22.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/69


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 125/2022

tad-29 ta’ April 2022

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/1569]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2149 tat-3 ta’ Diċembru 2021 dwar oġġezzjonijiet mhux riżolti rigward it-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ prodott bijoċidali li fih il-5-Kloro-2-metil-2H-iżotijażol-3-on (C(M)IT), riferuti minn Franza f’konformità mal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2174 tat-3 ta’ Diċembru 2021 dwar oġġezzjonijiet mhux riżolti rigward it-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-prodott bijoċidali Konservan P40 f’konformità mal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 12zzzzzzzr (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2148) tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“12zzzzzzzs.

32021 D 2149: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2149 tat-3 ta’ Diċembru 2021 dwar oġġezzjonijiet mhux riżolti rigward it-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ prodott bijoċidali li fih il-5-Kloro-2-metil-2H-iżotijażol-3-on (C(M)IT), riferuti minn Franza f’konformità mal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 434, 6.12.2021, p. 5).

12zzzzzzzt.

32021 D 2174: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2174 tat-3 ta’ Diċembru 2021 dwar oġġezzjonijiet mhux riżolti rigward it-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-prodott bijoċidali Konservan P40 f’konformità mal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 441, 9.12.2021, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2149 u (UE) 2021/2174 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta’ April 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)  ĠU L 434, 6.12.2021, p. 5.

(2)  ĠU L 441, 9.12.2021, p. 1.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.