22001D0058



Official Journal L 165 , 21/06/2001 P. 0064 - 0064


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 58/2001

tat-18 ta' Mejju 2001

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed "il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,"

Billi:

(1) Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2000 tal-25 ta' Frar 2000 [1].

(2) Huwa xieraq illi tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 2850/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2000 li tistabbilixxi qfas tal-Komunità għall-kooperazzjoni fil-qasam ta' tniġġġiż tal-baħar aċċidentali jew apposta [2].

(3) Il-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża sseħħ sa mill-1 ta' Jannar 2001,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 3 (Ambjent) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim:

"4. L-Istati ta' l-EFTA għandhom, b'effett mill-1 ta' Jannar 2001, jipparteċipaw fil-programm ta' azzjoni tal-Komunità li hemm referenza għalih fil-paragrafu 7.

5. L-Istati ta' l-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-paragrafu 7 bi qbil ma' l-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim.

6. L-Istati ta' l-EFTA għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fil-kumitati tal-KE li jassistu lill-Kummissjoni tal-KE fl-amministrazzjoni, l-żvilupp u l-implimentazzjoni tal-programm ta' azzjoni tal-Komunità li hemm referenza għalih fil-paragrafu 7.

7. L-att li ġej tal-Komunità, kif ukoll atti li joħorġu minnu, huma s-suġġett ta' dan l-Artikolu:

- 32000 D 2850: Id-Deċiżjoni Nru 2850/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2000 li tistabbilixxi qafas tal-Komunità għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tniġġiż tal-baħar aċċidentali jew apposta (ĠU L 332, tat-28.12.2000, p. 1)."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar id-19 ta' Mejju 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2001.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Mejju 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 103, tat-12.4.2001, p. 51.

[2] ĠU L 332, tat-28.12.2000, p. 1.

[3] No constitutional requirements indicated.

--------------------------------------------------