21975A0529(03)



Official Journal L 106 , 26/04/1975 P. 0008 - 0009
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 2 P. 0046
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 2 P. 0046
Greek special edition: Chapter 11 Volume 7 P. 0010
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 5 P. 0162
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 5 P. 0162


Protokoll supplimentari għall-ftehim bejn il-komunità ekonomika ewropea u r-Repubblika ta’ l-Islanda

IL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,

minn-naħa l-waħda, u,

R-REPUBBLIKA TA’ L-ISLANDA

minn-naħa l-oħra,

FTIEHMU li jagħmlu l-emendi li ġejjin għall-Ftehim tagħhom tat-22 ta’ Lulju 1972:

Artikolu 1

It-test tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 3(4), l-ewwel u t-tieni subparagrafi: il-kliem "Protokoll Nru 1" għandhom jiġu mibdulin bil-kliem "Protokolli Nru 1 u Nru 2"; L-Artikolu 3(4), it-tieni subparagrafu: il-frażi li ġejja għandha tiġi mħassra: "magħmula u adottata fi ħdan il-konferenza bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda, ir-Renju tan-Norveġja u r-Renju Unit tal-Gran Brittannja u L-Irlanda ta’ Fuq".

2. L-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 5(3): il-kelma "Norveġja" għandha tiġi mħassra.

3. L-Artikolu 5(3): il-frażi li ġejja għandha tiġi mħassra: "magħmula u adottata fi ħdan il-konferenza bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda, ir-Renju tan-Norveġja u r-Renju Unit tal-Gran Brittannja u L-Irlanda ta’ Fuq".

4. L-Artikolu 37, l-ewwel paragrafu: il-kliem "ta’ l-Islanda, Taljan u Norveġiż" għandhom jiġu mibdulin bil-kliem "ta’ l-Islanda u Taljan".

5. Dan li ġej għandu jiġi mħassar mit-tmiem tal-Ftehim:

- "Utferdiget i Brussel, tjueandre juli nitten hundre og syttito",

- "For Rådet for de Europeiske Fellesskap".

Artikolu 2

Il-Protokoll Nru 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1(3) u (4) u l-Artikolu 3(f)(i): il-kelma "Norveġja" għandha tiġi mħassra.

2. L-Anness A: il-kelma "NORVEĠJA" għandha tiġi mħassra mit-titolu u l-kolonna intitolata "Norveġja" għandha tiġi mħassra.

Artikolu 3

Il-Protokoll Nru 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 2(1)(b), l-ewwel linja, u (b) (i), it-tieni inċiż: il-kelma "Norveġja" għandha tiġi mħassra.

2. L-Artikolu 2(1)(b) (i), u l-Artikolu 2(3): il-frażi li ġejja għandha tiġi mħassra: "magħmula u adottata fi ħdan il-konferenza bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda, ir-Renju tan-Norveġja u r-Renju Unit tal-Gran Brittannja u L-Irlanda ta’ Fuq".

3. L-Artikolu 2(1)(c) (ii): il-kelma "Norveġja" għandha tiġi mħassra.

Artikolu 4

Il-Protokoll Nru 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

1. Dan li ġej għandu jiġi sostitwit għall-ewwel parti ta’ l-Artikolu 2(1):

"1. "Billi l-kummerċ bejn il-Komunità u l-Awstrija, il-Finlandja, in-Norveġja, il-Portugall, l-Isvezja u l-Isvizzera u bejn l-Islanda u dawn l-aħħar sitt pajjiżi u kif ukoll bejn kull wieħed minn dawk l-istess sitt pajjiżi hu regolat permezz ta’ regoli identiċi għall-dawk li jinsabu f’dan il-Protokoll, il-prodotti li ġejjin għandhom ukoll jiġu ikkunsidrati bħala:”""

2. L-Artikolu 2(1)(A), 2 (1) (A) (a), (1) (B) u (1) (B) (a): il-kliem "sitt pajjiżi" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "ħames pajjiżi".

3. L-Artikolu 7: il-kelma "Norveġja" għandha tiġi inkluża bejn il-kliem "il-Finlandja" u "il-Portugall".

4. Dan li ġej għandu jiġi sostitwit għall-Artikolu 23(2) u (3):

"2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 2, l-ebda rifużjoni jew remissjoni ta’ kwalunkwe xorta ma tista’ tingħata mid-dazji doganali ġewwa d-Danimarka jew ir-Renju Unit għal merkanzija importata li tintuża fil-manifattura ta’ prodotti li fil-konfront tagħhom ċertifikat ta’ moviment hu maħruġ mill-awtoritajiet doganali ta’ wieħed jew l-ieħor minn dawn iż-żewġ pajjiżi għall-iskop li jibbenefikawfl-Islanda mid-dispożizzjonijiet tariffarji fis-seħħ fl-Islanda u li jaqgħu fi ħdan l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 4 tal-Ftehim. Madankollu, din ir-regola ma tapplikax fejn il-merkanzija użata hi dik imsemmija fl-Artikolu 25(1) ta’ dan il-Protokoll."

"3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 2, l-ebda rifużjoni jew remissjoni ta’ kwalunkwe xorta ma tista’ tingħata mid-dazji doganali ġewwa l-Islanda għal merkanzija importata li tintuża fil-manifattura ta’ prodotti li fil-konfront tagħhom ċertifikat ta’ moviment hu maħruġ mill-awtoritajiet doganali ta’ l-Islanda għall-iskop li jibbenefikaw fid-Danimarka jew fir-Renju Unit mid-disposizzjonijiet tariffarji fis-seħħ f’dawn iż-żewġ pajjiżi u li jaqgħu fi ħdan l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 4 tal-Ftehim. Madankollu, din ir-regola ma tapplikax fejn il-merkanzija użata hi dik imsemmija fl-Artikolu 25(1) ta’ dan il-Protokoll."

5. L-Artikolu 24(2): il-kelma "Norveġja" għandha tiġi mħassra minn (iii) u l-kliem "ħames pajjiżi" f’ (v) għandhom jiġu mibdulin bil-kliem "sitt pajjiżi."

6. L-Artikolu 25(1) kif l-aħħar emendat permezz tad-Deċiżjoni Nru 9/73 tal-Kumitat Konġunt: il-kliem "ħames pajjiżi" għandhom jiġu mibdulin bil-kliem "sitt pajjiżi" f’(a) u (b)(2).

7. L-Artikolu 26 il-kelma "Norveġja" għandha tiġi inkluża bejn il-kliem "il-Finlandja" u "il-Portugall".

8. L-Artikolu 27(1) u (2): il-kliem "ħames pajjiżi" għandhom jiġu mibdulin bil-kliem "sitt pajjiżi".

9. L-Anness I: il-kelma "Norveġja" għandha tiġi mħassra min-Noti ta’ Spjega 10 u 13.

Artikolu 5

Protokoll Nru 5: il-frażi li ġejja għandha tiġi mħassra "magħmula u adottata fi ħdan il-konferenza bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda, ir-Renju tan-Norveġja u r-Renju Unit tal-Gran Brittannja u L-Irlanda ta’ Fuq".

Artikolu 6

Il-Protokoll Nru 6 għandu jiġi emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1(2): il-kliem "u n-Norveġja" għandhom jiġu mħassra mill-aħħar kolonna tat-tieni u t-tielet skedi.

2. L-Artikolu 1(3): il-kelma "Norveġja" għandha tiġi mħassra mill-aħħar kolonna tat-tieni skeda.

Artikolu 7

Dan li ġej għandu jiġi mħassar mill-Att Finali:

- "Utferdiget i Brussel, tjueandre juli nitten hundre og syttito",

- "For Rådet for De Europeiske Fellesskap".

Artikolu 8

Dan il-Protokoll Addizzjonali huwa magħmul f’żewġ kopji fil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, ta’ l-Islanda u Taljana, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

--------------------------------------------------