02021R1147 — MT — 12.04.2022 — 001.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) 2021/1147 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Lulju 2021

li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni

(ĠU L 251 15.7.2021, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2022/585 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta’ April 2022

  L 112

1

11.4.2022


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 166, 22.6.2022, p.  198 (2021/1147)




▼B

REGOLAMENT (UE) 2021/1147 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Lulju 2021

li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (il-“Fond”), għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Dan ir-Regolament jistipula l-objettivi tal-Fond, il-baġit għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027, il-forom tal-finanzjament tal-Unjoni u r-regoli dwar l-għoti ta’ dan il-finanzjament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“applikant għal protezzjoni internazzjonali” tfisser applikant kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(2) 

“benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali” tfisser benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

(3) 

“operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-Unjoni, inkluż fi ħdan faċilitajiet ta’ taħlit skont it-tifsira tal-punt (6) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Finanzjarju;

(4) 

“membru tal-familja” tfisser kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz definit bħala membru tal-familja taħt il-liġi tal-Unjoni rilevanti għall-qasam politiku ta’ azzjoni appoġġat mill-Fond;

(5) 

“ammissjoni umanitarja” tfisser l-ammissjoni wara, fejn rikjest minn Stat Membru, riferiment mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (EASO), l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (‘UNHCR’), jew korp internazzjonali rilevanti ieħor, ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew ta’ persuni apolidi minn pajjiż terz li ġew spostati b’mod furzat fih lejn it-territorju tal-Istati Membri, u li jingħataw protezzjoni internazzjonali jew status umanitarju skont il-liġi nazzjonali li jipprevedu drittijiet u obbligi ekwivalenti għal dawk tal-Artikoli 20 sa 34 tad-Direttiva 2011/95/UE għall-benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja;

(6) 

“appoġġ operazzjonali” tfisser parti mill-allokazzjoni ta’ Stat Membru li tista’ tintuża bħala appoġġ għall-awtoritajiet pubbliċi responsabbli mit-twettiq tal-kompiti u mill-għoti tas-servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni;

(7) 

“tneħħija” tfisser tneħħija kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;

(8) 

“risistemazzjoni” tfisser l-ammissjoni wara riferiment mill- UNHCR, ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew ta’ persuni apolidi minn pajjiż terz li ġew spostati fih lejn it-territorju tal-Istati Membri, u li jingħataw protezzjoni internazzjonali u jkollhom aċċess għal soluzzjoni dejjiema f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali;

(9) 

“ritorn” tfisser “ritorn” kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;

(10) 

“azzjonijiet speċifiċi” tfisser proġetti tranżnazzjonali jew nazzjonali li jġibu valur miżjud tal-Unjoni f’konformità mal-objettivi tal-Fond li fir-rigward tiegħu Stat Membru wieħed, diversi Stati Membri jew l-Istati Membri kollha jistgħu jirċievu allokazzjoni addizzjonali għall-programmi tagħhom;

(11) 

“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna, inkluża persuna apolida jew persuna b’ċittadinanza mhux determinata, li mhix ċittadin tal-Unjoni kif definit fl-Artikolu 20(1) TFUE;

(12) 

“minorenni mhux akkumpanjat” tfisser minorenni mhux akkumpanjati kif definit fil-punt (l) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/95/UE;

(13) 

“azzjonijiet tal-Unjoni” tfisser proġetti tranżnazzjonali jew proġetti ta’ interess partikolari tal-Unjoni implimentati f’konformità mal-objettivi tal-Fond;

(14) 

“persuna vulnerabbli” tfisser kwalunkwe persuna definita bħala persuna vulnerabbli skont il-liġi tal-Unjoni rilevanti għall-qasam politiku ta’ azzjoni appoġġat taħt il-Fond.

Artikolu 3

Objettivi tal-Fond

1.  
L-objettiv ta’ politika tal-Fond huwa li jikkontribwixxi għall-ġestjoni effiċjenti tal-flussi ta’ migrazzjoni u għall-implimentazzjoni, it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-politika komuni dwar l-ażil, u l-politika komuni dwar l-immigrazzjoni, f’konformità mal-acquis rilevanti tal-Unjoni filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-istrumenti internazzjonali li huma parti għalihom.
2.  

Fl-ambitu ta’-objettiv ta’ politika stipulat fil-paragrafu 1, il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a) 

it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-aspetti kollha tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, inkluż id-dimensjoni esterna tagħha;

(b) 

it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri f’konformità mal-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali tagħhom, u l-promozzjoni u l-kontribuzzjoni għall-integrazzjoni effettiva u l-inklużjoni soċjali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi;

(c) 

il-kontribuzzjoni għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni rregolari, li jiggarantixxi ritorn u riammissjoni aktar effettivi, sikuri u dinjitużi, u l-promozzjoni u l-kontribuzzjoni għar-riintegrazzjoni inizjali effettiva fil-pajjiżi terzi;

(d) 

it-titjib tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward ta’ dawk l-aktar milquta mill-isfidi tal-migrazzjoni u l-ażil, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni prattika.

3.  
Fl-ambitu tal-objettivi speċifiċi stipulati fil-paragrafu 2, il-Fond għandu jiġi implimentat permezz tal-miżuri ta’ implimentazzjoni elenkati fl-Anness II.

Artikolu 4

Sħubija

Għall-finijiet tal-Fond, is-sħubiji għandhom, skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, jinkludu awtoritajiet reġjonali, lokali, urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra jew l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw tali awtoritajiet, organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, organizzazzjonijiet mhux governattivi, bħal organizzazzjonijiet tar-refuġjati u organizzazzjonijiet immexxija mill-migranti, kif ukoll istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u korpi nazzjonali tal-ugwaljanza, u sħab ekonomiċi u soċjali.

Artikolu 5

Kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ

1.  
Fl-ambitu tal-objettivi tiegħu u f’konformità mal-miżuri ta’ implimentazzjoni elenkati fl-Anness II, il-Fond għandu, b’mod partikolari, jappoġġa l-azzjonijiet elenkati fl-Anness III.

Biex tindirizza ċirkostanzi mhux previsti jew ġodda, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 37 biex temenda l-lista ta’ azzjonijiet fl-Anness III sabiex jiġu miżjuda azzjonijiet ġodda.

2.  
Sabiex jinkisbu l-objettivi tiegħu, il-Fond jista’ jappoġġa, f’konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni, azzjonijiet kif imsemmi fl-Anness III f’pajjiżi terzi u b’rabta magħhom, fejn xieraq, f’konformità mal-Artikolu 7 jew 24, kif applikabbli.
3.  

Fir-rigward ta’ azzjonijiet f’pajjiżi terzi u b’rabta magħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom, f’konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, jiżguraw koordinazzjoni mal-politiki, l-istrateġiji u l-istrumenti rilevanti tal-Unjoni. Huma għandhom, b’mod partikolari, jiżguraw li l-azzjonijiet f’pajjiżi terzi u b’rabta magħhom:

(a) 

jitwettqu f’sinerġija u f’koerenza ma’ azzjonijiet oħra barra l-Unjoni appoġġati permezz ta’ strumenti oħrajn tal-Unjoni;

(b) 

ikunu koerenti mal-politika esterna tal-Unjoni, jirrispettaw il-prinċipju tal-koerenza politika għall-iżvilupp u jkunu konsistenti mad-dokumenti ta’ programmazzjoni strateġika għar-reġjun jew il-pajjiż inkwistjoni;

(c) 

jiffukaw fuq miżuri li mhumiex orjentati lejn l-iżvilupp; u

(d) 

jaqdu l-interessi tal-politiki interni tal-Unjoni u jkunu konsistenti mal-attivitajiet imwettqa ġewwa l-Unjoni.

4.  
L-objettivi tal-Fond għandhom jappoġġaw azzjonijiet li jiffukaw fuq grupp fil-mira wieħed jew aktar fl-ambitu tal-Artikoli 78 u 79 tat-TFUE.

Artikolu 6

Ugwaljanza bejn il-ġeneri u nondiskriminazzjoni

1.  
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri jitqiesu u jiġu promossi tul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni ta’ programmi u proġetti appoġġati taħt il-Fond.
2.  
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jeskludu kwalunkwe forma ta’ diskriminazzjoni pprojbita mill-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”) matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni ta’ programmi u proġetti appoġġati taħt il-Fond.

Artikolu 7

Pajjiżi terzi assoċjati mal-Fond

1.  
Il-Fond għandu jkun miftuħ għal pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu 2, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fil-Fond.
2.  
Sabiex pajjiż terz ikun eliġibbli biex ikun assoċjat mal-Fond kif imsemmi fil-paragrafu 1, huwa għandu jkun ikkonkluda mal-Unjoni ftehim dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil iddepożitata fi Stat Membru jew iddepożitata f’dak il-pajjiż terz.
3.  

Il-ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fil-Fond, għandu bħala minimu:

(a) 

jiffaċilita l-kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni fil-qasam tal-ażil, il-migrazzjoni u r-ritorn fl-ispirtu tal-prinċipju tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà;

(b) 

ikun mirfud, għat-tul tal-Fond, mill-prinċipji tan-non-refoulement, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;

(c) 

jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet magħmula mill-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-Fond u tal-benefiċċji li dan jirċievi;

(d) 

jistipula l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-Fond, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-Fond, u l-kostijiet amministrattivi tiegħu;

(e) 

ma jagħti l-ebda setgħa ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet lill-pajjiż terzi fir-rigward tal-Fond;

(f) 

jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tħares l-interessi finanzjarji tagħha;

(g) 

jistipula li l-pajjiż terz jagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ għall-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, mill-OLAF u mill-Qorti tal-Awdituri f’konformità mal-Artikolu 8.

Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 8

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Meta pajjiż terz jieħu sehem fil-Fond permezz ta’ deċiżjoni adottata skont ftehim internazzjonali jew abbażi ta’ kwalunkwe strument ġuridiku ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji meħtieġa biex l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.



KAPITOLU II

QAFAS FINANZJARJU U TA’ IMPLIMENTAZZJONI



TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 9

Prinċipji ġenerali

1.  
L-appoġġ ipprovdut taħt il-Fond għandu jikkomplementa l-interventi nazzjonali, reġjonali u lokali u għandu jiffoka fuq il-valur miżjud tal-Unjoni għat-twettiq tal-objettivi tal-Fond.
2.  
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ ipprovdut skont il-Fond u mill-Istati Membri jkun konsistenti mal-azzjonijiet, il-politiki u l-prijoritajiet rilevanti tal-Unjoni, u li jkun komplementari għall-appoġġ ipprovdut taħt strumenti oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-istrumenti esterni, il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR).
3.  
Il-Fond għandu jiġi implimentat taħt ġestjoni diretta, kondiviża jew indiretta f’konformità mal-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 10

Baġit

1.  
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Fond għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun ta’ EUR 9 882 000 000 fi prezzijiet kurrenti.
2.  

Il-pakkett finanzjarju għandu jintuża kif ġej:

(a) 

EUR 6 270 000 000 għandhom jiġu allokati għall-programmi tal-Istati Membri;

(b) 

EUR 3 612 000 000 għandhom jiġu allokati għall-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 11.

3.  
Sa 0,42 % tal-pakkett finanzjarju għandhom jiġu allokati għal assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2021/1060.
4.  
F’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2021/1060, sa 5 % tal-allokazzjoni inizjali lil Stat Membru minn kwalunkwe wieħed mill-fondi taħt dak ir-Regolament taħt ġestjoni kondiviża jista’ jiġi ttrasferit għall-Fond taħt ġestjoni diretta jew indiretta fuq it-talba ta’ dak l-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament f’konformità mal-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

▼M1

5.  
L-appoġġ taħt dan ir-Regolament jista’ jiġi ffinanzjat ukoll minn kontribuzzjonijiet magħmula mill-Istati Membri u minn donaturi pubbliċi jew privati oħra bħala dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.

▼B

Artikolu 11

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-implimentazzjoni tal-faċilità tematika

1.  
L-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 10(2) għandu jiġi allokat b’mod flessibbli permezz ta’ faċilità tematika bl-użu ta’ ġestjoni kondiviża, diretta jew indiretta kif stabbilit fil-programmi ta’ ħidma. Minħabba n-natura interna tal-Fond, il-faċilità tematika għandha primarjament taqdi l-politika interna tal-Unjoni f’konformità mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3(2).

Il-finanzjament mill-faċilità tematika għandu jintuża għall-komponenti tiegħu, li huma kif ġej:

(a) 

azzjonijiet speċifiċi;

(b) 

azzjonijiet tal-Unjoni;

(c) 

assistenza ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 31;

(d) 

risistemazzjoni u ammissjoni umanitarja;

(e) 

appoġġ lill-Istati Membri fit-trasferiment ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali jew ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali bħala parti minn sforzi ta’ solidarjetà kif imsemmi fl-Artikolu 20; u

(f) 

Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 26.

L-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2021/1060, għandha tirċievi appoġġ ukoll mill-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament.

2.  
Il-finanzjament mill-faċilità tematika għandu jindirizza l-prijoritajiet b’valur miżjud għoli tal-Unjoni jew jintuża b’reazzjoni għal ħtiġijiet urġenti f’konformità mal-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni kif rifless fl-Anness II.

Il-finanzjament imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, bl-eċċezzjoni ta’ finanzjament użat għal assistenza ta’ emerġenza f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(1), għandu jappoġġa biss l-azzjonijiet elenkati fl-Anness III, inkluż r-risistemazzjoni u l-ammissjoni umanitarja f’ konformità mal-Artikolu 19 bħala parti mid-dimensjoni esterna tal-politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni.

3.  
Il-Kummissjoni għandha tinvolvi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u n-networks rilevanti, b’mod partikolari bil-ħsieb tat-tħejjija u l-evalwazzjoni tal-programmi ta’ ħidma għall-azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati taħt il-Fond.
4.  
Mhux inqas minn 20 % tar-riżorsi mill-allokazzjoni inizjali għall-faċilità tematika għandhom jiġu allokati għall-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 3(2).
5.  
Meta jingħata finanzjament mill-faċilità tematika taħt ġestjoni diretta jew indiretta lill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-proġetti affettwati minn opinjoni motivata mogħtija mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jqajmu dubju dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni ta’ dawk il-proġetti ma jiġux magħżula.
6.  
Għall-finijiet tal-Artikolu 23 u l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, fejn il-finanzjament mill-faċilità tematika jiġi implimentat taħt ġestjoni kondiviża, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura, u l-Kummissjoni għandha tivvaluta, li l-azzjonijiet previsti ma jkunux affettwati minn opinjoni motivata mogħtija mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jqajmu dubju dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew l-prestazzjoni tal-azzjonijiet.
7.  
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont globali li jkun irid isir disponibbli għall-faċilità tematika taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit tal-Unjoni.
8.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, -deċiżjonijiet ta’ finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju għall-faċilità tematika li jidentifikaw l-objettivi u l-azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati u li jispeċifikaw l-ammonti għal kull wieħed mill-komponenti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Fejn applikabbli, id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament għandhom jistabbilixxu l-ammont globali riżervat għal operazzjonijiet ta’ taħlit. Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament jistgħu jkunu annwali jew pluriennali u jistgħu jkopru wieħed jew aktar mill-komponenti tal-faċilità tematika msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38(3) ta’ dak ir-Regolament.
9.  
Il-faċilità tematika għandha, b’mod partikolari, tappoġġa l-azzjonijiet li jaqgħu taħt miżura ta’ implimentazzjoni 2(d) tal-Anness II li huma implimentati mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jew mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. F’dak ir-rigward, mhux inqas minn 5 % tal-allokazzjoni inizjali għall-faċilità tematika għandha tkun immirata lejn l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ integrazzjoni mill-awtoritajiet lokali u reġjonali.
10.  
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-distribuzzjoni tar-riżorsi fost l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tkun ġusta u trasparenti. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-użu u d-distribuzzjoni tal-faċilità tematika bejn il-komponenti msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inkluż dwar l-appoġġ ipprovdut lill-azzjonijiet f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom, taħt l-azzjonijiet tal-Unjoni.
11.  
Sussegwentement għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament kif imsemmi fil-paragrafu 8, il-Kummissjoni tista’ temenda l-programmi tal-Istati Membri skont kif ikun adatt.



TAQSIMA 2

APPOĠĠ U IMPLIMENTAZZJONI TAĦT ĠESTJONI KONDIVIŻA

Artikolu 12

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  
Din it-taqsima tapplika għall-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 10(2) u għal riżorsi addizzjonali li għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni kondiviża f’konformità mad-deċiżjoni ta’ finanzjament għall-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 11.
2.  
L-appoġġ taħt din it-taqsima għandu jiġi implimentat taħt ġestjoni kondiviża f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (UE) 2021/1060.

Artikolu 13

Riżorsi baġitarji

1.  

L-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 10(2) għandu jiġi allokat għall-programmi tal-Istati Membri b’mod indikattiv kif ġej:

(a) 

EUR 5 225 000 000 f’konformità mal-Anness I;

(b) 

EUR 1 045 000 000 għall-aġġustament tal-allokazzjonijiet għall-programmi tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 17(1).

2.  
Fejn l-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma huwiex kompletament allokat, l-ammont li jifdal jista’ jiżdied mal-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 10(2).

Artikolu 14

Prefinanzjament

1.  

F’konformità mal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-prefinanzjament għall-Fond għandu jitħallas b’pagamenti parzjali annwali qabel l-1 ta’ Lulju ta’ kull sena, soġġett għad-disponibbiltà ta’ fondi, kif ġej:

(a) 

2021: 4 %;

(b) 

2022: 3 %;

(c) 

2023: 5 %;

(d) 

2024: 5 %;

(e) 

2025: 5 %;

(f) 

2026: 5 %.

2.  
Fejn programm ta’ Stat Membru jiġi adottat wara l-1 ta’ Lulju 2021, il-pagamenti parzjali preċedenti għandhom jitħallsu fis-sena tal-adozzjoni tiegħu.

Artikolu 15

Rati ta’ kofinanzjament

1.  
Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż 75 % tat-total tan-nefqa eliġibbli għal proġett.
2.  
Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 90 % tat-total tan-nefqa eliġibbli għal proġetti implimentati skont azzjonijiet speċifiċi.
3.  
Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 90 % tat-total tan-nefqa eliġibbli għal azzjonijiet elenkati fl-Anness IV.
4.  
Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 100 % tat-total tan-nefqa eliġibbli għal appoġġ operazzjonali.
5.  
Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 100 % tat-total tan-nefqa eliġibbli għal assistenza ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 31.
6.  
Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 100 % tat-total tan-nefqa eliġibbli għal assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri fil-limiti stabbiliti fil-punt (b)(vi) tal-Artikolu 36(5) tar-Regolament (UE) 2021/1060.
7.  
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova programm ta’ Stat Membru għandha tiffissa r-rata ta’ kofinanzjament u l-ammont massimu ta’ appoġġ mill-Fond għat-tipi ta’ azzjoni koperti mill-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 6.
8.  

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova programm ta’ Stat Membru għandha tistabbilixxi għal kull tip ta’ azzjoni jekk ir-rata ta’ kofinanzjament tiġix applikata fir-rigward ta’:

(a) 

il-kontribuzzjoni totali, inkluż il-kontribuzzjonijiet pubbliċi u privati; jew

(b) 

il-kontribuzzjoni pubblika biss.

Artikolu 16

Programmi tal-Istati Membri

1.  
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-prijoritajiet indirizzati fil-programm tiegħu jkunu jwieġbu għall-prijoritajiet u l-isfidi tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-ażil u l-migrazzjoni u konsistenti magħhom u jkunu konformi bis-sħiħ mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u mal-prijoritajiet maqbula tal-Unjoni, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jirriżultaw minn strumenti internazzjonali li huma parti għalihom. Meta jiddefinixxu l-prijoritajiet tal-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ implimentazzjoni elenkati fl-Anness II ikunu indirizzati b’mod adegwat fil-programmi tagħhom.

Minħabba n-natura interna tal-Fond, il-programmi tal-Istati Membri għandhom primarjament jaqdu l-politika interna tal-Unjoni f’konformità mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programmi tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament(UE) 2021/1060.

2.  

Fil-limiti tar-riżorsi allokati fl-Artikolu 13(1), u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, kull Stat Membru għandu jalloka fil-programm tiegħu:

(a) 

mhux inqas minn 15 % tar-riżorsi tiegħu allokati għall-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2); u

(b) 

mhux inqas minn 15 % tar-riżorsi tiegħu allokati għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2).

3.  
Stat Membru jista’ jalloka anqas mill-perċentwali minimi msemmija fil-paragrafu 2 biss jekk jipprovdi spjegazzjoni dettaljata fil-programm tiegħu għalfejn l-allokazzjoni tar-riżorsi taħt dak il-livell ma tipperikolax it-twettiq tal-objettiv rilevanti.
4.  
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-għarfien u l-għarfien espert tal-aġenziji deċentralizzati rilevanti, b’mod partikolari l-EASO, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 ( 3 ), jittieħed kont tagħhom fir-rigward tal-oqsma ta’ kompetenza tagħhom, fi stadju bikri u b’mod f’waqtu, fl-iżvilupp tal-programmi tal-Istati Membri.
5.  
Il-Kummissjoni tista’ tinvolvi, fejn xieraq, lil aġenziji deċentralizzati rilevanti, inkluż dawk imsemmija fil-paragrafu 4, fil-kompiti ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni kif speċifikat fit-Taqsima 5, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-azzjonijiet implimentati bl-appoġġ tal-Fond ikunu konformi mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u mal-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni.
6.  
Sussegwentement għall-adozzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1053/2013 li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jeżamina, flimkien mal-Kummissjoni, kif għandhom jiġu indirizzati s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet permezz tal-programm tiegħu bl-appoġġ tal-Fond, fejn xieraq.

Il-Kummissjoni tista’, fejn ikun rilevanti, tagħmel ukoll użu mill-għarfien espert tal-aġenziji deċentralizzati dwar kwistjonijiet speċifiċi li jaqgħu taħt il-kompetenzi ta’ dawk l-aġenziji.

7.  
Fejn ikun meħtieġ, il-programm tal-Istat Membru inkwistjoni għandu jiġi emendat f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/1060 biex jittieħed kont tar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.
8.  
F’kooperazzjoni u b’konsultazzjoni mal-Kummissjoni u l-aġenziji deċentralizzati rilevanti fir-rigward tal-oqsma ta’ kompetenza tagħhom, kif applikabbli, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jirrialloka riżorsi taħt il-programm tiegħu bil-għan li jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 fejn dawk ir-rakkomandazzjonijiet għandhom implikazzjonijiet finanzjarji.
9.  
L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jiddedikaw ruħhom għall-azzjonijiet eliġibbli għal rati ta’ kofinanzjament ogħla li huma elenkati fl-Anness IV fil-programmi tagħhom. Fil-każ ta’ ċirkostanzi mhux previsti jew ta’ ċirkostanzi ġodda jew biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 37 biex temenda l-lista ta’ azzjonijiet eliġibbli għal rati ta’ kofinanzjament ogħla fl-Anness IV.
10.  
Il-programmi tal-Istati Membri jistgħu jippermettu l-inklużjoni ta’ membri tal-familja ta’ persuni koperti mill-miżuri ta’ integrazzjoni msemmija fl-Anness III sal-punt meħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva ta’ dawk il-miżuri.
11.  
Kull meta Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta proġett ma’ pajjiż terz jew ġewwa fih bl-appoġġ tal-Fond, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni qabel l-approvazzjoni tal-proġett.
12.  
Il-programmazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) 2021/1060, għandha tkun ibbażata fuq it-tipi ta’ intervent stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament u għandha tinkludi tqassim indikattiv tar-riżorsi pprogrammati skont it-tip ta’ intervent fi ħdan kull objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Rieżami ta’ nofs it-terminu

1.  
Fl-2024, il-Kummissjoni għandha talloka lill-programmi tal-Istati Membri kkonċernati l-ammont addizzjonali msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 13(1) f’konformità mal-kriterji msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u paragrafi 2 sa 5 tal-Anness I. Il-finanzjament għandu jkun effettiv mill-1 ta’ Jannar 2025.
2.  
Fejn tal-anqas 10 % tal-allokazzjoni inizjali għal programm imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament ma tkunx ġiet koperta minn applikazzjonijiet għal ħlas ippreżentati f’konformità mal-Artikolu 91 tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun eliġibbli biex jirċievi l-allokazzjoni addizzjonali għall-programm tiegħu msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament.
3.  
Meta tkun qed talloka l-fondi mill-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament mill-1 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-progress li jkun sar mill-Istati Membri biex jitwettqu l-istadji importanti tal-qafas ta’ prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u n-nuqqasijiet identifikati fl-implimentazzjoni.

Artikolu 18

Azzjonijiet speċifiċi

1.  
Stat Membru jista’ jirċievi finanzjament għal azzjonijiet speċifiċi, minbarra l-allokazzjoni tiegħu taħt l-Artikolu 13(1), dment li dak il-finanzjament jiġi sussegwentement indikat bħala tali fil-programm tiegħu u jintuża biex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Fond.
2.  
Il-finanzjament għal azzjonijiet speċifiċi ma għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm tal-Istat Membru, ħlief f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u skont kif ikun approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ emenda tal-programm tal-Istat Membru.

Artikolu 19

Riżorsi għal risistemazzjoni u ammissjoni umanitarja

1.  
L-Istati Membri għandhom jirċievu, minbarra l-allokazzjoni tagħhom skont il-punt (a) tal-Artikolu 13(1), ammont ta’ EUR 10 000 għal kull persuna ammessa permezz ta’ risistemazzjoni.
2.  
L-Istati Membri għandhom jirċievu, minbarra l-allokazzjoni tagħhom skont il-punt (a) tal-Artikolu 13(1), ammont ta’ EUR 6 000 għal kull persuna ammessa permezz ta’ ammissjoni umanitarja.
3.  

L-ammont imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiżdied għal EUR 8 000 għal kull persuna ammessa permezz ta’ ammissjoni umanitarja li tagħmel parti minn grupp vulnerabbli wieħed jew aktar li ġejjin:

(a) 

nisa u tfal f’riskju;

(b) 

minorenni mhux akkumpanjati;

(c) 

persuni li għandhom ħtiġijiet mediċi li jistgħu jiġu indirizzati biss permezz ta’ ammissjoni umanitarja;

(d) 

persuni li jeħtieġu ammissjoni umanitarja minħabba ħtiġijiet ta’ protezzjoni legali jew fiżika, inkluż il-vittmi ta’ vjolenza jew ta’ tortura.

4.  
Fejn Stat Membru jammetti persuna li taqa’ taħt aktar minn waħda mill-kategoriji msemmija fil-paragrafi 2 u 3, huwa għandu jirċievi l-ammont darba biss fir-rigward ta’ dik il-persuna.
5.  
Fejn ikun adatt, l-Istati Membri jistgħu wkoll ikunu eliġibbli li jirċievu l-ammonti rispettivi għall-membri tal-familja tal-persuni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 jekk dawk il-membri tal-familja jiġu ammessi bil-għan li tkun żgurata l-unità tal-familja.
6.  
L-ammonti msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jieħdu l-forma ta’ finanzjament mhux marbut mal-kostijiet f’konformità mal-Artikolu 125 tar-Regolament Finanzjarju.
7.  
L-ammonti msemmija fil-paragrafi 1, 2, 3 u 5 għandhom jiġu allokati lill-programm tal-Istat Membru, għall-ewwel darba fid-deċiżjoni ta’ finanzjament li japprova dak il-programm. Dawk l-ammonti ma għandhomx jintużaw għal azzjonijiet oħra fil-programm tal-Istat Membru għajr f’ċirkostanzi debitament ġustifikati, kif approvat mill-Kummissjoni permezz tal-emendar ta’ dak il-programm. Dawk l-ammonti jistgħu jiġu inklużi fl-applikazzjonijiet għall-ħlas lill-Kummissjoni, dment li l-persuna li għaliha l-ammont ikun allokat kienet effettivament risistemata jew ammessa.
8.  
Għall-finijiet ta’ kontroll u awditjar, l-Istati Membri għandhom iżommu l-informazzjoni meħtieġa biex jippermettu l-identifikazzjoni xierqa tal-persuni risistemati jew ammessi u d-data tar-risistemazzjoni jew tal-ammissjoni tagħhom.
9.  
Biex jitqiesu r-rati attwali ta’ inflazzjoni, l-iżviluppi rilevanti fil-qasam tar-risistemazzjoni, u fatturi oħrajn li jistgħu jottimizzaw l-użu tal-inċentiv finanzjarju miksub permezz tal-ammonti msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 37 biex taġġusta, jekk jitqies xieraq, u fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, dawk l-ammonti.

Artikolu 20

Riżorsi għat-trasferiment ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali

1.  
Stat Membru għandu jirċievi, flimkien mal-allokazzjoni tiegħu taħt l-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament, ammont addizzjonali ta’ EUR 10 000 għal kull applikant għal protezzjoni internazzjonali ttrasferit minn Stat Membru ieħor, f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) jew b’riżultat ta’ forom simili ta’ rilokazzjoni.
2.  
Fejn xieraq, l-Istati Membri jistgħu wkoll ikunu eliġibbli li jirċievu l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal kull membru tal-familja tal-persuni msemmija f’dak il-paragrafu dment li dawk il-membri tal-familja jkunu ġew ittrasferiti sabiex tkun żgurata l-unità tal-familja f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 jew ġew ittrasferiti b’riżultat ta’ forom simili ta’ rilokazzjoni.
3.  
L-Istati Membri għandhom jirċievu, flimkien mal-allokazzjoni tagħhom taħt l-Artikolu 13(1), ammont addizzjonali ta’ EUR 10 000 għal kull benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali trasferit minn Stat Membru ieħor.
4.  
Fejn xieraq, l-Istati Membri jistgħu wkoll ikunu eliġibbli li jirċievu l-ammonti rispettivi għall-membri tal-familja tal-persuni msemmija fil-paragrafu 3 jekk dawk il-membri tal-familja ġew ittrasferiti bil-għan li tiġi żgurata l-unità tal-familja.
5.  
L-Istat Membru li jkopri l-kost tat-trasferimenti msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandu jirċievi kontribuzzjoni ta’ EUR 500 għal kull applikant għal protezzjoni internazzjonali jew benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali trasferit lejn Stat Membru ieħor.
6.  
L-ammonti msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jieħdu l-forma ta’ finanzjament mhux marbut mal-kostijiet f’konformità mal-Artikolu 125 tar-Regolament Finanzjarju.
7.  
L-ammonti msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu allokati lill-programm tal-Istat Membru, dment li l-persuna li fir-rigward tagħha jiġi allokat l-ammont tkun ġiet effettivament trasferita lejn Stat Membru, jew irreġistrata bħala applikant fl-Istat Membru responsabbli f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 604/2013, kif applikabbli.Dawk l-ammonti ma għandhomx jintużaw għal azzjonijiet oħra fil-programm tal-Istat Membru għajr f’ċirkostanzi debitament ġustifikati, kif approvat mill-Kummissjoni permezz tal-emendar ta’ dak il-programm.
8.  
Għall-finijiet ta’ kontroll u awditjar, l-Istati Membri għandhom iżommu l-informazzjoni meħtieġa biex jippermettu l-identifikazzjoni xierqa tal-persuni trasferiti u tad-data tat-trasferiment tagħhom.
9.  
Biex jitqiesu r-rati attwali ta’ inflazzjoni, l-iżviluppi rilevanti fil-qasam tar-rilokazzjoni u fatturi oħra li jistgħu jottimizzaw l-użu tal-inċentiv finanzjarju miksub permezz tal-ammonti msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 5 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 37 biex taġġusta, jekk jitqies xieraq, u fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, dawk l-ammonti.

Artikolu 21

Appoġġ operazzjonali

1.  
Stat Membru jista’ juża sa 15 % tal-ammont allokat lill-programm tiegħu taħt il-Fond biex jiffinanzja l-appoġġ operazzjonali taħt l-objettivi speċifiċi tal-Fond.
2.  
Meta juża l-appoġġ operazzjonali, Stat Membru għandu jikkonforma mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u mal-Karta.
3.  
Stat Membru għandu jispjega, fil-programm tiegħu u fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 35 ta’ dan ir-Regolament, kif l-użu ta’ appoġġ operazzjonali ser jikkontribwixxi biex jitwettqu l-objettivi tal-Fond. Qabel l-approvazzjoni tal-programm tal-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni bażi fl-Istati Membri li jkunu indikaw l-intenzjoni tagħhom li jużaw l-appoġġ operazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-informazzjoni pprovduta minn dawk l-Istati Membri u fejn rilevanti, l-informazzjoni disponibbli b’riżultat tal-eżerċizzji ta’ monitoraġġ imwettqa f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1053/2013 u li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
4.  
L-appoġġ operazzjonali għandu jkun ikkonċentrat fuq l-azzjonijiet koperti min-nefqa kif stipulat fl-Anness VII.
5.  
Biex tindirizza ċirkostanzi mhux previsti jew ġodda jew biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 37 biex temenda l-azzjonijiet eliġibbli elenkati fl-Anness VII.

Artikolu 22

Verifiki ta’ ġestjoni u awditi ta’ proġetti mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali

1.  
Dan l-Artikolu japplika għal organizzazzjonijiet internazzjonali jew l-aġenziji tagħhom kif imsemmi fil-punt (c)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju li s-sistemi, ir-regoli u l-proċeduri tagħhom ġew ivvalutati pożittivament mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 154(4) u (7) ta’ dak ir-Regolament għall-fini tal-implimentazzjoni indiretta ta’ għotjiet iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni (“organizzazzjonijiet internazzjonali”).
2.  
Mingħajr preġudizzju għall-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju, fejn l-organizzazzjoni internazzjonali tkun benefiċjarju kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-awtorità ta’ ġestjoni ma għandhiex tkun meħtieġa twettaq il-verifiki ta’ ġestjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060 dment li l-organizzazzjoni internazzjonali tippreżenta lill-awtorità ta’ ġestjoni d-dokumenti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 155(1) tar-Regolament Finanzjarju.
3.  
Mingħajr preġudizzju għall-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 155(1) tar-Regolament Finanzjarju, id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-organizzazzjoni internazzjonali għandha tikkonferma li l-proġett jikkonforma mal-liġi applikabbli u mal-kondizzjonijiet għall-appoġġ tal-proġett.
4.  

Barra minn hekk, fejn il-kostijiet għandhom jiġu rimborżati skont il-punt (a) tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-organizzazzjoni internazzjonali għandha tikkonferma li:

(a) 

il-fatturi u l-prova tal-ħlas tagħhom mill-benefiċjarju jkunu ġew ivverifikati;

(b) 

ir-rekords kontabilistiċi jew tal-kodiċijiet kontabilistiċi miżmuma mill-benefiċjarju għat-tranżazzjonijiet marbuta man-nefqa ddikjarata lill-awtorità ta’ ġestjoni jkunu ġew ivverifikati.

5.  
Fejn il-kostijiet għandhom jiġu rimborżati skont il-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-organizzazzjoni internazzjonali għandha tikkonferma li l-kondizzjonijiet għar-rimborż tan-nefqa ġew issodisfati.
6.  
Id-dokumenti msemmija fil-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 155(1) tar-Regolament Finanzjarju għandhom jiġu pprovduti lill-awtorità ta’ ġestjoni flimkien ma’ kull talba għall-ħlas ippreżentata mill-benefiċjarju.
7.  
Il-benefiċjarju għandu jippreżenta l-kontijiet lill-awtorità ta’ ġestjoni kull sena sal-15 ta’ Ottubru. Il-kontijiet għandhom ikunu akkumpanjati minn opinjoni ta’ korp indipendenti tal-awditjar li tkun tfasslet skont standards ta’ awditjar aċċettati f’livell internazzjonali. Dik l-opinjoni għandha tistabbilixxi jekk is-sistemi ta’ kontroll eżistenti jaħdmux korrettament u humiex kosteffettivi u jekk it-tranżazzjonijiet sottostanti humiex legali u regolari. Dik l-opinjoni għandha wkoll tiddikjara jekk l-eżerċizzju tal-awditjar iqajjimx dubju dwar l-affermazzjonijiet magħmula fid-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni ppreżentati mill-organizzazzjoni internazzjonali, inkluża informazzjoni dwar suspetti ta’ frodi. Dik l-opinjoni għandha tipprovdi garanzija li n-nefqa inkluża fit-talbiet għall-ħlas ippreżentati mill-organizzazzjoni internazzjonali lill-awtorità ta’ ġestjoni hija legali u regolari.
8.  
Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet eżistenti għat-twettiq ta’ aktar awditi kif imsemmi fl-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tfassal id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni msemmija fil-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060. L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tagħmel hekk billi toqgħod fuq id-dokumenti pprovduti mill-organizzazzjoni internazzjonali skont il-paragrafi 2 sa 5 u 7 ta’ dan l-Artikolu, minflok billi toqgħod fuq il-verifiki ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 74(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060.
9.  
Id-dokument li jistipula l-kondizzjonijiet għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 73(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandu jinkludi r-rekwiżiti stipulati f’dan l-Artikolu.
10.  

Il-paragrafu 2 ma għandux japplika, u konsegwentement awtorità ta’ ġestjoni għandha tkun meħtieġa twettaq verifika ta’ ġestjoni, fejn:

(a) 

dik l-awtorità ta’ ġestjoni tidentifika riskju speċifiku ta’ irregolarità jew indikazzjoni ta’ frodi fir-rigward ta’ proġett mibdi jew implimentat mill-organizzazzjoni internazzjonali;

(b) 

l-organizzazzjoni internazzjonali tonqos milli tippreżenta lil dik l-awtorità ta’ ġestjoni d-dokumenti msemmija fil-paragrafi 2 sa 5 u 7;

(c) 

id-dokumenti msemmija fil-paragrafi 2 sa 5 u 7 li ġew ippreżentati mill-organizzazzjoni internazzjonali ma jkunux kompluti.

11.  
Fejn proġett, li fih organizzazzjoni internazzjonali tkun benefiċjarju kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1060, ikun parti minn kampjun kif imsemmi fl-Artikolu 79 ta’ dak ir-Regolament, l-awtorità tal-awditjar tista’ twettaq il-ħidma tagħha abbażi ta’ subkampjun ta’ tranżazzjonijiet li jkunu relatati ma’ dak il-proġett. Fejn jinstabu żbalji fis-subkampjun, l-awtorità tal-awditjar, jekk rilevanti, tista’ titlob lill-awditur tal-organizzazzjoni internazzjonali jivvaluta l-ambitu sħiħ u l-ammont totali tal-iżbalji f’dak il-proġett.



TAQSIMA 3

APPOĠĠ U IMPLIMENTAZZJONI TAĦT ĠESTJONI DIRETTA JEW INDIRETTA

Artikolu 23

Kamp ta’ applikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-appoġġ taħt din it-taqsima direttament f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament f’konformità mal-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu.

Artikolu 24

Entitajiet eliġibbli

1.  

L-entitajiet li ġejjin huma eliġibbli għal finanzjament tal-Unjoni:

(a) 

entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi:

(i) 

Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;

(ii) 

pajjiż terz assoċjat mal-Fond skont ftehim speċifiku skont l-Artikolu 7, dment li jkun kopert mill-programm ta’ ħidma u l-kondizzjonijiet li hemm fih;

(iii) 

pajjiż terz elenkat fil-programm ta’ ħidma taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 3;

(b) 

entitajiet ġuridiċi istitwiti taħt il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali rilevanti għall-finijiet tal-Fond.

2.  
Il-persuni fiżiċi mhumiex eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni.
3.  
L-entitajiet kif imsemmija fil-punt (a)(iii) tal-paragrafu 1 għandhom jipparteċipaw bħala parti minn konsorzju magħmul minn tal-inqas żewġ entitajiet indipendenti, li mill-inqas waħda minnhom tkun stabbilita fi Stat Membru.

L-entitajiet li jipparteċipaw bħala parti minn konsorzju kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet li jipparteċipaw fihom jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti fil-Karta u jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettivi tal-Fond.

Artikolu 25

Azzjonijiet tal-Unjoni

1.  
Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Fond jista’ jintuża biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet tal-Unjoni relatati mal-objettivi tal-Fond, f’konformità mal-Anness III.
2.  
L-azzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jipprovdu finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stipulati fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist. Jistgħu jipprovdu wkoll finanzjament fil-forma ta’ strumenti finanzjarji f’operazzjonijiet ta’ taħlit.
3.  
Għotjiet implimentati taħt ġestjoni diretta għandhom jingħataw u jiġu ġestiti f’konformità mat-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.
4.  
Il-membri tal-kumitat ta’ evalwazzjoni li jevalwa l-proposti, imsemmi fl-Artikolu 150 tar-Regolament Finanzjarju, jistgħu jkunu esperti esterni.
5.  
►C1  Il-kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni mutwa jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri u għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti taħt ir-Regolament Finanzjarju. ◄ Għandu japplika l-Artikolu 37(7) tar-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ).

Artikolu 26

Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni

1.  
Il-Fond għandu jappoġġa n-Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni u jipprovdi l-assistenza finanzjarja meħtieġa għall-attivitajiet u l-iżvilupp futur tiegħu.
2.  
L-ammont li għandu jsir disponibbli għan-Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-Fond u l-programm ta’ ħidma li jistabbilixxi l-prijoritajiet għall-attivitajiet tiegħu għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni wara l-approvazzjoni tal-Bord ta’ Tmexxija f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 4(5) tad-Deċiżjoni 2008/381/KE. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament f’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Biex tiżgura d-disponibbiltà f’waqtha tar-riżorsi, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-programm ta’ ħidma għan-Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni f’deċiżjoni ta’ finanzjament separata.
3.  
Assistenza finanzjarja pprovduta għall-attivitajiet tan-Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni għandha tieħu l-forma ta’ għotjiet lill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2008/381/KE jew kuntratti pubbliċi, kif ikun xieraq, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 27

Operazzjonijiet ta’ taħlit

L-operazzjonijiet ta’ taħlit deċiżi taħt il-Fond għandhom jitwettqu f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/523 u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 28

Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni

F’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-Fond jista’ jappoġġa l-assistenza teknika implimentata fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jew f’isimha, b’rata ta’ finanzjament ta’ 100 %.

Artikolu 29

Awditi

L-awditi tal-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew minn entitajiet, inkluż minn persuni jew entitajiet minbarra dawk imqabbda mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċji jew mill-aġenziji tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija globali skont l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 30

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.  
Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini ta’ dawk il-fondi u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovi l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata li hija koerenti, effettiva, sinifikanti u proporzjonata lil diversi udjenzi, inklużi l-media u l-pubbliku. Il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni għandha tiġi żgurata u tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati fejn il-wiri pubbliku ta’ tali informazzjoni ma jkunx possibbli jew xieraq jew fejn ħruġ ta’ tali informazzjoni jkun ristrett bil-liġi, b’mod partikolari għal raġunijiet ta’ sigurtà, ordni pubbliku, investigazzjonijiet kriminali jew il-protezzjoni ta’ data personali. Sabiex jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirreferu għall-oriġini ta’ dak il-finanzjament meta jikkommunikaw pubblikament dwar l-azzjoni kkonċernata, u għandhom juru l-emblema tal-Unjoni.
2.  
Biex tintlaħaq l-ikbar udjenza wiesgħa possibbli, il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-Fond, mal-azzjonijiet meħuda skont il-Fond u mar-riżultati miksuba.

Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Fond għandhom ukoll jikkontribwixxu għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sa fejn dawk il-prijoritajiet ikunu relatati mal-objettivi tal-Fond.

3.  
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-programmi ta’ ħidma tal-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 11. Għall-appoġġ ipprovdut taħt ġestjoni diretta jew indiretta, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 38(2) tar-Regolament Finanzjarju fuq sit web disponibbli għall-pubbliku u għandha taġġorna dik l-informazzjoni regolarment. Dik l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata f’format miftuħ u li jinqara mill-magni li jippermetti li jsir tqassim, tiftix, estrazzjoni u tqabbil tad-data.



TAQSIMA 4

APPOĠĠ U IMPLIMENTAZZJONI TAĦT ĠESTJONI KONDIVIŻA, DIRETTA JEW INDIRETTA

Artikolu 31

Assistenza ta’ emerġenza

1.  

Il-Fond għandu jipprovdi assistenza finanzjarja biex jiġu indirizzati ħtiġijiet urġenti u speċifiċi f’każijiet ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza debitament ġustifikati li jirriżultaw minn każ wieħed jew aktar mis-segwenti:

(a) 

sitwazzjoni migratorja eċċezzjonali ikkaratterizzata minn influss kbir jew sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi lejn Stat Membru wieħed jew aktar li tpoġġi domanda sinifikanti u urġenti fuq il-faċilitajiet ta’ akkoljenza u ta’ detenzjoni ta’ dawk l-Istati Membri u fuq is-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni tal-ażil u l-migrazzjoni tagħhom;

(b) 

eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE ( 6 );

(c) 

sitwazzjoni migratorja eċċezzjonali f’pajjiż terz, inkluż fejn persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni jistgħu jkunu maqbudin minħabba żviluppi jew konflitti politiċi, l-aktar fejn jista’ jagħti l-każ li jkollhom impatt fuq flussi tal-migrazzjoni lejn l-Unjoni.

Bħala rispons għal tali sitwazzjonijiet ta’ emerġenza debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tipprovdi assistenza ta’ emerġenza, inkluż għal rilokazzjoni volontarja, fil-limiti tar-riżorsi disponibbli. F’dawn il-każijiet, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-ħin.

2.  
Il-miżuri f’pajjiżi terzi għandhom jiġu implimentati f’konformità mal-Artikolu 5(2) u (3).
3.  
L-assistenza ta’ emerġenza tista’ tiġi allokata lill-programmi tal-Istati Membri b’żieda mal-allokazzjoni taħt l-Artikolu 13(1) u l-Anness I, dment li sussegwentement din tiġi indikata bħala tali fil-programm tal-Istat Membru. Dak il-finanzjament ma għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm tal-Istat Membru ħlief f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u kif approvat mill-Kummissjoni permezz tal-emendar tal-programm tal-Istat Membru. Il-prefinanzjament għall-assistenza ta’ emerġenza jista’ jammonta għal 95 % tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, soġġett għad-disponibbiltà tal-fondi.
4.  
Għotjiet implimentati taħt ġestjoni diretta għandhom jingħataw u jiġu ġestiti f’konformità mat-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.
5.  
Fejn ikun neċessarju għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni, l-assistenza ta’ emerġenza tista’ tkopri n-nefqa li ġġarrbet qabel id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għotja jew tat-talba għal assistenza għal dik l-azzjoni, dment li dik in-nefqa ma tkunx saret qabel l-1 ta’ Jannar 2021.
6.  
Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati u biex tiżgura li jkun hemm id-disponibbiltà f’waqtha ta’ riżorsi għal assistenza ta’ emerġenza, il-Kummissjoni tista’ tadotta separatament deċiżjoni ta’ finanzjament, kif imsemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju, għal assistenza ta’ emerġenza permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 38(4). Tali att għandu jibqa’ fis-seħħ għal perijodu li ma jaqbiżx it-18-il xahar.

Artikolu 32

Finanzjament kumulattiv u alternattiv

1.  
Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni taħt il-Fond tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kwalunkwe programm ieħor tal-Unjoni, inkluż minn fondi b’ġestjoni kondiviża, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli tal-programm rilevanti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni. L-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkolat fuq bażi prorata f’konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-appoġġ.
2.  

F’konformità mal-Artikolu 73(4) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-FEŻR jew l-FSE+ jistgħu jappoġġaw azzjonijiet li lilhom tiġi attribwita tikketta ta’ Siġill ta’ Eċċellenza kif definit fil-punt (45) tal-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament. Sabiex jiġu attribwiti tikketta ta’ Siġill ta’ Eċċellenza, l-azzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a) 

ikunu ġew ivvalutati f’sejħa għal proposti taħt i-Fond;

(b) 

ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità ta’ dik is-sejħa għal proposti;

(c) 

ma jkunux jistgħu jiġu ffinanzjati taħt dik is-sejħa għal proposti minħabba limitazzjonijiet baġitarji.



TAQSIMA 5

MONITORAĠĠ, RAPPORTAR U EVALWAZZJONI



SUBTAQSIMA 1

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 33

Monitoraġġ u rapportar

1.  
F’konformità mar-rekwiżit ta’ rapportar tagħha skont il-punt (h)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 41(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni elenkati fl-Anness V għal dan ir-Regolament.
2.  
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 37 biex temenda l-Anness V biex isiru l-aġġustamenti meħtieġa għall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni elenkati f’dak l-Anness.
3.  
L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Fond lejn it-twettiq tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3(2) huma stabbiliti fl-Anness VIII. Għall-indikaturi tal-output, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti għal żero. L-istadji importanti stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi.
4.  
Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti proporzjonati ta’ rapportar fuq ir-riċevituri ta’ fondi tal-Unjoni u, fejn xieraq, fuq l-Istati Membri.
5.  
Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Fond lejn it-twettiq tal-objettivi tagħha, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 37 biex temenda l-Anness VIII biex tirrieżamina jew tikkomplementa l-indikaturi fejn ikun meqjus neċessarju u biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, inkluż dwar informazzjoni tal-proġett li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri. Kwalunkwe emenda għall-Anness VIII għandha tapplika biss għal proġetti magħżula wara d-dħul fis-seħħ ta’ dik l-emenda.

Artikolu 34

Evalwazzjoni

1.  

Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu ta’ dan ir-Regolament. Minbarra dak previst fl-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu għandha tivvaluta dan li ġej:

(a) 

l-effikaċja tal-Fond, inkluż il-progress magħmul lejn it-twettiq tal-objettivi tiegħu, filwaqt li titqies l-informazzjoni kollha rilevanti diġà disponibbli, b’mod partikolari r-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 35 u l-indikaturi tal-output u tar-riżultati stipulati fl-Anness VIII;

(b) 

l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi allokati għall-Fond u tal-effiċjenza tal-miżuri ta’ ġestjoni u kontroll introdotti biex jimplimentawh;

(c) 

il-kontinwazzjoni tar-rilevanza u l-adegwatezza tal-miżuri ta’ implimentazzjoni elenkati fl-Anness II;

(d) 

il-koordinazzjoni, il-koerenza u l-komplementarjetà bejn l-azzjonijiet appoġġati taħt dan il-Fond u l-appoġġ ipprovdut minn fondi oħra tal-Unjoni;

(e) 

il-valur miżjud tal-Unjoni tal-azzjonijiet implimentati taħt il-Fond.

Dik l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni retrospettiva tal-effetti tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għall-perijodu 2014-2020.

2.  
Minbarra dak li huwa previst fl-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-evalwazzjoni retrospettiva għandha tinkludi l-elementi elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Barra minn hekk, għandu jiġi evalwat ukoll l-impatt tal-Fond.
3.  
L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u l-evalwazzjoni retrospettiva għandhom jitlestew b’mod f’waqtu sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, inkluż, fejn adatt, għar-reviżjoni ta’ dan ir-Regolament.
4.  
Fl-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u fl-evalwazzjoni retrospettiva, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-evalwazzjoni ta’ azzjonijiet implimentati ma’ pajjiżi terzi, ġewwa fihom jew b’rabta magħhom f’konformità mal-Artikolu 7, l-Artikolu 16(11) u l-Artikolu 24.



SUBTAQSIMA 2

REGOLI GĦAL ĠESTJONI KONDIVIŻA

Artikolu 35

Rapporti annwali dwar il-prestazzjoni

1.  
Sal-15 ta’ Frar 2023 u sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena sussegwenti sal-2031, inkluża dik is-sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport annwali dwar il-prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 41(7) tar-Regolament (UE) 2021/1060.

Il-perijodu ta’ rapportar għandu jkopri l-aħħar sena tal-kontabbiltà kif definit fil-punt (29) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1060, li tippreċedi s-sena tal-preżentazzjoni tar-rapport. Ir-rapport ippreżentat sal-15 ta’ Frar 2023 għandu jkopri l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021.

2.  

Ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni għandhom, b’mod partikolari, jagħtu informazzjoni dwar:

(a) 

il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm tal-Istat Membru u fit-twettiq tal-istadji importanti u l-miri stabbiliti fih, filwaqt li titqies l-aktar data reċenti kif meħtieġ taħt l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/1060;

(b) 

il-kwistjonijiet li jkunu qed jaffettwaw il-prestazzjoni tal-programm tal-Istat Membru u l-azzjoni li tkun ittieħdet biex jiġu indirizzati, inkluż informazzjoni dwar kwalunkwe opinjoni motivata mogħtija mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ ksur skont l-Artikolu 258 TFUE b’rabta mal-implimentazzjoni tal-Fond;

(c) 

il-komplementarjetà bejn l-azzjonijiet appoġġati taħt il-Fond u l-appoġġ ipprovdut minn fondi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk l-azzjonijiet meħudin f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom;

(d) 

il-kontribut tal-programm tal-Istat Membru għall-implimentazzjoni tal-acquis rilevanti tal-Unjoni u tal-pjanijiet ta’ azzjoni u għall-kooperazzjoni u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri;

(e) 

l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà;

(f) 

l-adempiment tal-kondizzjonijiet ta’ abilitazzjoni applikabbli u l-applikazzjoni tagħhom matul il-perijodu ta’ programmazzjoni, b’mod partikolari l-konformità mad-drittijiet fundamentali;

(g) 

l-għadd ta’ persuni ammessi permezz ta’ risistemazzjoni u ammissjoni umanitarja b’referenza għall-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 19;

(h) 

l-għadd ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali u ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali ttrasferiti minn Stat Membru għal ieħor kif imsemmi fl-Artikolu 20;

(i) 

l-implimentazzjoni ta’ proġetti f’pajjiż terz jew b’rabta miegħu.

Ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni għandu jinkludi sommarju li jkopri l-punti kollha stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-sommarji pprovduti mill-Istati Membri jiġu tradotti għal-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u jsiru disponibbli għall-pubbliku.

3.  
Il-Kummissjoni tista’ tipprovdi osservazzjonijiet dwar rapporti annwali dwar il-prestazzjoni fi żmien xahrejn mid-data li tirċevihom. Fejn il-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet fi żmien dik l-iskadenza, ir-rapport għandu jitqies li ġie aċċettat.
4.  
Fuq is-sit web tagħha, il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-links għas-siti web imsemmija fl-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060.
5.  
Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-mudell għar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 38(2).

Artikolu 36

Monitoraġġ u rapportar taħt ġestjoni kondiviża

1.  
Il-monitoraġġ u r-rapportar f’konformità mat-Titolu IV tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandhom jużaw, kif xieraq, il-kodiċijiet għat-tipi ta’ interventi stabbiliti fl-Anness VI għal dan ir-Regolament. Biex tindirizza ċirkostanzi mhux previsti jew ġodda u biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 37 ta’ dan ir-Regolament biex temenda l-Anness VI.
2.  
L-indikaturi stabbiliti fl-Anness VIII għal dan ir-Regolament għandhom jintużaw f’konformità mal-Artikolu 16(1) u l-Artikoli 22 u 42 tar-Regolament (UE) 2021/1060.



KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 37

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 16(9), l-Artikolu 19(9), l-Artikolu 20(9), l-Artikolu 21(5), l-Artikolu 33(2) u (5) u l-Artikolu 36(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2027.
3.  
Id-delega ta’ setgħa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 16(9), l-Artikolu 19(9), l-Artikolu 20(9), l-Artikolu 21(5), l-Artikolu 33(2) u (5) u l-Artikolu 36(1) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.  
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti nnominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  
Att delegat adottat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 16(9), l-Artikolu 19(9), l-Artikolu 20(9), l-Artikolu 21(5), l-Artikolu 33(2) jew (5) jew l-Artikolu 36(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 38

Proċedura ta’ kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Fondi għall-Affarijiet Interni stabbilit permezz tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2021/1148. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 39

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.  
Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika tal-azzjonijiet mibdija taħt ir-Regolament (UE) Nru 516/2014, li għandu jkompli japplika għal dawk l-azzjonijiet sal-għeluq tagħhom.
2.  
Il-pakkett finanzjarju għall-Fond jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva neċessarji biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Fond u l-miżuri adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 516/2014.
3.  
F’konformità mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 193(2) tar-Regolament Finanzjarju, b’kont meħud tad-dħul fis-seħħ imdewwem ta’ dan ir-Regolament, u sabiex tiġi żgurata l-kontinwità, għal perijodu limitat, il-kostijiet imġarrba fir-rigward ta’ azzjonijiet appoġġati taħt dan ir-Regolament taħt ġestjoni diretta u li jkunu diġà bdew jistgħu jitqiesu eliġibbli għall-finanzjament mill-1 ta’ Jannar 2021, anke jekk dawk il-kostijiet iġġarrbu qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal għotja jew it-talba għall-assistenza.
4.  

L-Istati Membri jistgħu jkomplu wara l-1 ta’ Jannar 2021 jappoġġaw proġett magħżul u mibdi taħt ir-Regolament (UE) Nru 516/2014, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 514/2014, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-proġett ikollu żewġ fażijiet identifikabbli mil-lat finanzjarju b’sekwenzi tal-awditjar separati;

(b) 

il-kost totali tal-proġett jaqbeż EUR 500 000 ;

(c) 

il-ħlasijiet magħmula mill-awtorità responsabbli lil benefiċjarji għall-ewwel fażi tal-proġett għandhom jiġu inklużi fit-talbiet lill-Kummissjoni għal ħlas taħt ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u n-nefqa għat-tieni fażi tal-proġett għandha tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għal pagament taħt ir-Regolament (UE) 2021/1060;

(d) 

it-tieni fażi tal-proġett tikkonforma mal-liġi applikabbli u hija eliġibbli għal appoġġ mill-Fond taħt dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2021/1060;

(e) 

l-Istat Membru jimpenja ruħu li jlesti l-proġett, jagħmlu operattiv u jirrapporta dwaru fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni ppreżentat sal-15 ta’ Frar 2024.

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandhom japplikaw għat-tieni fażi ta’ proġett kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Dan il-paragrafu għandu japplika biss għal proġetti li ntgħażlu taħt ġestjoni kondiviża skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014.

Artikolu 40

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.




ANNESS I

KRITERJI GĦALL-ALLOKAZZJONI TA’ FINANZJAMENT GĦAL PROGRAMMI TAL-ISTATI MEMBRI

1. Ir-riżorsi baġitarji disponibbli taħt l-Artikolu 13 għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri kif ġej:

(a) 

fil-bidu tal-perijodu ta’ programmazzjoni, kull Stat Membru għandu jirċievi ammont fiss ta’ EUR 8 000 000 mill-Fond, bl-eċċezzjoni ta’ Ċipru, Malta u l-Greċja, li kull wieħed minnhom għandu jirċievi ammont fiss ta’ EUR 28 000 000 ;

(b) 

ir-riżorsi baġitarji li jifdal imsemmija fl-Artikolu 13 għandhom jitqassmu abbażi tal-kriterji li ġejjin:

— 
35 % għall-ażil;
— 
30 % għall-migrazzjoni legali u għall-integrazzjoni;
— 
35 % għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, inkluż ir-ritorn.

2. Il-kriterji li ġejjin fil-qasam tal-ażil għandhom jiġu kkunsidrati u għandhom jingħataw il-piż li ġej:

(a) 

30 % fi proporzjon għall-għadd ta’ persuni li jaqgħu f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

— 
kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li ngħatat l-istatus definit mill-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati fit-28 ta’ Lulju 1951 kif emendata mill-Protokoll ta’ New York tal-31 ta’ Jannar 1967;
— 
kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li tgawdi minn forma ta’ protezzjoni sussidjarja skont it-tifsira tad-Direttiva 2011/95/UE;
— 
kwalunkwe ċittadin ta’ stat terz jew persuna apolida li tgawdi minn protezzjoni temporanja skont it-tifsira tad-Direttiva 2001/55/KE ( 8 );
(b) 

60 % fi proporzjon għall-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi li jkunu applikaw għall-protezzjoni internazzjonali;

(c) 

10 % fi proporzjon għall-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi li qed jiġu risistemati fi Stat Membru jew li diġà ġew risistemati.

3. Il-kriterji li ġejjin fil-qasam tal-migrazzjoni legali u tal-integrazzjoni għandhom jiġu kkunsidrati u għandhom jingħataw il-piż li ġej:

(a) 

50 % fi proporzjon għall-għadd totali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn legali fi Stat Membru;

(b) 

50 % fi proporzjon għall-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kisbu l-ewwel permess ta’ residenza; madankollu,, il-kategoriji ta’ persuni li ġejjin ma għandhomx ikunu inklużi:

— 
iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw l-ewwel permess ta’ residenza b’rabta ma’ xogħol li jkun validu għal inqas minn 12-il xahar;
— 
iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi ammessi għall-finijiet ta’ studju, skambju tal-istudenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE ( 9 ) jew, fejn applikabbli, mad-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 );
— 
iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi ammessi għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE ( 11 ) jew, fejn applikabbli, mad-Direttiva (UE) 2016/801.

4. Il-kriterji li ġejjin fil-qasam tal-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari inkluż ir-ritorn għandhom jiġu kkunsidrati u għandhom jingħataw il-piż li ġej:

(a) 

70 % fi proporzjon għall-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jissodisfawx jew ma għadhomx jissodisfaw il-kondizzjonijiet għal dħul u soġġorn fit-territorju tal-Istat Membru u li huma soġġetti għal deċiżjoni ta’ ritorn taħt il-liġi nazzjonali, jiġifieri deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju, li jkun jiddikjara l-illegalità tas-soġġorn u jimponi l-obbligu tar-ritorn;

(b) 

30 % fi proporzjon għall-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu fil-fatt ħallew it-territorju tal-Istat Membru wara li tkun inħarġitilhom ordni amministrattiva jew ġudizzjarja biex dawn jitilqu, kemm jekk ikunu telqu b’mod volontarju jew furzat.

5. Għall-allokazzjoni inizjali ċ-ċifri ta’ referenza għandhom ikunu bbażati fuq id-data statistika annwali maħruġa mill-Kummissjoni (Eurostat) li tkopri s-snin 2017, 2018 u 2019 abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-liġi tal-Unjoni. Għar-rieżami ta’ nofs it-terminu, iċ-ċifri ta’ referenza għandhom ikunu bbażati fuq id-data statistika annwali maħruġa mill-Kummissjoni (Eurostat) li tkopri s-snin 2021, 2022 u 2023 abbażi ta’ data pprovduta mill-Istati Membri f’konformità mal-liġi tal-Unjoni. Meta l-Istati Membri ma jkunux taw d-data statistika kkonċernata lill-Kummissjoni (Eurostat), huma għandhom jipprovdu data proviżorja malajr kemm jista’ jkun.

6. Qabel taċċetta d-data msemmija fil-paragrafu 5 bħala ċifri ta’ referenza, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tevalwa l-kwalità, il-paragunabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni statistika f’konformità mal-proċeduri operazzjonali normali. Fuq talba tal-Kummissjoni (Eurostat), l-Istati Membri għandhom jagħtuha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tagħmel dan.




ANNESS II

MIŻURI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1. Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin biex:

(a) 

tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-acquis tal-Unjoni u tal-prijoritajiet marbuta mas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil;

(b) 

tiġi appoġġata l-kapaċità tas-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri fir-rigward tal-infrastrutturi u tas-servizzi, fejn meħtieġ, inkluż fil-livell lokali u reġjonali;

(c) 

jissaħħu l-kooperazzjoni u s-sħubija ma’ pajjiżi terzi għall-fini tal-ġestjoni tal-migrazzjoni inkluż billi jissaħħu l-kapaċitajiet tagħhom biex itejbu l-protezzjoni ta’ persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali fil-kuntest tal-isforzi ta’ kooperazzjoni globali;

(d) 

tingħata assistenza teknika u operazzjonali lil Stat Membru wieħed jew aktar, inkluż f’kooperazzjoni mal-EASO.

2. Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin biex:

(a) 

jiġu appoġġati l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki li jippromwovu l-migrazzjoni legali u l-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni legali, inkluż ir-riunifikazzjoni tal-familja u l-infurzar tal-istandards tax-xogħol;

(b) 

jiġu appoġġati miżuri li jiffaċilitaw id-dħul u r-residenza regolari fl-Unjoni;

(c) 

jissaħħu l-kooperazzjoni u s-sħubija ma’ pajjiżi terzi għall-fini tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluż permezz ta’ mezzi legali ta’ dħul fl-Unjoni, fil-kuntest tal-isforzi ta’ kooperazzjoni globali fil-qasam tal-migrazzjoni;

(d) 

jiġu promossi miżuri ta’ integrazzjoni għall-inklużjoni soċjali u ekonomika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u miżuri ta’ protezzjoni għal persuni vulnerabbli fil-kuntest tal-miżuri ta’ integrazzjoni, il-faċilitazzjoni tar-riunifikazzjoni tal-familja u t-tħejjija tal-parteċipazzjoni attiva ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fis-soċjetà riċeventi u l-aċċettazzjoni tagħhom f’dik is-soċjetà, bl-involviment tal-awtoritajiet nazzjonali u, b’mod partikolari dawk reġjonali jew lokali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż organizzazzjonijiet immexxija minn refuġjati u organizzazzjonijiet immexxija minn migranti, u sħab soċjali.

3. Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin biex:

(a) 

tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-acquis tal-Unjoni u tal-prijoritajiet tal-politika dwar l-infrastruttura, il-proċeduri u s-servizzi;

(b) 

jiġi appoġġat approċċ integrat u koordinat għall-ġestjoni tar-ritorn fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri, biex jiġu żviluppati kapaċitajiet għal ritorn effettiv, dinjituż u sostenibbli, u biex jitnaqqsu l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari;

(c) 

jiġu appoġġati r-ritorn volontarju assistit, it-traċċar tal-familji u r-riintegrazzjoni, filwaqt li jiġu rispettati l-aħjar interessi tat-tfal;

(d) 

tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi u l-kapaċità tagħhom b’rabta mar-riammissjoni u r-ritorn sostenibbli.

4. Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 3(2) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin biex:

(a) 

jissaħħu s-solidarjetà u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi affettwati mill-flussi tal-migrazzjoni, inkluż permezz ta’ risistemazzjoni fl-Unjoni u permezz ta’ mezzi legali oħra għal protezzjoni fl-Unjoni;

(b) 

jingħata appoġġ għat-trasferiment minn Stat Membru għal ieħor ta’ persuni li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali jew li jibbenefikaw minnha.




ANNESS III

AMBITU TAL-APPOĠĠ

1. Fl-objettiv ta’ politika stabbilit fl-Artikolu 3(1), il-Fond għandu jappoġġa b’mod partikolari:

(a) 

l-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ strateġiji nazzjonali, reġjonali u lokali b’rabta mal-ażil, il-migrazzjoni legali, l-integrazzjoni, ir-ritorn u l-migrazzjoni irregolari f’konformità mal-acquis rilevanti tal-Unjoni;

(b) 

l-istabbiliment ta’ strutturi amministrattivi, għodod u sistemi, inkluż sistemi tal-ICT, u t-taħriġ tal-persunal, inkluż il-persunal tal-awtoritajiet lokali u ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, f’kooperazzjoni ma’ aġenziji deċentralizzati rilevanti, fejn adatt;

(c) 

l-istabbiliment ta’ punti ta’ kuntatt fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali biex jipprovdu gwida imparzjali, informazzjoni prattika u assistenza dwar l-aspetti kollha tal-Fond lil benefiċjarji potenzjali u entitajiet eliġibbli;

(d) 

l-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki u l-proċeduri, inkluż il-ġbir, l-iskambju u l-analiżi ta’ informazzjoni u data; it-tixrid ta’ data u statistika kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali; u l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ għodod, metodi u indikaturi statistiċi komuni għall-kejl tal-progress u l-valutazzjoni tal-iżviluppi tal-politika;

(e) 

l-iskambju ta’ informazzjoni, tal-aħjar prattiki u ta’ strateġiji; it-tagħlim reċiproku, l-istudji u r-riċerka; l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u operazzjonijiet konġunti; u l-istabbiliment ta’ networks ta’ kooperazzjoni tranżnazzjonali;

(f) 

servizzi ta’ assistenza u ta’ appoġġ ipprovduti b’mod sensittiv għall-ġeneru li huma konsistenti mal-istatus u l-ħtiġijiet tal-persuna kkonċernata, b’mod partikolari persuni vulnerabbli;

(g) 

azzjonijiet immirati lejn il-protezzjoni effettiva tat-tfal migranti, inkluż l-implimentazzjoni ta’ valutazzjonijiet dwar l-aħjar interessi tat-tfal, it-tisħiħ tas-sistemi tal-kustodja, kif ukoll l-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki u l-proċeduri dwar il-protezzjoni tat-tfal;

(h) 

azzjonijiet maħsuba biex itejbu s-sensibilizzazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku ġenerali dwar il-politiki tal-ażil, l-integrazzjoni, il-migrazzjoni legali u r-ritorn, b’attenzjoni speċifika għal persuni vulnerabbli, inkluż il-minorenni.

2. Fl-objettiv ta’ politika speċifiku stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2), il-Fond għandu b’mod partikolari jappoġġa:

(a) 

il-forniment ta’ għajnuna materjali, inkluż assistenza fuq il-fruntiera;

(b) 

it-twettiq ta’ proċeduri tal-ażil f’konformità mal-acquis dwar l-ażil, inkluż l-għoti ta’ servizzi ta’ appoġġ bħat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni, l-assistenza legali, it-traċċar tal-familja u servizzi oħra li huma konsistenti mal-istatus tal-persuna kkonċernata;

(c) 

l-identifikazzjoni ta’ applikanti bi bżonnijiet proċedurali jew ta’ akkoljenza speċjali, inkluż l-identifikazzjoni bikrija tal-vittmi tat-traffikar, bil-ħsieb li jiġu riferuti għal servizzi speċjalizzati bħal servizzi psikosoċjali u ta’ riabilitazzjoni;

(d) 

l-għoti ta’ servizzi speċjalizzati bħal servizzi psikosoċjali u ta’ riabilitazzjoni kwalifikati lil applikanti bi bżonnijiet proċedurali jew ta’ akkoljenza speċjali;

(e) 

l-istabbiliment jew it-titjib ta’ infrastruttura ta’ akkomodazzjoni għall-akkoljenza, bħal infrastruttura fuq skala żgħira li tindirizza l-bżonnijiet ta’ familji b’minorenni, inkluż l-akkomodazzjoni u l-infrastruttura pprovduti mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, u inkluż il-possibbiltà tal-użu konġunt ta’ dawn il-faċilitajiet minn aktar minn Stat Membru wieħed;

(f) 

it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiġbru, janalizzaw u jaqsmu mal-awtoritajiet kompetenti tagħhom informazzjoni dwar il-pajjiż tal-oriġini;

(g) 

azzjonijiet relatati ma’ programmi ta’ risistemazzjoni tal-Unjoni jew skemi nazzjonali ta’ risistemazzjoni u ammissjoni umanitarja, inkluż it-twettiq ta’ proċeduri għall-implimentazzjoni tagħhom;

(h) 

it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ pajjiżi terzi biex itejbu l-protezzjoni ta’ persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni, inkluż permezz ta’ appoġġ għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ protezzjoni għat-tfal migranti;

(i) 

l-istabbiliment, l-iżvilupp u t-titjib ta’ alternattivi effettivi għad-detenzjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ minorenni mhux akkumpanjati u familji, u inkluż, fejn xieraq, kura mhux istituzzjonalizzata integrata fis-sistemi nazzjonali għall-protezzjoni tat-tfal.

3. Fl-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2), il-Fond għandu b’mod partikolari jappoġġa:

(a) 

il-pakketti ta’ informazzjoni u l-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-mezzi ta’ migrazzjoni legali lejn l-Unjoni, inkluż dwar l-acquis tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni legali;

(b) 

l-iżvilupp ta’ skemi ta’ mobbiltà lejn l-Unjoni, bħal skemi ta’ migrazzjoni ċirkolari jew temporanja, inkluż it-taħriġ sabiex titjieb l-impjegabbiltà;

(c) 

il-kooperazzjoni bejn pajjiżi terzi u l-aġenziji tar-reklutaġġ, is-servizzi tal-impjiegi u s-servizzi tal-immigrazzjoni tal-Istati Membri;

(d) 

il-valutazzjoni u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kwalifiki, inkluż l-esperjenza professjonali, miksuba f’pajjiż terz, kif ukoll t-trasparenza, u l-ekwivalenza tagħhom ma’ dawk ta’ Stat Membru;

(e) 

l-assistenza fil-kuntest ta’ applikazzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni armonizzata tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE ( 12 );

(f) 

l-assistenza, inkluż l-assistenza u r-rappreżentanza legali, b’rabta ma’ bidla fl-istatus għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu diġà qed jgħixu legalment fi Stat Membru, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda il-kisba ta’ status ta’ residenza legali kif definit fil-livell tal-Unjoni;

(g) 

l-assistenza lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jfittxu li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, b’mod partikolari dawk relatati mal-mobbiltà, fil-qafas tal-istrumenti tal-Unjoni tal-migrazzjoni legali;

(h) 

il-miżuri ta’ integrazzjoni, bħall-appoġġ imfassal skont il-ħtiġijiet taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, u l-programmi ta’ integrazzjoni li jiffokaw fuq il-konsulenza, l-edukazzjoni, il-lingwi u taħriġ ieħor, bħal korsijiet ta’ orjentazzjoni ċivika u gwida professjonali;

(i) 

l-azzjonijiet li jippromwovu l-ugwaljanza fl-aċċess għal servizzi pubbliċi u privati minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-għoti ta’ tali servizzi lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inkluż l-aċċess għall-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-appoġġ psikosoċjali u l-azzjonijiet li jadattaw tali servizzi għall-bżonnijiet tal-grupp fil-mira;

(j) 

il-kooperazzjoni bejn korpi governattivi u nongovernattivi, b’mod integrat, inkluż permezz ta’ ċentri koordinati ta’ appoġġ għall-integrazzjoni, bħal punti uniċi ta’ servizz;

(k) 

l-azzjonijiet li jippermettu u jappoġġaw l-introduzzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fis-soċjetà riċeventi u l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fiha, u azzjonijiet li jippromwovu l-aċċettazzjoni mis-soċjetà riċeventi;

(l) 

il-promozzjoni tal-iskambji u d-djalogu bejn ċittadini ta’ pajjiżi terzi, is-soċjetà riċeventi u l-awtoritajiet pubbliċi, inkluż permezz ta’ konsultazzjoni ma’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, u d-djalogu interkulturali u interreliġjuż;

(m) 

it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tas-servizzi ta’ integrazzjoni pprovduti mill-awtoritajiet lokali u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra.

4. Fl-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2), il-Fond għandu b’mod partikolari jappoġġa:

(a) 

l-istabbiliment jew it-titjib ta’ infrastruttura miftuħa għall-akkoljenza jew id-detenzjoni, inkluż il-possibbiltà tal-użu konġunt ta’ dawn il-faċilitajiet minn aktar minn Stat Membru wieħed;

(b) 

l-introduzzjoni, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u t-titjib ta’ miżuri alternattivi effettivi għad-detenzjoni, inkluż il-ġestjoni lokali tal-każijiet, b’mod partikolari b’rabta ma’ minorenni mhux akkumpanjati u familji;

(c) 

l-introduzzjoni u t-tisħiħ ta’ sistemi indipendenti u effettivi għall-monitoraġġ tar-ritorn furzat, kif stabbilit fl-Artikolu 8(6), tad-Direttiva 2008/115/KE;

(d) 

il-ġlieda kontra l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari, inkluż l-impjieg ta’ migranti irregolari, permezz ta’ spezzjonijiet effettivi u adegwati bbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskju, it-taħriġ tal-persunal, it-twaqqif u l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi li permezz tagħhom il-migranti irregolari jistgħu jitolbu ħlas b’lura u jressqu lmenti kontra l-impjegaturi tagħhom, u kampanji ta’ informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni biex l-impjegaturi u l-migranti irregolari jiġu infurmati dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont id-Direttiva 2009/52/KE;

(e) 

il-preparazzjoni tar-ritorn, inkluż miżuri li jwasslu għall-ħruġ ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn, l-identifikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, il-ħruġ ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u t-traċċar tal-familji;

(f) 

il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet konsulari u s-servizzi tal-immigrazzjoni jew awtoritajiet u servizzi rilevanti oħra ta’ pajjiżi terzi bil-ħsieb li jinkisbu d-dokumenti tal-ivvjaġġar, jiġi ffaċilitat ir-ritorn u tiġi żgurata r-riammissjoni inkluż permezz tal-ingaġġar ta’ uffiċjali ta’ kollegament ta’ pajjiżi terzi;

(g) 

l-assistenza għar-ritorn, b’mod partikolari r-ritorn volontarju assistit u informazzjoni dwar programmi ta’ ritorn volontarju assistit, inkluż billi tingħata gwida speċifika għat-tfal fil-proċeduri ta’ ritorn;

(h) 

l-operazzjonijiet ta’ tneħħija, inkluż il-miżuri relatati, f’konformità mal-istandards stipulati fil-liġi tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-appoġġ għal tagħmir koerċittiv;

(i) 

il-miżuri li jappoġġaw ir-ritorn u r-riintegrazzjoni sostenibbli tal-persuna rimpatrijata, inkluż inċentivi ta’ flus, taħriġ, assistenza għal kollokament u impjieg u appoġġ biex jinbdew attivitajiet ekonomiċi;

(j) 

il-faċilitajiet u s-servizzi ta’ appoġġ f’pajjiżi terzi biex jiżguraw akkomodazzjoni temporanja u akkoljenza adegwati mal-wasla u, fejn xieraq, tranżizzjoni rapida lejn akkomodazzjoni fil-komunità;

(k) 

il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi dwar il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u dwar ir-ritorn u r-riammissjoni effettivi;

(l) 

il-miżuri għas-sensibilizzazzjoni dwar il-mezzi legali xierqa għall-migrazzjoni u r-riskji tal-immigrazzjoni irregolari;

(m) 

l-assistenza u l-azzjonijiet f’pajjiżi terzi li jgħinu fit-titjib tal-kooperazzjoni effettiva bejn pajjiżi terzi u l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha dwar ir-ritorn u r-riammissjoni u li jappoġġaw ir-riintegrazzjoni fis-soċjetà ta’ oriġini.

5. Fl-objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 3(2), il-Fond għandu b’mod partikolari jappoġġa:

(a) 

l-implimentazzjoni tat-trasferimenti minn Stat Membru wieħed għal ieħor ta’ persuni li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali jew li jibbenefikaw minnha;

(b) 

l-appoġġ operazzjonali f’termini ta’ persunal sekondat jew assistenza finanzjarja pprovduta minn Stat Membru lil Stat Membru ieħor affettwat mill-isfidi tal-migrazzjoni, inkluż appoġġ ipprovdut lill-EASO;

(c) 

l-implimentazzjoni volontarja ta’ skemi nazzjonali ta’ risistemazzjoni jew ta’ ammissjoni umanitarja;

(d) 

l-appoġġ minn Stat Membru lil Stat Membru ieħor affettwat mill-isfidi tal-migrazzjoni f’termini ta’ stabbiliment jew titjib tal-infrastruttura ta’ akkoljenza.




ANNESS IV

AZZJONIJIET ELIĠIBBLI GĦAL RATI OGĦLA TA’ KOFINANZJAMENT F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLI 15(3) U 16(9)

— 
Miżuri ta’ integrazzjoni implimentati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi organizzazzjonijiet ta’ refuġjati u organizzazzjonijiet immexxija minn migranti;
— 
Azzjonijiet biex jiġu żviluppati u implimentati alternattivi effettivi għad-detenzjoni;
— 
Programmi ta’ ritorn volontarju assistit u ta’ riintegrazzjoni u attivitajiet relatati;
— 
Miżuri mmirati lejn persuni vulnerabbli u applikanti għal protezzjoni internazzjonali bi bżonnijiet ta’ akkoljenza jew bżonnijiet proċedurali speċjali, inkluż miżuri li jiżguraw il-protezzjoni effettiva tal-minorenni, b’mod partikolari minorenni mhux akkumpanjati, inkluż permezz ta’ sistemi ta’ kura alternattivi u mhux istituzzjonalizzati.




ANNESS V

INDIKATURI EWLENIN TAL-PRESTAZZJONI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 33(1)

L-indikaturi kollha relatati mal-persuni għandhom jiġu rrappurtati skont il-kategorija tal-età (< 18, 18-60, > 60) u skont il-ġeneru.

Objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2)

1. L-għadd ta’ parteċipanti li jqisu t-taħriġ utli għax-xogħol tagħhom.

2. L-għadd ta’ parteċipanti li, tliet xhur wara l-attività ta’ taħriġ, jirrappurtaw li qed jużaw il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba matul it-taħriġ.

3. L-għadd ta’ persuni li tqiegħdu f’alternattivi għad-detenzjoni, li jispeċifikaw separatament;

3.1. 

l-għadd ta’ minorenni mhux akkumpanjati li tqiegħdu f’alternattivi għad-detenzjoni;

3.2. 

l-għadd ta’ familji li tqiegħdu f’alternattivi għad-detenzjoni.

Objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2)

1. L-għadd ta’ parteċipanti f’korsijiet ta’ lingwa li, meta telqu mill-kors tal-lingwa, ikunu tejbu l-livell ta’ profiċjenza tagħhom fil-lingwa tal-pajjiż ospitanti b’mill-inqas livell wieħed tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi jew ekwivalenti nazzjonali.

2. L-għadd ta’ parteċipanti li jirrappurtaw li l-attività kienet ta’ għajnuna għall-integrazzjoni tagħhom;

3. L-għadd ta’ parteċipanti li applikaw għar-rikonoxximent jew il-valutazzjoni tal-kwalifiki jew tal-ħiliet miksuba f’pajjiż terz;

4. L-għadd ta’ parteċipanti li applikaw għal status ta’ residenza fit-tul.

Objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2)

1. L-għadd ta’ persuni rimpatrijati li rritornaw b’mod volontarju.

2. L-għadd ta’ persuni rimpatrijati li tneħħew.

3. L-għadd ta’ persuni rimpatrijati soġġetti għal alternattivi għad-detenzjoni.

Objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 3(2)

1. L-għadd ta’ applikanti għal u benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali trasferiti minn Stat Membru għal ieħor.

2. L-għadd ta’ persuni risistemati.

3. L-għadd ta’ persuni ammessi permezz ta’ skemi ta’ ammissjoni umanitarja.




ANNESS VI

TIPI TA’ INTERVENT



TABELLA 1: KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL-QASAM TAL-INTERVENT

I.  Sistema Ewropea Komuni dwar l-Ażil

001

Kondizzjonijiet ta’ akkoljenza

002

Proċeduri tal-ażil

003

Implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni

004

Tfal migranti

005

Persuni bi bżonnijiet ta’ akkoljenza u bżonnijiet proċedurali speċjali

006

Programmi ta’ risistemazzjoni tal-Unjoni jew risistemazzjoni nazzjonali u skemi ta’ ammissjoni umanitarja (Anness III, punt 2 (g))

007

Appoġġ operazzjonali

II.  Migrazzjoni legali u integrazzjoni

001

Żvilupp ta’ strateġiji ta’ integrazzjoni

002

Vittmi tat-traffikar tal-bnedmin

003

Miżuri ta’ integrazzjoni – informazzjoni u orjentazzjoni, punti uniċi ta’ servizz

004

Miżuri ta’ integrazzjoni – taħriġ ta’ lingwa

005

Miżuri ta’ integrazzjoni – taħriġ ċiviku u taħriġ ieħor

006

Miżuri ta’ integrazzjoni – introduzzjoni, parteċipazzjoni, skambji fis-soċjetà ospitanti

007

Miżuri ta’ integrazzjoni – ħtiġijiet bażiċi

008

Miżuri ta’ qabel it-tluq

009

Skemi ta’ mobbiltà

010

Akkwist ta’ residenza legali

011

Persuni vulnerabbli, inkluż minorenni mhux akkumpanjati

012

Appoġġ operazzjonali

III.  Ritorn

001

Alternattivi għad-detenzjoni

002

Kondizzjonijiet ta’ akkoljenza/detenzjoni

003

Proċeduri ta’ ritorn

004

Ritorn volontarju assistit

005

Assistenza għar-riintegrazzjoni

006

Operazzjonijiet ta’ tneħħija/ritorn

007

Sistema ta’ monitoraġġ tar-ritorn furzat

008

Persuni vulnerabbli, inkluż minorenni mhux akkumpanjati

009

Miżuri li jindirizzaw l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari

010

Appoġġ operazzjonali

IV.  Solidarjetà u kondiviżjoni ġusta ta’ responsabbiltà

001

Trasferimenti lejn Stat Membru ieħor (‘rilokazzjoni’)

002

Appoġġ minn Stat Membru lil Stat Membru ieħor, inkluż appoġġ mogħti lil EASO

003

Risistemazzjoni (Artikolu 19)

004

Ammissjoni umanitarja (Artikolu 19)

005

Appoġġ, f’termini ta’ infrastruttura ta’ riċeviment, lil Stat Membru ieħor

006

Appoġġ operazzjonali

V.  Assistenza teknika

001

Informazzjoni u komunikazzjoni

002

Tħejjija, implimentazzjoni, monitoraġġ u kontroll

003

Evalwazzjoni u studji, ġbir ta’ data

004

Tisħiħ tal-kapaċitajiet



TABELLA 2: KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAT-TIP TA’ AZZJONI

001

Żvilupp ta’ strateġiji nazzjonali

002

Tisħiħ tal-kapaċitajiet

003

Edukazzjoni u taħriġ għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi

004

Żvilupp ta’ għodod, metodi u indikaturi ta’ statistika

005

Skambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki

006

Azzjonijiet/operazzjonijiet konġunti bejn l-Istati Membri

007

Kampanji u informazzjoni

008

Skambju u ssekondar ta’ esperti

009

Studji, proġetti pilota, valutazzjonijiet tar-riskju

010

Attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ monitoraġġ, amministrattivi u tekniċi

011

Għoti ta’ assistenza u servizzi ta’ appoġġ għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi

012

Infrastruttura

013

Tagħmir



TABELLA 3: KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL- IMPLIMENTAZZJONI

001

Azzjonijiet koperti mill-Artikolu 15(1)

002

Azzjonijiet speċifiċi

003

Azzjonijiet elenkati fl-Anness IV

004

Appoġġ operazzjonali

005

Assistenza ta’ emerġenza



TABELLA 4: KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TA’ TEMI PARTIKOLARI

001

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

002

Azzjonijiet f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom

003

L-ebda waħda minn dawn ta’ hawn fuq




ANNESS VII

NEFQA ELIĠIBBLI GĦAL APPOĠĠ OPERAZZJONALI

Fi ħdan l-objettivi speċifiċi kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(2), l-appoġġ operazzjonali għandu jkopri:

— 
il-kostijiet tal-persunal;
— 
il-kostijiet ta’ servizzi, bħall-manutenzjoni jew is-sostituzzjoni ta’ tagħmir, inkluż is-sistemi tal-ICT;
— 
il-kostijiet ta’ servizzi, bħall-manutenzjoni u t-tiswija tal-infrastruttura.




ANNESS VIII

INDIKATURI TAL-OUTPUT U TAR-RIŻULTATI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 33(3)

L-indikaturi kollha relatati mal-persuni għandhom jiġu rrappurtati skont il-kategoriji tal-età (< 18, 18-60, > 60) u skont il-ġeneru.

Objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2)

Indikaturi tal-output

1. L-għadd ta’ parteċipanti appoġġati, li jispeċifikaw separatament;

1.1. 

l-għadd ta’ parteċipanti li rċevew assistenza legali;

1.2. 

l-għadd ta’ parteċipanti li jibbenefikaw minn tipi ta’ appoġġ minbarra l-assistenza legali, inkluż informazzjoni u assistenza tul il-proċedura tal-ażil ( 13 );

1.3. 

l-għadd ta’ parteċipanti vulnerabbli assistiti.

2. L-għadd ta’ parteċipanti f’attivitajiet ta’ taħriġ;

3. L-għadd ta’ postijiet ġodda fl-infrastruttura ta’ akkoljenza f’konformità mal-acquis tal-Unjoni, li jispeċifikaw separatament;

3.1. 

l-għadd ta’ postijiet maħluqa ġodda għal minorenni mhux akkumpanjati.

4. L-għadd ta’ postijiet rinnovati jew mgħammra mill-ġdid fl-infrastruttura ta’ akkoljenza f’konformità mal-acquis tal-Unjoni, li jispeċifikaw separatament;

4.1. 

l-għadd ta’ postijiet rinnovati jew mgħammra mill-ġdid għal minorenni mhux akkumpanjati.

Indikaturi tar-riżultati

5. L-għadd ta’ parteċipanti li jqisu t-taħriġ utli għax-xogħol tagħhom;

6. L-għadd ta’ parteċipanti li, tliet xhur wara l-attività ta’ taħriġ, jirrappurtaw li qed jużaw il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba matul it-taħriġ;

7. L-għadd ta’ persuni li tqiegħdu f’alternattivi għad-detenzjoni, li jispeċifikaw separatament;

7.1. 

l-għadd ta’ minorenni mhux akkumpanjati li tqiegħdu f’alternattivi għad-detenzjoni;

7.2. 

l-għadd ta’ familji li tqiegħdu f’alternattivi għad-detenzjoni.

Objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2)

Indikaturi tal-output

1. L-għadd ta’ parteċipanti f’miżuri ta’ qabel it-tluq.

2. L-għadd ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali appoġġati biex jimplimentaw miżuri ta’ integrazzjoni.

3. L-għadd ta’ parteċipanti appoġġati, li jispeċifikaw separatament:

3.1. 

l-għadd ta’ parteċipanti f’kors ta’ lingwa;

3.2. 

l-għadd ta’ parteċipanti f’kors ta’ orjentazzjoni ċivika;

3.3. 

l-għadd ta’ parteċipanti li rċevew gwida professjonali ppersonalizzata.

4. L-għadd ta’ pakketti ta’ informazzjoni u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-modi ta’ migrazzjoni legali lejn l-Unjoni.

5. L-għadd ta’ parteċipanti li jirċievu informazzjoni jew assistenza meta applikaw għal riunifikazzjoni tal-familja.

6. L-għadd ta’ parteċipanti li jibbenefikaw minn skemi ta’ mobbiltà.

7. L-għadd ta’ proġetti ta’ integrazzjoni fejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma l-benefiċjarji.

Indikaturi tar-riżultati

8. L-għadd ta’ parteċipanti f’korsijiet ta’ lingwa li, meta telqu mill-kors tal-lingwa, ikunu tejbu l-livell ta’ profiċjenza tagħhom fil-lingwa tal-pajjiż ospitanti b’mill-inqas livell wieħed tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi jew ekwivalenti nazzjonali.

9. L-għadd ta’ parteċipanti li jirrappurtaw li l-attività kienet ta’ għajnuna għall-integrazzjoni tagħhom.

10. L-għadd ta’ parteċipanti li applikaw biex il-kwalifika jew ħiliet tagħhom miksuba f’pajjiż terz jiġu rikonoxxuti jew ivvalutati.

11. L-għadd ta’ parteċipanti li applikaw għal status ta’ residenza fit-tul.

Objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2)

Indikaturi tal-output

1. L-għadd ta’ parteċipanti f’attivitajiet ta’ taħriġ.

2. L-għadd ta’ unitajiet ta’ tagħmir mixtri, inkluż l-għadd ta’ sistemi tal-ICT mixtrija jew aġġornati.

3. L-għadd ta’ persuni rimpatrijati li rċevew assistenza għar-riintegrazzjoni.

4. L-għadd ta’ postijiet fiċ-ċentri ta’ detenzjoni maħluqa.

5. L-għadd ta’ postijiet fiċ-ċentri ta’ detenzjoni mgħammra mill-ġdid jew rinnovati.

Indikaturi tar-riżultati

6. L-għadd ta’ persuni rimpatrijati li rritornaw b’mod volontarju.

7. L-għadd ta’ persuni rimpatrijati li tneħħew.

8. L-għadd ta’ persuni rimpatrijati soġġetti għal alternattivi għad-detenzjoni.

Objettiv speċifiku stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 3(2)

Indikaturi tal-output

1. L-għadd ta’ membri tal-persunal imħarrġa.

2. L-għadd ta’ parteċipanti li rċevew appoġġ ta’ qabel it-tluq.

Indikaturi tar-riżultati

3. L-għadd ta’ applikanti għal u benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali trasferiti minn Stat Membru għal ieħor.

4. L-għadd ta’ persuni risistemati.

5. L-għadd ta’ persuni ammessi permezz ta’ skemi ta’ ammissjoni umanitarja.



( 1 ) Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).

( 2 ) Id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9).

( 3 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1).

( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31).

( 5 ) Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).

( 6 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).

( 7 ) Ir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ara l-paġna 48 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

( 8 ) Din id-data għandha titqies biss f’każ li tiġi attivata d-Direttiva 2001/55/KE.

( 9 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju (ĠU L 375, 23.12.2004, p. 12).

( 10 ) Id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta’ skambju ta’ skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21).

( 11 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE tat-12 ta’ Ottubru 2005 dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika (ĠU L 289, 3.11.2005, p. 15).

( 12 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU L 251, 3.10.2003, p. 12).

( 13 ) Dan l-indikatur huwa ġġenerat awtomatikament għall-finijiet ta’ rapportar mis-sistema billi jitnaqqas l-għadd ta’ parteċipanti li rċevew assistenza legali mill-għadd ta’ parteċipanti appoġġati. Id-data għal dan l-indikatur hija ġġenerata mill-SFC2021 għall-finijiet ta’ rapportar. L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jirrappurtaw data għal dan l-indikatur, u lanqas ma għandhom bżonn jistabbilixxu stadji importanti jew miri.