30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 228/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/535]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 73/2010 tas-26 ta' Jannar 2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1029/2014 tas- 26 ta' Settembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 73/2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 66wn (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“66wo.

32010 R 0073: Ir-Regolament tal-Kummissojni (UE) Nru 73/2010 tas-26 ta ' Jannar 2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 6), kif emendat bi:

32014 R 1029: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1029/2014 tas- 26 ta' Settembru 2014 (ĠU L 284, 30.9.2014, p. 9).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 73/2010 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1029/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD


(1)  ĠU L 23, 27.1.2010, p. 6.

(2)  ĠU L 284, 30.9.2014, p. 9.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.