22000A0811(01)



Official Journal L 204 , 11/08/2000 P. 0037 - 0041


Ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri

bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja dwar l-estensjoni tan-netwerk ta' komunikazzjonijiet komuni/interface ta' sistemi komuni (XKK/ISK) fil-qafas tal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta' transitu

A. Ittra mill-Komunità Ewropea

Sinjur,

Dwar l-estensjoni ta' l-użu tan-netwerk ta' komunikazzjonijiet komuni/interface ta' sistema komuni (XKK/ISK) għas-sistema l-ġdida kompjuterizzata ta' transitu għan-Norveġja, nixtieq nipproponi (nissuġġerixxi) l-impenn li ġej f'isem il-Komunità Ewropea:

I. Il-Partijiet għandhom josservaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif miġjuba fid-dokumenti elenkati fl-Anness ma' din l-ittra, li tqiegħdu għad-dispożizzjoni tan-Norveġja, flimkien ma' kull emendi futuri li jistgħu jsiru f'konnessjoni mal-proġett.

II. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (iżjed 'il quddiem issir referenza għaliha bħala l-"Kummissjoni") għandha timmaniġġa u tiżviluppa s-sistema skond il-linji gwida miktuba mill-Kumitat tal-Politika Doganali - Grupp ta' Ħidma dwar l-Ipproċessar tad-Data - Subgrupp Tekniku tax-XKK/ISK (KPD-CWP-XKK/ISK) ukoll għall-pajjiżi sħab (partner).

III. Il-Partijiet għandhom josservaw ir-regoli dwar il-politika ta' sigurtà ġenerali kif preskritta u deċiża fil-qafas tal-proġett.

IV. Mhux iktar tard mill-1 ta' Settembru 2000, in-Norveġja għandha tħallas somma b'rata fissa ta' EUR 120000 għall-istallazzjoni tax-XKK/ISK.

V. Qabel il-31 ta' Jannar 2001, il-Kummissjoni għandha tagħlaq il-kontijiet konnessi ma' l-ispejjeż ta' l-istallazzjoni fuq il-bażi tas-somma diġà mħallsa u l-ispejjeż attwali li n-Norveġja għandha tħallas fuq il-bażi tal-ftehim speċifiku li l-Kummissjoni kkonkludiet għal dak il-għan mas-subkuntrattur u għandha tagħti rendikont lin-Norveġja. Il-pagament finali (pagament tal-bilanċ) għandu jsir 30 jum wara l-preżentazzjoni tar-rendikont.

VI. Mhux iktar tard mill-1 ta' Settembru 2000, in-Norveġja għandha tħallas somma b'rata fissa ta' EUR 48000 għall-ispejjeż ta' l-operat tan-netwerk għas-sena 2000.

VII. Mill-2001, fil-15 ta' Mejju ta' kull sena, in-Norveġja għandha tħallas somma b'rata fissa għall-ispiża annwali ta' l-użu tan-netwerk. Qabel il-31 ta' Lulju ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lin-Norveġja bis-somma b'rata fissa għas-sena ta' wara. Is-somma b'rata fissa għas-sena 2001 għandha tammonta għal EUR 96000.

VIII. Qabel il-31 ta' Jannar ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tagħlaq il-kontijiet konnessi ma' l-ispejjeż annwali ta' l-operat tan-netwerk fuq il-bażi tas-somma diġà mħallsa u l-ispejjeż attwali li n-Norveġja għandha tħallas u għandha tagħti rendikont lin-Norveġja. Il-Kummissjoni għandha tikkalkola n-nefqa attwali fuq il-bażi tar-relazzjoni tagħha mas-subkuntrattur magħżul skond il-proċeduri kurrenti għall-għoti ta' kuntratti. Il-pagament finali (pagament tal-bilanċ) għandu jsir 30 jum wara l-preżentazzjoni tar-rendikont. L-ammont totali li għandu jitħallas min-Norveġja ikun x'ikun il-każ m'għandux jeċċedi b'20 % is-somma b'rata fissa annwali diġà mħallsa.

IX. Bl-istess mod bħall-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, in-Norveġja għandha tinżamm informata bit-tendenzi mbassra f'dawn il-ispejjeż kif ukoll bl-aspetti prinċipali ta' l-iżviluppi tax-XKK/ISK li aktarx ikollhom impatt fuq dawk l-ispejjeż.

X. Mhux iktar tard mill-1 ta' Settembru 2000, in-Norveġja għandha tħallas depożitu annwali għall-kontinġenzi u żvilupp futur ta' ammont ta' EUR 40000. Il-Kummissjoni għandha tagħti lin-Norveġja rendikont li jispeċifika t-tqassim (breakdown) ta' l-ispejjeż iċċarġjati lil dak id-depożitu. Mhux iktar tard mill-15 ta' Mejju ta' kull sena, in-Norveġja għandha terġa tikkomplimenta d-depożitu billi tħallas somma li tikkorrispondi għall-ammont attwalment użat għall-kontinġenzi u żvilupp futur fis-sena preċedenti.

XI. Il-pagamenti kollha għandhom isiru lill-Kummissjoni.

XII. Dan il-Ftehim għandu jibqa' fis-seħħ sakemm iż-żewġ partijiet jkunu Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta' transitu. Madankollu, iż-żewġ partijiet jirriżervaw id-dritt li jemendaw il-Ftehim bi ftehim reċiproku.

XIII. Jekk in-Norveġja tħallas l-ammonti li jipprovdu għalihom il-punti IV, V, VI, VII, VIII u X iktar tard mid-data speċifikata f'dawk il-punti, l-Unjoni Ewropea tista' tiċċarġja imgħax fuq l-arretrati (bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjoni tiegħu f'euro, ippubblikata fis-serje "C" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, fil-jum li fih l-iskadenza (terminu perentorju) tar-ripagament tagħlaq, plus punt u nofs). L-istess rata għandha tapplika għall-pagamenti li għandhom isiru mill-Komunità.

Inkun nafulek jekk tikkonferma l-qbil tan-Norveġja ma' dan ta' hawn iktar 'il fuq.

Nitolbok tilqa', Sinjur, iċ-ċertezza ta' l-ogħla stima tiegħi.

F'isem il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

L-ANNESS MA' L-ISKAMBJU TA' ITTRI

DOKUMENTAZZJONI ESTERNA TAX- XKK/ISK

ĠENERALI

21info_en | Integrazzjoni telematika tax-XKK/ISK għad-dazju u tassazzjoni indiretta (verżjoni Ingliża) |

21info_fr | XKK/ISK: integrazzjoni telematika għad-dazju u tassazzjoni indiretta (verżjoni Franċiża) |

Arap_101 | Arkitettura ta' applikazzjonijiet trans-Ewropej |

Bnf104de | Benefiċċji antiċipati ta' l-użu tax-XKK/ISK għall-applikazzjonijiet trans-Ewropej tad-DĠ XXI (verżjoni Ġermaniża) |

Bnf104en | Benefiċċji antiċipati ta' l-użu tax-XKK/ISK għall-applikazzjonijiet trans-Ewropej tad-DĠ XXI (verżjoni Ingliża) |

Bnf104fr | Benefiċċji antiċipati ta' l-użu tax-XKK/ISK għall-applikazzjonijiet trans-Ewropej tad-DĠ XXI (verżjoni Franċiża) |

Lr092v08 | Deskrizzjoni ta' l-offerta ta' l-ISK |

Lr155v01 | Deskrizzjoni ta' l-imġiba dinamika ta' l-interazzjonijiet tax-XKK/ISK |

Lst-rol-XXI-00 | Deskrizzjoni tar-rwol tax-XKK/ISK |

Mathaeus-Dublin | Arkitettura u metodoloġija għas-sistemi intra-Komunitarji |

Pre-gen-XXI | Preżentazzjoni u gwida ta' qari tax-XKK/ISK |

XKK/TC

Ccn_tc_sla_03 | Ftehim ta' livell ta' servizz tax-XKK/TC |

Epm01 | Manwal ta' proċedura esterna tax-XKK/TC |

Sqp_01 | Pjan tal-kwalità ta' servizz tax-XKK//TC |

ŻVILUPP

Acg_03 | Gwida għall-konfigurazzjoni ta' l-applikazzjoni |

Prg_c_05 | Gwida għall-konfigurazzjoni ta' l-applikazzjoni (lingwa C) |

Prg_Cob_BS2000_03 | Gwida għall-ipprogrammar ta' l-applikazzjoni (lingwa Cobol għal BS2000) |

Prg_Cob_CICS_01 | Gwida għall-ipprogrammar ta' l-applikazzjoni (lingwa Cobol għall-IBM) |

Prg_Cob_GCOS7_03 | Gwida għall-ipprogrammar ta' l-applikazzjoni (lingwa Cobol għall-GCOS7) |

Prg_Cob_GCOS8_01 | Gwida għall-ipprogrammar ta' l-applikazzjoni (lingwa Cobol għall-GCOS8) |

Ref_cd09 | Manwal ta' referenza għal definizzjonijiet komuni (lingwa C) |

Ref_Cob_cd01 | Manwal ta' referenza għal definizzjonijiet komuni (lingwa Cobol) |

Ref_Cob_cs01 | Manwal ta' referenza għall-ISK (lingwa Cobol) |

Ref_Cob_gs01 | Manwal ta' referenza għall-GSS (lingwa Cobol) |

Ref_Cob_hl01 | Manwal ta' referenza għall-HL (lingwa Cobol) |

Ref_Cob_os01 | Manwal ta' referenza għall-ATS (lingwa Cobol) |

Ref_Cob_pr01 | Manwal ta' referenza għall-preżentazzjoni (lingwa Cobol) |

Ref_cs09 | Manwal ta' referenza għall-ISK (lingwa C) |

Ref_er05 | Żball raġuni manwal ta' referenza għall-kodiċijiet |

Ref_gs03 | Manwal ta' referenza għall-GSS (lingwa C) |

Ref_hl07 | Manwal ta' referenza għall-HL (lingwa C) |

Ref_os01 | Manwal ta' referenza għall-ATS (lingwa C) |

Ref_pr07 | Manwal ta' referenza għall-preżentazzjoni (lingwa C) |

SIGURTA

Pol-sec-XXI-01 | Politika ta' sigurtà ġenerali tax-XKK/ISK |

SPEĊIFIKAZZJONIJIET

Ad_07 | Disinn ta' l-arkitettura |

Frs_03 | Speċifikazzjonijiet ta' dak li hu rekwiżit |

Fss_05 | Speċifikazzjonijiet tas-sistema funzjonali |

Ovw_07 | Deskrizzjoni ġenerika tas-sistema |

TAĦRIĠ

Tra-csi(mod1)-05.ppt | Kors għall-arkitetti u żviluppaturi ta' l-applikazzjoni ta' l-ISK |

Tra-csi(mod2)-05.ppt | Kors għall-arkitetti u żviluppaturi ta' l-applikazzjoni ta' l-ISK (lingwa C) |

Tra-csi(mod3)-03.ppt | Kors għall-arkitetti u żviluppaturi ta' l-applikazzjoni ta' l-ISK (lingwa C) |

Tra-csi_cob(mod2)-01.ppt | Kors għall-arkitetti u żviluppaturi ta' l-applikazzjoni ta' l-ISK (lingwa Cobol) |

Tra-csi_cob(mod3)-01.ppt | Kors għall-arkitetti u żviluppaturi ta' l-applikazzjoni ta' l-ISK (lingwa Cobol) |

B. Ittra min-Norveġja

Sinjur,

Nirrikonoxxi l-irċevuta ta' l-ittra tiegħek dwar l-etensjoni ta' l-użu tan-netwerk ta' komunikazzjonijiet komuni/

interface

ta' sistema komuni (XKK/ISK) għas-sistema l-ġdida kompjuterizzata ta' transitu għan-Norveġja, li taqra (tgħid) kif ġej:

"Dwar l-estensjoni ta' l-użu tan-netwerk ta' komunikazzjonijiet komuni/interface ta' sistema komuni (XKK/ISK) għas-sistema l-ġdida kompjuterizzata ta' transitu għan-Norveġja, nixtieq nipproponi (nissuġġerixxi) l-impenn li ġej f'isem il-Komunità Ewropea:

I. Il-Partijiet għandhom josservaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif miġjuba fid-dokumenti elenkati fl-Anness ma' din l-ittra, li tqiegħdu għad-dispożizzjoni tan-Norveġja, flimkien ma' kull emendi futuri li jistgħu jsiru f'konnessjoni mal-proġett.

II. Ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor, huma għandhom ikunu bbażati fuq rendikont maħruġ mill-Kummissjoni li jkun fih tqassim (breakdown) ta' l-ispejjeż li jidentifika s-servizzi differenti u l-forniment ta' hardware u software, pagabbli fi żmien 60 jum. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (iżjed 'il quddiem issir referenza għaliha bħala l-"Kummissjoni") għandha timmaniġġa u tiżviluppa s-sistema skond il-linji gwida miktuba mill-Kumitat tal-Politika Doganali - Grupp ta' Ħidma dwar l-Ipproċessar tad-Data - Subgrupp Tekniku tax-XKK/ISK (KPD-CWP-XKK/ISK) ukoll għall-pajjiżi sħab (partner).

III. Il-Partijiet għandhom josservaw ir-regoli dwar il-politika ta' sigurtà ġenerali kif preskritta u deċiża fil-qafas tal-proġett.

IV. Mhux iktar tard mill-1 ta' Settembru 2000

V. Qabel il-31 ta' Jannar 2001, il-Kummissjoni għandha tagħlaq il-kontijiet konnessi ma' l-ispejjeż ta' l-istallazzjoni fuq il-bażi tas-somma diġà mħallsa u l-ispejjeż attwali li n-Norveġja għandha tħallas fuq il-bażi tal-ftehim speċifiku li l-Kummissjoni kkonkludiet għal dak il-għan mas-subkuntrattur u għandha tagħti rendikont lin-Norveġja. Il-pagament finali (pagament tal-bilanċ) għandu jsir 30 jum wara l-preżentazzjoni tar-rendikont.

VI. Mhux iktar tard mill-1 ta' Settembru 2000, in-Norveġja għandha tħallas somma b'rata fissa ta' EUR 48000 għall-ispejjeż ta' l-operat tan-netwerk għas-sena 2000.

VII. Mill-2001, fil-15 ta' Mejju ta' kull sena, in-Norveġja għandha tħallas somma b'rata fissa għall-ispiża annwali ta' l-użu tan-netwerk. Qabel il-31 ta' Lulju ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lin-Norveġja bis-somma b'rata fissa għas-sena ta' wara. Is-somma b'rata fissa għas-sena 2001 għandha tammonta għal EUR 96000.

VIII. Qabel il-31 ta' Jannar ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tagħlaq il-kontijiet konnessi ma' l-ispejjeż annwali ta' l-operat tan-netwerk fuq il-bażi tas-somma diġà mħallsa u l-ispejjeż attwali li n-Norveġja għandha tħallas u għandha tagħti rendikont lin-Norveġja. Il-Kummissjoni għandha tikkalkola n-nefqa attwali fuq il-bażi tar-relazzjoni tagħha mas-subkuntrattur magħżul skond il-proċeduri kurrenti għall-għoti ta'

IX. Bl-istess mod bħall-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, in-Norveġja għandha tinżamm informata bit-tendenzi mbassra f'dawn il-ispejjeż kif ukoll bl-aspetti prinċipali ta' l-iżviluppi tax-XKK/ISK li aktarx ikollhom impatt fuq dawk l-ispejjeż.

X. Mhux iktar tard mill-1 ta' Settembru 2000, in-Norveġja għandha tħallas depożitu annwali għall-kontinġenzi u żvilupp futur ta' ammont ta' EUR 40000. Il-Kummissjoni għandha tagħti lin-Norveġja rendikont li jispeċifika t-tqassim (breakdown) ta' l-ispejjeż iċċarġjati lil dak id-depożitu. Mhux iktar tard mill-15 ta' Mejju ta' kull sena, in-Norveġja għandha terġa tikkomplimenta d-depożitu billi tħallas somma li tikkorrispondi għall-ammont attwalment użat għall-kontinġenzi u żvilupp futur fis-sena preċedenti.

XI. Il-pagamenti kollha għandhom isiru lill-Kummissjoni. Ħlief jekk speċifikat mod ieħor, huma għandhom ikunu bbażati fuq rendikont maħruġ mill-Kummissjoni li jkun fih tqassim (breakdown) ta' spejjeż li jidentifikaw is-servizzi differenti u l-forniment ta' hardware u software, pagabbli fi żmien 60 jum.

XII. Dan il-Ftehim jibqa fis-seħħ sakemm iż-żewġ partijiet huma partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 fuq proċedura ta' transitu komuni. Madankollu, iż-żewġ partijiet jistgħu jirriżervaw id-dritt li jemendaw il-Ftehim bi ftehim reċiproku.

XIII. Jekk in-Norveġja tħallas l-ammonti li jipprovdu għalihom il-punti IV, V, VI, VII, VIII u X iktar tard mid-data speċifikata f'dawk il-punti, l-Unjoni Ewropea tista' tiċċarġja mgħax fuq l-arretrati (bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjoni tiegħu f'euro, ippubblikata fis-serje "C" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, fil-jum li fih l-iskadenza (terminu perentorju) tar-ripagament tagħlaq, plus punt u nofs). L-istess rata għandha tapplika għall-pagamenti li għandhom isiru mill-Komunità. Inkun nafulek jekk tikkonferma l-qbil tan-Norveġja ma' dan ta' hawn iktar 'il fuq.

Napprezza jekk tikkonfermali l-qbil tan-Norveġja ma' dan t'hawn fuq.

Għandi l-pjaċir nikkonferma l-qbil tan-Norveġja mal-kontenut ta' din l-ittra."

Nitolbok tilqa', Sinjur, iċ-ċertezza ta' l-ogħla stima tiegħi.

Għall-Gvern tan-Norveġja

--------------------------------------------------