16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 84/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2034]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/105 tat-27 ta' Jannar 2016 li japprova l-bifenil-2-ol bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 2, 4, 6 u 13 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/124 tad-29 ta' Jannar 2016 li japprova PHMB (1600; 1.8) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 4 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/125 tad-29 ta' Jannar 2016 li japprova l-PHMB (1600; 1.8) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 2, 3, 11 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/131 tal-1 ta' Frar 2016 li japprova C(M)IT/MIT (3:1) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 2, 4, 6, 11, 12 u 13 (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/107 tas-27 ta' Jannar 2016 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni taċ-ċibutrin bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21 (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/108 tas-27 ta' Jannar 2016 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tat-2-Butanon, perossidu bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1 u 2 (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/109 tas-27 ta' Jannar 2016 biex ma tapprovax il-PHMB (1600; 1.8) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 6 u 9 (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/110 tas-27 ta' Jannar 2016 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tat-triklosan bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 1 (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/135 tad-29 ta' Jannar 2016 li tipposponi d-data ta' skadenza tal-approvazzjoni tal-flokoumafen, tal-brodifakoum u tal-warfarina għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 14 (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(10)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 12zzzb (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/985) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“12zzzc.

32016 R 0105: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/105 tas-27 ta' Jannar 2016 li japprova l-bifenil-2-ol bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 2, 4, 6 u 13 (ĠU L 21, 28.1.2016, p. 74).

12zzzd.

32016 D 0107: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/107 tas-27 ta' Jannar 2016 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni taċ-ċibutrin bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21 (ĠU L 21, 28.1.2016, p. 81).

12zzze.

32016 D 0108: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/108 tas-27 ta' Jannar 2016 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tat-2-Butanon, perossidu bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 1 u 2 (ĠU L 21, 28.1.2016, p. 83).

12zzzf.

32016 D 0109: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/109 tas-27 ta' Jannar 2016 biex ma tapprovax il-PHMB (1600; 1.8) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 6 u 9 (ĠU L 21, 28.1.2016, p. 84).

12zzzg.

32016 D 0110: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/110 tas-27 ta' Jannar 2016 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tat-triklosan bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 1 (ĠU L 21, 28.1.2016, p. 86).

12zzzh.

32016 R 0124: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/124 tad-29 ta' Jannar 2016 li japprova l-PHMB (1600; 1.8) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodott tat-tipi 4 (ĠU L 24, 30.1.2016, p. 1).

12zzzi.

32016 R 0125: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/125 tad-29 ta' Jannar 2016 li japprova l-PHMB (1600; 1.8) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 2, 3 u 11 (ĠU L 24, 30.1.2016, p. 6).

12zzzj.

32016 R 0131: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/131 tal-1 ta' Frar 2016 li japprova s-C(M)IT/MIT (3:1) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 2, 4, 6, 11, 12 u 13 (ĠU L 25, 2.2.2016, p. 48).

12zzzk.

32016 D 0135: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/135 tat-29 ta' Jannar 2016 li tipposponi d-data ta' skadenza tal-approvazzjoni tal-flokoumafen, tal-brodifakoum u tal-warfarina għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 14 (ĠU L 25, 2.2.2016, p. 65).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/105, (UE) 2016/124, (UE) 2016/125 u (UE) 2016/131 u d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/107, (UE) 2016/108, (UE) 2016/109, (UE) 2016/110 u (UE) 2016/135fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 21, 28.1.2016, p. 74.

(2)  ĠU L 24, 30.1.2016, p. 1.

(3)  ĠU L 24, 30.1.2016, p. 6.

(4)  ĠU L 25, 2.2.2016, p. 48.

(5)  ĠU L 21, 28.1.2016, p. 81.

(6)  ĠU L 21, 28.1.2016, p. 83.

(7)  ĠU L 21, 28.1.2016, p. 84.

(8)  ĠU L 21, 28.1.2016, p. 86.

(9)  ĠU L 25, 2.2.2016, p. 65.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.