjalità fl-intaxxar, jew għal konsiderazzjonijiet soċjali, jew sabiex Stat Membru jkun jista' jittratta sitwazzjonijiet speċjali. L-Istat Membri li jipproponi li jieħu din il-miżura għandu jirreferi l-każ lill-Kummissjoni fi zmien xieraq, in konsiderazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 102 tat-Trattat.

Artikolu 10

Barra d-dazju kapitali, l-Istati Membri m'għandhom jimponu ebda ntaxxar affattu, fir-rigward ta' kumpanniji, ditti, assoċjazzjonijiet jew persuni ġuridiċi li jaħdmu għal profit:

(a) fir-rigward ta' l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4;

(b) fir-rigward ta' kontribuzjonijiet, self jew il-provvista ta' servizzi, li jsiru bħala parti mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4;

(ċ) fir-rigward ta' reġistrazzjoni jew kull formalità oħra meħtieġa qabel il-bidu ta' negozju li għalih kumpanija, ditta, assoċjazzjoni, jew persuna ġuridika li taħdem għall-profitt tista' tkun soġġetta għar-raġuni tal-forma ġuridika tagħha.

Artikolu 11

L-Istati Membri m'għandhom ikunu soġġetti għal ebda forma ta' tassazzjoni:

(a) il-ħolqien, il-ħruġ, l-ammissjoni għall-kwotazzjoni fil-borża, li jagħmlu disponibbli fis-suq jew li jittrattaw fi stocks, ishma jew sigurtajiet oħrajn ta' l-istess tip, jew taċ-ċertifikati li jirrapreżentaw dawn is-sigurtajiet, maħruġa minn min ikun;

(b) self, inklużi bonds tal-gvern, miġbura bil-ħruġ ta' debentures jew titoli negozzjabbli oħrajn, maħruġa minn min ikun, jew xi formalitajiet li jirrelataw għalihom, jew il-ħolqien, il-ħruġ, l-ammissjoni għal kwotazzjoni fil-borża, li jsiru disponibbli fis-suq jew l-ittrattar f'dawn id-debentures jew titoli negozjabbli oħrajn.

Artikolu 12

1. Minkejja l-Artikoli 10 u 11, l-Istati Membri Mejju jistgħu jimponu:

(a) dazji fuq it-trasferiment ta' titoli, kemm jekk imposti b'rata uniformi u kemm jekk le;

(b) dazji ta' trasferiment, inklużi taxxi fuq ir-reġistrazzjoni ta' l-art, fuq it-trasferriment, lil kumpannija, ditta, assoċjazzjoni jew persuna ġuridika li taħdem għal profitt, ta' negozji jew proprjetà immobbli lokaliżżata fit-territorju tagħhom;

(ċ) dazji ta' trasferiment fuq assi ta' kull tip trasferiti lil kumpannija, dita, assoċjazzjoni jew persuna ġuridika li topera għal profitt, sa fejn din il-proprjetà hijatrasferita għal konsiderazzjoni ta' xort'oħra minn ismha fil-kumpannija;

(d) dazji fuq il-ħolqien, ir-reġistrazzjoni jew il-ħlas ta' ipoteki jew piżijiet oħrajn fuq l-art jew proprjetà oħra;

(e) dazji mħallsa permezz ta' piżijiet jew drittijiet;

(f) it-taxxa fuq il-valur miżjud.

2. Id-dazji u t-taxxi msemmija fil-paragrafu 1 (b), (ċ), (d) u (e) għandhom ikunu l-istess, kemm jekk iċ-ċentru effettiv ta' l-amministrazzjoni jew l-uffiċċju reġistrat tal-kumpannija, ditta, assoċjazzjoni jew persuna ġuridika li topera għal profitt huwa lokaliżżat fit-territorju ta' l-Istat Membru li jimponi d-dazji jew it-taxxi u kemm jekk le; lanqas ma jistgħu dawn id-dazji u t-taxxi jeċċedu dawk li huma applikabbli għal operazzjonijiet bħalhom fl-Istat Membru li jimponihom.

Artikolu 13

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ sa l-1 ta' Jannar 1972 dawn id-dispożizzjonijiet permezz ta' liġi, regolament, jew azzjoni amministrattiva kif jistgħu ikunu neċessarji sabiex jikkomformaw mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

Artikolu 14

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi interna li sussegwentement jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva huma mgħoddija lill-Kummissjoni.

Artikolu 15

Din id-Direttiva hija ndirrizata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Lulju 1969.

Għall-Kunsill

Il-President

H. J. Witteveen

[1] ĠU C 119, tat-3.7.1965, p. 2057/65.

[2] ĠU C 134, tat-23.7.1965, p. 2227/65.

[3] Ix-xogħol ta' l-adattament tekniku irriżulta f’ li dan li ġej jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni lill-Kunsillfl-Artikolu 3(1)(a) - issosstitwixxi b'virgola l-kelma "u"

--------------------------------------------------