7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/14


Artikolu 22

1.   Jekk il-proprjetarju tal-patenti, tal-jeddijiet provviżorjament protetti jew ta' mudelli ta' utilità u l-liċenzat jonqsu milli jiftiehmu dwar l-ammont ta' kumpens li għandu jitħallas, il-partijiet interessati jistgħu jilħqu kompromess għall-iskop li jirreferu l-materja lill-Kumitat ta' l-Arbitraġġ.

B'hekk huma jirrinunzjaw għal kull dritt ta' appell ħlief kif hemm previst fl-Artikolu 18.

2.   Jekk dak li jirċievi l-liċenza jirrifjuta li jilħaq kompromess bħal dan, il-liċenza mogħtija lilu għandha tkun meqjusa li tkun nulla u bla effett.

Jekk il-proprjetarju jirrifjuta li jilħaq kompromess bħal dan, il-kumpens previst f'dan l-Artikolu għandu jkun stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.