5.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 4/59


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 235/2019

tas-27 ta’ Settembru 2019

li jemenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/40]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru E6 tad-19 ta’ Ottubru 2017 dwar id-determinazzjoni ta’ meta messaġġ elettroniku jitqies li wasal legalment fis-sistema tal-Iskambju Elettroniku ta’ Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali (EESSI) (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness VI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 3.E5 (id-Deċiżjoni Nru E5 tas-16 ta’ Marzu 2017) tal-Anness VI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“3.E6

32018 D 1004(02): Id-Deċiżjoni Nru E6 tad-19 ta’ Ottubru 2017 dwar id-determinazzjoni ta’ meta messaġġ elettroniku jitqies bħala mwassal legalment fis-sistema tal-Iskambju Elettroniku ta’ Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali (EESSI) (ĠU C 355, 4.10.2018, p. 5).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni Nru E6 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Settembru 2019, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar PÁLSSON


(1)  ĠU C 355, 4.10.2018, p. 5.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.