02021R0241 — MT — 01.03.2024 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) 2021/241 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Frar 2021

li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

(ĠU L 057 18.2.2021, p. 17)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2023/435 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tas-27 ta’ Frar 2023

  L 63

1

28.2.2023

►M2

REGOLAMENT (UE) 2024/795 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tad-29 ta’ Frar 2024

  L 795

1

29.2.2024


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 410, 18.11.2021, p.  197 (2021/241)

►C2

Rettifika, ĠU L 137, 25.5.2023, p.  70 ((UE) 2021/241)




▼B

REGOLAMENT (UE) 2021/241 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Frar 2021

li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINANZJAMENT

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-"Faċilità").

Jistabbilixxi l-objettivi tal-Faċilità, il-finanzjament tagħha, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni fl-ambitu tagħha u r-regoli għall-għoti ta' tali finanzjament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

"Fondi tal-Unjoni" tfisser fondi koperti minn Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (ir-"Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027");

(2) 

"kontribuzzjoni finanzjarja" tfisser appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli fl-ambitu tal-Faċilità li huwa disponibbli għall-allokazzjoni jew li jkun ġie allokat lill-Stat Membru;

(3) 

Semestru Ewropew tfisser il-proċess stabbilit mill-Artikolu 2-a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 ( 1 );

(4) 

"stadji importanti u miri" tfisser miżuri ta' progress lejn il-kisba ta' riforma jew investiment, bl-istadji importanti jkunu kisbiet kwalitattivi u l-miri jkunu kisbiet kwantitattivi;

(5) 

"reżiljenza" tfisser il-ħila li jiġu ffaċċjati x-xokkijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali jew il-bidliet strutturali persistenti b'mod ġust, sostenibbli u inklużiv; u

(6) 

"la tagħmilx ħsara sinifikanti" tfisser li ma jiġux appoġġati jew imwettqa attivitajiet ekonomiċi li jagħmlu ħsara sinifikanti lil kwalunkwe objettiv ambjentali, fejn rilevanti, fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Faċilità għandu jirreferi għal oqsma ta' politika ta' rilevanza Ewropea strutturati f'sitt pilastri:

(a) 

it-tranżizzjoni ekoloġika;

(b) 

it-trasformazzjoni diġitali;

(c) 

it-tkabbir smart, sostenibbli u inklużiv, inklużi l-koeżjoni ekonomika, l-impjiegi, il-produttività, il-kompetittività, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, u suq intern li jiffunzjona tajjeb b'SMEs b'saħħithom;

(d) 

il-koeżjoni soċjali u territorjali;

(e) 

is-saħħa, u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali, bl-għan li, inter alia, tiżdied il-kapaċità ta' tħejjija għall-kriżijiet u ta’ reazzjoni għall-kriżijiet; u

(f) 

il-politiki għall-ġenerazzjoni li jmiss, it-tfal u ż-żgħażagħ, bħall-edukazzjoni u l-ħiliet.

Artikolu 4

Objettivi ġenerali u speċifiċi

▼M1

1.  
F’konformità mas-sitt pilastri msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, il-koerenza u s-sinerġiji li jiġġeneraw, u fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19, l-objettiv ġenerali tal-Faċilità għandu jkun li tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi ttejjeb ir-reżiljenza, it-tħejjija għall-kriżijiet, il-kapaċità ta’ aġġustament u l-potenzjal ta’ tkabbir tal-Istati Membri, billi ttaffi l-impatt soċjali u ekonomiku ta’ dik il-kriżi, b’mod partikolari fuq in-nisa, billi tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, billi tappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika, billi tikkontribwixxi għall-ksib tal-miri klimatiċi tal-2030 tal-Unjoni stabbiliti fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/1999, billi tikkonforma mal-objettiv ta’ newtralità klimatika tal-UE sal-2050 u tat-tranżizzjoni diġitali, u billi żżid ir-reżiljenza, is-sigurtà u s-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-Unjoni permezz tat-tnaqqis meħtieġ fid-dipendenza mill-fjuwils fossili u d-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni, inkluż permezz ta’ żieda fl-użu tal-enerġija rinnovabbli, fl-effiċjenza enerġetika u fil-kapaċità tal-ħżin tal-enerġija,u b’hekk tikkontribwixxi għall-konverġenza ekonomika u soċjali ‘l fuq, għall-ksib mill-ġdid u l-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli u l-integrazzjoni tal-ekonomiji tal-Unjoni, trawwem il-ħolqien ta’ impjieg ta’ kwalità għolja, u tikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni flimkien ma’ ekonomija miftuħa u tiġġenera valur miżjud Ewropew.

▼B

2.  
Sabiex jinkiseb dak l-objettiv ġenerali, l-objettiv speċifiku tal-Faċilità għandu jkun li tipprovdi lill-Istati Membri b'appoġġ finanzjarju bil-ħsieb li jinkisbu l-istadji importanti u l-miri tar-riformi u l-investimenti kif stabbilit fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza. Dan l-objettiv speċifiku għandu jiġi segwit f'kooperazzjoni mill-qrib u trasparenti mal-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 5

Prinċipji orizzontali

1.  
L-appoġġ mill-Faċilità m'għandux, għajr f'każijiet debitament ġustifikati, jissostitwixxi n-nefqa baġitarja nazzjonali rikorrenti u għandu jirrispetta l-prinċipju tal-addizzjonalità tal-finanzjament tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9.

▼M1

2.  
Il-Faċilità għandha tappoġġa biss il-miżuri li jirrispettaw il-prinċipju ‘la tagħmilx ħsara sinifikanti’, ligħandu japplika wkoll għall-miżuri fil-kapitoli REPowerEU, sakemm mhux speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 6

Riżorsi mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru

1.  

Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2020/2094 għandhom jiġu implimentati fl-ambitu tal-Faċilità:

(a) 

permezz ta' ammont ta' massimu ta' EUR 312 500 000 000 kif imsemmi fil-punt (ii) tal-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (UE) 2020/2094 fi prezzijiet tal-2018, disponibbli għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli, soġġett għall-Artikolu 3(4) u (7) tar-Regolament (UE) 2020/2094.

Kif previst fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2020/2094, dawk l-ammonti għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern għall-fini tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju;

(b) 

permezz ta' ammont ta' massimu ta' EUR 360 000 000 000 kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2020/2094 fi prezzijiet tal-2018, disponibbli għall-appoġġ fil-forma ta’ self lill-Istati Membri skont l-Artikoli 14 u 15 ta' dan ir-Regolament, soġġett għall-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) 2020/2094.

2.  
L-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jistgħu jkopru wkoll spejjeż li huma ta' attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Faċilità u l-ksib tal-objettivi tagħha, b'mod partikolari studji, laqgħat ta' esperti, konsultazzjoni ma' partijiet ikkonċernati, azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inklużi azzjonijiet ta' sensibbilizzazzjoni inklużivi u l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, kemm-il darba jkunu marbuta mal-objettivi ta' dan ir-Regolament, l-ispejjeż marbuta man-networks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, u l-ispejjeż l-oħra kollha tal-assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Faċilità. L-ispejjeż jistgħu jkopru wkoll il-kostijiet ta' attivitajiet oħra ta' appoġġ bħall-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ ta' proġetti fuq il-post u l-kostijiet tal-konsulenza bejn il-pari u l-esperti għall-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ta' riformi u investimenti.

Artikolu 7

Riżorsi mill-programmi b'ġestjoni kondiviża u użu ta' riżorsi

1.  
Ir-riżorsi allokati għall-Istati Membri b'ġestjoni kondiviża, fuq talba tagħhom, jistgħu jiġu trasferiti għall-Faċilità soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi b'mod dirett f'konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw esklużivament għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
2.  
L-Istati Membri jistgħu jipproponu li jinkludu fil-pjan tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza, bħala kostijiet stmati, il-ħlas għal appoġġ tekniku addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2021/240 u l-ammont tal-kontribuzzjoni fi flus għall-fini tal-kompartiment tal-Istat Membru skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament InvestEU. Dawk il-kostijiet m'għandhomx jaqbżu l-4 % tal-allokazzjoni finanzjarja totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, u l-miżuri rilevanti, kif stabbilit fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

▼M2

3.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jipproponu wkoll li jinkludu fil-pjan tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza, bħala kostijiet stmati, l-ammont tal-kontribuzzjoni fi flus għall-fini tal-kompartiment tal-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) esklużivament għall-miżuri li jappoġġaw operazzjonijiet ta’ investiment li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP) imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2024/795 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ). Dawk il-kostijiet ma għandhomx jaqbżu s-6 % tal-allokazzjoni finanzjarja totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, u l-miżuri rilevanti, kif stabbilit fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 8

Implimentazzjoni

Il-Faċilità għandha tiġi implimentata mill-Kummissjoni b'ġestjoni diretta f'konformità mar-regoli rilevanti adottati skont l-Artikolu 322 tat-TFUE, b'mod partikolari r-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).

Artikolu 9

Addizzjonalità u finanzjament komplementari

L-appoġġ mill-Faċilità għandu jkun addizzjonali għall-appoġġ ipprovdut minn programmi u strumenti oħra tal-Unjoni. Proġetti ta' riformi u ta' investiment jistgħu jirċievu appoġġ minn programmi u strumenti oħra tal-Unjoni sakemm tali appoġġ ma jkoprix l-istess kost.

Artikolu 10

Miżuri li jorbtu l-Faċilità mal-governanza ekonomika soda

1.  
Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta lill-Kunsill biex jissospendi l-impenji jew il-pagamenti kollha jew parti minnhom fejn il-Kunsill jiddeċiedi skont l-Artikolu 126(8) jew (11) TFUE li Stat Membru ma jkunx ħa azzjoni effettiva biex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv tiegħu, sakemm ma jkunx iddetermina l-eżistenza ta' tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku għall-Unjoni kollha kemm hi fis-sens tal-Artikoli 3(5) u 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 ( 5 ).
2.  

Il-Kummissjoni tista' tagħmel proposta lill-Kunsill biex jissospendi l-impenji jew il-pagamenti kollha jew parti minnhom fir-rigward ta' kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) 

meta l-Kunsill jadotta żewġ rakkomandazzjonijiet suċċessivi fl-istess proċedura ta' żbilanċ eċċessiv skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 għar-raġunijiet li Stat Membru jkun ressaq pjan ta' azzjoni korrettiva insuffiċjenti;

(b) 

meta l-Kunsill jadotta żewġ deċiżjonijiet suċċessivi fl-istess proċedura ta' żbilanċ eċċessiv skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 li permezz tagħhom jistabbilixxi nonkonformità minn Stat Membru għar-raġunijiet li ma jkunx ħa l-azzjoni korrettiva rakkomandata;

(c) 

meta l-Kummissjoni tikkonkludi li Stat Membru ma jkunx ħa miżuri kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 u b'konsegwenza ta' hekk tiddeċiedi li ma tawtorizzax l-iżborż tal-assistenza finanzjarja mogħtija lil dak l-Istat Membru;

(d) 

meta l-Kunsill jiddeċiedi li Stat Membru ma jikkonformax mal-programm ta' aġġustament makroekonomiku msemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 472/2013, jew mal-miżuri mitluba b'deċiżjoni tal-Kunsill adottata skont l-Artikolu 136(1) tat-TFUE.

Għandha tingħata prijorità lis-sospensjoni tal-impenji; il-pagamenti għandhom jiġu sospiżi biss meta tintalab azzjoni immedjata u f'każ ta' nonkonformità sinifikanti.

Id-Deċiżjoni li tissospendi l-pagamenti għandha tapplika għat-talbiet għall- pagamenti ppreżentati wara d-data tad-deċiżjoni ta' sospensjoni.

3.  
Proposta mill-Kummissjoni għal deċiżjoni tassospensjoni tal-impenji għandha titqies bħala adottata mill-Kunsill sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li jirrifjuta tali proposta b'maġġoranza kwalifikata fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni.

Is-sospensjoni tal-impenji għandha tapplika għall-impenji mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' sospensjoni.

Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, dwar proposta mill-Kummissjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 b'rabta mas-sospensjoni tal-pagamenti.

4.  
Il-kamp ta' applikazzjoni u l-livell tas-sospensjoni tal-impenji jew tal-pagamenti li jridu jiġu imposti għandhom ikunu proporzjonati, jirrispettaw l-ugwaljanza tat-trattament bejn l-Istati Membri u jqisu ċ-ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, b'mod partikolari l-livell ta' qgħad, il-livell ta' faqar jew esklużjoni soċjali fl-Istat Membru kkonċernat meta mqabbla mal-medja tal-Unjoni u l-impatt tas-sospensjoni fuq l-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat.
5.  

Is-sospensjoni tal-impenji għandha tkun soġġetta għal massimu ta' 25 % tal-impenji jew 0,25 % tal-PDG nominali, skont liema jkun l-inqas, fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) 

fl-ewwel każ ta' nonkonformità bi proċedura ta' defiċit eċċessiv kif imsemmi fil-paragrafu 1;

(b) 

fl-ewwel każ ta' nonkonformità relatat ma' pjan ta' azzjoni korrettiva fl-ambitu ta' proċedura ta' żbilanċ eċċessiv kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2;

(c) 

fil-każ ta' nonkonformità mal-azzjoni korrettiva rakkomandata skont proċedura ta' żbilanċ eċċessiv kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2;

(d) 

fl-ewwel każ ta' nonkonformità kif imsemmi fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 2.

Fil-każ ta' nonkonformità persistenti, is-sospensjoni tal-impenji tista' taqbeż il-perċentwali massimi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu.

6.  

Il-Kunsill għandu jneħħi s-sospensjoni tal-impenji fuq proposta mill-Kummissjoni, f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

meta l-proċedura ta' defiċit eċċessiv tinżamm sospiża skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 jew il-Kunsill jiddeċiedi li skont l-Artikolu 126(12) tat-TFUE jħassar id-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv;

(b) 

meta l-Kunsill ikun approva pjan ta' azzjoni korrettiva mressaq mill-Istat Membru kkonċernat f'konformità mal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 jew il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv tinżamm sospiża f'konformità mal-Artikolu 10(5) ta' dak ir-Regolament jew il-Kunsill ikun għalaq il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv f'konformità mal-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament;

(c) 

meta l-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li Stat Membru jkun ħa l-miżuri xierqa kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 332/2002;

(d) 

meta l-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-Istat Membru kkonċernat ikun ħa l-miżuri xierqa biex jimplimenta l-programm ta' aġġustament makroekonomiku imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 472/2013 jew il-miżuri mitluba b'deċiżjoni tal-Kunsill adottata f'konformità mal-Artikolu 136(1) tat-TFUE.

Wara li l-Kunsill ikun neħħa s-sospensjoni tal-impenji, il-Kummissjoni tista' terġa' tidħol fl-impenji preċedentement sospiżi mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(4), (7) u (9) tar-Regolament (UE) 2020/2094.

Deċiżjoni dwar it-tneħħija tas-sospensjoni tal-pagamenti għandha tittieħed mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3, fejn il-kundizzjonijiet applikabbli stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu jiġu ssodisfati.

7.  
Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. B'mod partikolari, meta l-Kummissjoni tagħmel proposta skont il-paragrafi 1 jew 2, għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u tipprovdi dettalji tal-impenji u tal-pagamenti li jistgħu jkunu soġġetti għal sospensjoni.

Il-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni tiddiskuti l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu fil-kuntest ta' djalogu strutturat sabiex il-Parlament Ewropew ikun jista' jesprimi l-fehmiet tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-konsiderazzjoni dovuta lill-fehmiet espressi mill-Parlament Ewropew.

Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-proposta għal sospensjoni jew il-proposta biex titneħħa tali sospensjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien wara l-adozzjoni tagħha. Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni biex tispjega r-raġunijiet għall-proposta tagħha.

8.  
Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport u għandha tittrażmettih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat meta meħtieġ minn proposta leġiżlattiva.
9.  
Meta jkun hemm bidliet kbar fis-sitwazzjoni soċjali u ekonomika fl-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta biex tagħmel rieżami tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill, li jaġixxu skont l-Artikoli 225 jew 241 tat-TFUE rispettivament, jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tressaq tali proposta.

KAPITOLU II

KONTRIBUZZJONI FINANZJARJA, PROĊESS TA' ALLOKAZZJONI, SELF U RIEŻAMI

Artikolu 11

Kontribuzzjoni finanzjarja massima

1.  

Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għandha tiġi kkalkulata għal kull Stat Membru kif ġej:

(a) 

għal 70 % tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1), ikkonvertit fi prezzjijiet attwali, abbażi tal-popolazzjoni, l-invers tal-PDG per capita u r-rata ta' qgħad relattiva ta' kull Stat Membru kif stabbilita fil-metodoloġija fl-Anness II;

(b) 

għat-30 % li jifdal tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1), ikkonvertit fi prezzjijiet attwali, abbażi tal-popolazzjoni, l-invers tal-PDG per capita, u fi proporzjon ugwali, il-bidla fil-PDG reali fl-2020 u l-bidla aggregata fil-PDG reali għall-perjodu 2020-2021 kif stabbilita fil-metodoloġija fl-Anness III. Il-bidla fil-PDG reali għall-2020 u l-bidla aggregata fil-PDG reali għall-perjodu 2020-2021 għandhom ikunu bbażati fuq il-previżjonijiet tal-Ħarifa 2020 tal-Kummissjoni.

2.  
Il-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jkun aġġornat sat-30 ta' Ġunju 2022 għal kull Stat Membru billi tiġi sostitwita d-data mill-previżjonijiet tal-Ħarifa 2020 tal-Kummissjoni bl-eżiti attwali fir-rigward tal-bidla fil-PDG 2020 reali u l-bidla aggregata fil-PDG reali għall-perjodu 2020-2021.

Artikolu 12

Allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.  
Kull Stat Membru jista' jippreżenta talba sal-kontribuzzjoni finanzjarja massima tiegħu, imsemmija fl-Artikolu 11, biex jimplimenta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tiegħu.
2.  
Sal-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli allokazzjoni ta' 70 % tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1), ikkonvertit fi prezzjijiet attwali.
3.  
Mill-1 ta' Jannar 2023 sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-allokazzjoni 30 % tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1), ikkonvertit fi prezzjijiet attwali.
4.  
L-allokazzjonijiet skont il-paragrafi 2 u 3 huma mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(2).

Artikolu 13

Prefinanzjament

1.  
Soġġett għall-adozzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2021 mill-Kunsill tad-deċiżjoni ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(1), u meta mitluba minn Stat Membru flimkien mas-sottomissjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tiegħu, il-Kummissjoni għandha tagħmel pagament ta' prefinanzjament ta' ammont sa 13 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja, u, fejn applikabbli, sa 13 % tas-self kif stabbilit fl-Artikolu 20(2) u (3). B'deroga mill-Artikolu 116(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagament korrispondenti fi żmien, sa fejn ikun possibbli, xahrejn wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-impenn legali msemmi fl-Artikolu 23.
2.  
F'każijiet ta' prefinanzjament skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u, fejn applikabbli, is-self li għandu jitħallas kif imsemmi fil-punt (a) jew punt (h) tal-Artikolu 20(5) rispettivament, għandhom jiġu aġġustati b'mod proporzjonat.
3.  
Jekk l-ammont ta' prefinanzjament tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jaqbeż it-13 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 11(2) sat-30 ta' Ġunju 2022, il-pagament awtorizzat li jmiss f'konformità mal-Artikolu 19a(3), u jekk ikun meħtieġ, il-pagamenti sussegwenti, għandhom jitnaqqsu sakemm jiġi paċut l-ammont żejjed. Jekk il-pagamenti pendenti jkunu insuffiċjenti, l-ammont żejjed għandu jingħata lura.

Artikolu 14

Self

1.  
Sal-31 ta' Diċembru 2023, fuq talba ta' Stat Membru, il-Kummissjoni tista' tagħti self lill-Istat Membru kkonċernat għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tiegħu.
2.  
Stat Membru jista' jitlob appoġġ fil-forma ta' self fil-ħin tal-preżentazzjoni ta' pjan għall-irkupru u r-reżiljenza msemmi fl-Artikolu 15, jew f'mument differenti sal-31 ta' Awwissu 2023. Fil-każ tal-aħħar, it-talba għandha tkun akkumpanjata minn pjan ta’ rkupru u reżiljenza rivedut, li jinkludi stadji importanti u miri addizzjonali.
3.  

It-talba għal appoġġ fil-forma ta' self minn Stat Membru għandha tistipula:

(a) 

ir-raġunijiet għall-appoġġ fil-forma ta’ self, ġustifikati mill-ħtiġijiet finanzjarji ogħla marbuta ma' riformi u investimenti addizzjonali;

(b) 

ir-riformi u l-investimenti addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 18;

(c) 

il-kost ogħla tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kkonċernat imqabbel mal-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji allokati għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza rispettivament skont il-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 20(4);

▼M1

(d) 

meta jkun applikabbli, ir-riformi u l-investimenti f’konformità mal-Artikolu 21c.

▼M1

4.  
L-appoġġ fil-forma ta’ self għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun ogħla mid-differenza bejn il-kostijiet totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, kif riveduti fejn rilevanti, u l-kontribuzzjoni finanzjarja massima msemmija fl-Artikolu 11, inkluż, fejn rilevanti, id-dħul imsemmi fl-Artikolu 21a kif ukoll ir-riżorsi trasferiti minn programmi ta’ ġestjoni kondiviża.

▼B

5.  
Il-volum massimu tal-appoġġ fil-forma ta' self għal kull Stat Membru ma għandux jaqbeż is-6,8 % tal-ING tiegħu tal-2019 fi prezzijiet attwali.

▼M1

6.  
B’deroga mill-paragrafu 5, soġġett għad-disponibbiltà tar-riżorsi, f’ċirkostanzi eċċezzjonali l-ammont tal-appoġġ fil-forma ta’ self jista’ jiżdied, b’kont meħud tal-ħtiġijiet tal-Istat Membru rikjedenti, kif ukoll tat-talbiet għal appoġġ fil-forma ta’ self diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza. Biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta’ dawk il-prinċipji, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Marzu 2023, jekk għandhomx l-intenzjoni li jitolbu appoġġ fil-forma ta’ self. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, simultanjament, b’termini ugwali u mingħajr dewmien żejjed, ħarsa ġenerali lejn l-intenzjonijiet li esprimew l-Istati Membri u lejn it-triq ’il quddiem proposta għad-distribuzzjoni tar-riżorsi disponibbli. Dik il-komunikazzjoni tal-intenzjoni biex titlob appoġġ fil-forma ta’ self ma għandhiex tippreġudika l-kapaċità tal-Istati Membri li jitolbu appoġġ fil-forma ta’ self sal-31 ta’ Awwissu 2023, inkluż fil-każ ta’ talbiet ’il fuq minn 6,8 % tal-ING, fejn japplikaw il-kondizzjonijiet rilevanti. Dan ma għandux jippreġudika d-dħul fil-ftehim ta’ self korrispondenti wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill rilevanti.

▼B

7.  
Is-self għandu jitħallas f'pagamenti rateali soġġetti għat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri f'konformità mal-Artikolu 20(5)(h).
8.  
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-talba għal appoġġ fil-forma ta' self f'konformità mal-Artikolu 19. Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni, fuq proposta mill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 20(1). Jekk xieraq, il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu jiġi emendat skont dan.

Artikolu 15

Ftehim ta' self

1.  

Qabel ma tidħol fi ftehim ta' self mal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk:

(a) 

il-ġustifikazzjoni biex jintalab appoġġ fil-forma ta' self u l-ammont tiegħu humiex ikkunsidrati raġonevoli u plawżibbli fir-rigward tar-riformi u l-investimenti addizzjonali; u

(b) 

ir-riformi u l-investimenti addizzjonali jikkonformawx mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(3).

2.  

Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li t-talba għal appoġġ fil-forma ta' self tissodisfa l-kriterji tal-paragrafu 1, u mal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 20(1), il-Kummissjoni għandha tidħol fi ftehim ta' self mal-Istat Membru kkonċernat. Il-ftehim ta' self, flimkien mal-elementi stabbiliti fl-Artikolu 220(5) tar-Regolament Finanzjarju, għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:

(a) 

l-ammont tas-self f'euro inkluż, fejn applikabbli, l-ammont tas-self prefinanzjat f'konformità mal-Artikolu 13;

(b) 

il-maturità medja; l-Artikolu 220(2) tar-Regolament Finanzjarju ma għandux japplika fir-rigward ta' din il-maturità;

(c) 

il-formula tal-ipprezzar, u l-perjodu ta' disponibbiltà tas-self;

(d) 

in-numru massimu ta' pagamenti u l-iskeda ta' ħlas lura;

(e) 

l-elementi l-oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-self b'rabta mar-riformi u l-proġetti ta' investiment ikkonċernati f'konformità mad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 20(3).

3.  
F'konformità mal-punt (e) tal-Artikolu 220(5) tar-Regolament Finanzjarju, il-kostijiet marbuta mas-self ta' fondi għas-selfiet imsemmija f'dan l-Artikolu għandhom jitħallsu mill-Istati Membri benefiċjarji.
4.  
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa għall-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta' self relatati ma' self mogħti f'konformità ma' dan l-Artikolu.
5.  
Stat Membru li jibbenefika minn self mogħti f'konformità ma' dan l-Artikolu għandu jiftaħ kont dedikat għall-ġestjoni tas-self riċevut. Għandu wkoll jittrasferixxi l-kapital u l-imgħax dovuti fuq kwalunkwe self relatat f'kont indikat mill-Kummissjoni f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti skont -paragrafu 4, għoxrin jum ta' negozju qabel id-data ta' maturità korrispondenti.

Artikolu 16

Rapport ta' rieżami

1.  
Sal-31 ta' Lulju 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' rieżami dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità.
2.  

Ir-rapport ta' rieżami għandu jispjega l-elementi li ġejjin:

(a) 

valutazzjoni ta' kemm l-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza hija konformi mal-kamp ta' applikazzjoni u kemm tikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali ta’ dan ir-Regolament skont is-sitt pilastri msemmija fl-Artikolu 3, inkluż kif il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jindirizzaw l-inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel;

(b) 

valutazzjoni kwantitattiva tal-kontribut tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għal:

(i) 

il-mira klimatika ta' mill-inqas 37 %,

(ii) 

il-mira diġitali ta' mill-inqas 20 %,

(iii) 

kull wieħed mis-sitt pilastri msemmija fl-Artikolu 3;

(c) 

l-istat tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u l-osservazzjonijiet u l-gwida lill-Istati Membri qabel l-aġġornament tal-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza imsemmija fl-Artikolu 18(2).

3.  
Għall-finijiet tar-rapport ta' rieżami msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tqis it-Tabella ta' Valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 30, ir-rapporti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 27, u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra dwar l-issodisfar tal-istadji importanti u l-miri tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif disponibbli mill-proċeduri ta' pagament, ta' sospensjoni u ta' terminazzjoni msemmija fl-Artikolu 24.
4.  
Il-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta s-sejbiet ewlenin tar-rapport ta' rieżami fil-kuntest tad-djalogu dwar l-irkupru u r-reżiljenza msemmi fl-Artikolu 26.

KAPITOLU III

PJANIJIET GĦALL-IRKUPRU U R-REŻILJENZA

Artikolu 17

Eliġibbiltà

1.  
Fil-kamp ta' applikazzjoni spjegat fl-Artikolu 3 u skont l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom iħejju pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. Dawk il-pjanijiet għandhom jistabbilixxu l-aġenda ta' riforma u investiment tal-Istat Membru kkonċernat. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza li huma eliġibbli għall-finanzjament fl-ambitu tal-Faċilità għandhom jinkludu miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u investiment pubbliku permezz ta' pakkett komprensiv u koerenti, li jista' jinkludi wkoll skemi pubbliċi li għandhom il-mira li jinċentivizzaw l-investiment privat.

▼M1

2.  
Il-miżuri mibdija mill-1 ta’ Frar 2020 ’il quddiem għandhom ikunu eliġibbli dment li jikkonformaw mar-rekwiżiti mogħtija f’dan ir-Regolament.

Madankollu, ir-riformi u l-investimenti l-ġodda msemmija fl-Artikolu 21c(1) għandhom ikunu eliġibbli biss meta jibdew mill-1 ta’ Frar 2022 ’il quddiem.

▼B

3.  
Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, kif ukoll ma' dawk identifikati fl-aktar rakkomandazzjoni reċenti tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-informazzjoni inkluża mill-Istati Membri fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma fl-ambitu tas-Semestru Ewropew, fil-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima tagħhom u fl-aġġornamenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1999, fil-pjanijiet ta' tranżizzjoni territorjali ġusta fl-ambitu ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta (ir-"Regolament dwar il-Fond ta’ Tranżizzjoni Ġusta"), fil-pjanijiet ta' implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u fil-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operazzjonali fl-ambitu tal-fondi tal-Unjoni.
4.  
Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom jirrispettaw il-prinċipji orizzontali stabbiliti fl-Artikolu 5.
5.  
Jekk Stat Membru jkun eżentat mill-monitoraġġ u l-valutazzjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew fuq il-bażi tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 472/2013, jew ikun soġġett għal sorveljanza skont ir-Regolament (KE) Nru 332/2002, dan ir-Regolament għandu japplika għall-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-isfidi u l-prijoritajiet identifikati mill-miżuri stabbiliti f’dawk ir-regolamenti.

Artikolu 18

Pjan għall-irkupru u r-reżiljenza

1.  
Stat Membru li jixtieq jirċievi kontribuzzjoni finanzjarja f'konformità mal-Artikolu 12 għandu jippreżenta lill-Kummissjoni pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kif definit fl-Artikolu 17(1).
2.  
Wara li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli għall-allokazzjoni l-ammont imsemmi fl-Artikolu 12(3), Stat Membru jista' jaġġorna u jippreżenta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex titqies il-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 11(2).
3.  
Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat mill-Istat Membru jista' jiġi ppreżentat f'dokument integrat wieħed flimkien mal-Programm Nazzjonali ta' Riforma u għandu jiġi ppreżentat uffiċjalment, bħala regola, sa mhux aktar tard mit-30 ta' April. Jista' jiġi ppreżentat abbozz tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istati Membri mill-15 ta' Ottubru tas-sena ta' qabel.
4.  

Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu jkun dovutament motivat u sostanzjat. B'mod partikolari għandu jistabbilixxi l-elementi li ġejjin:

(a) 

spjegazzjoni dwar kif il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, filwaqt li jqis il-miżuri inklużi fih, jirrappreżenta rispons komprensiv u bbilanċjat b'mod adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Istat Membru, u b'hekk jikkontribwixxi b'mod xieraq għall-pilastri kollha msemmija fl-Artikolu 3, filwaqt li jitqiesu l-isfidi speċifiċi tal-Istat Membru kkonċernat;

(b) 

spjegazzjoni dwar kif il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi kollha jew subsett sinifikanti minnhom, identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż, inkluż l-aspetti fiskali tagħhom, u r-rakkomandazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 fejn xieraq, indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat, jew sfidi identifikati f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew;

(c) 

spjegazzjoni dettaljata ta' kif il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jsaħħaħ il-potenzjal ta' tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, inkluż permezz tal-promozzjoni ta' politiki għat-tfal u ż-żgħażagħ, u jtaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi tal-Covid-19, filwaqt li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u b'hekk jissaħħu l-koeżjoni u l-konverġenza ekonomiċi, soċjali u territorjali fi ħdan l-Unjoni;

▼M1

(ca) 

spjegazzjoni dwar kif il-kapitolu REPowerEU jikkontribwixxi għall-indirizzar tal-faqar enerġetiku, inkluż, fejn rilevanti, l-għoti ta’ prijorità adegwata lill-ħtiġijiet ta’ dawk affettwati mill-faqar enerġetiku, kif ukoll lit-tnaqqis tal-vulnerabbiltajiet matul l-istaġuni tax-xitwa li ġejjin;

▼B

(d) 

spjegazzjoni ta' kif il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jiżgura li l-ebda miżura għall-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 (il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti");

▼M1

(e) 

spjegazzjoni kwalitattiva dwar kif il-miżuri fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mistennija jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluż il-bijodiversità, jew biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw minnha, jekk jammontawx għal ammont li jirrappreżenta mill-inqas 37 % tal-allokazzjoni totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u jekk il-miżuri ta’ dak it-tip fil-kapitolu REPowerEU jammontawx għal ammont li jirrappreżenta mill-inqas 37 % tal-kostijiet totali stmati tal-miżuri inklużi f’dak il-kapitolu, abbażi tal-metodoloġija għat-trekkjar klimatiku mogħtija fl-Anness VI; dik il-metodoloġija għandha tintuża kif xieraq għal miżuri li ma jistgħux jiġu assenjati direttament għal qasam ta’ intervent elenkat fl-Anness VI; il-koeffiċjenti għall-appoġġ għall-objettivi klimatiċi jistgħu jiżdiedu sa ammont totali ta’ 3 % tal-allokazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għal investimenti individwali biex jitqiesu l-miżuri ta’ riforma ta’ akkumpanjament li jżidu b’mod kredibbli l-impatt tagħhom fuq l-objettivi klimatiċi kif spjegat fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

▼B

(f) 

spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huma mistennija jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni diġitali jew għall-isfidi li jirriżultaw minnha, u jekk jikkostitwixxux ammont li jirrappreżenta tal-inqas 20 % tal-allokazzjoni totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, abbażi tal-metodoloġija għall-ittaggjar diġitali stabbilita fl-Anness VII; dik il-metodoloġija għandha tintuża kif xieraq għal miżuri li ma jistgħux jiġu assenjati direttament għal qasam ta' intervent elenkat fl-Anness VII; il-koeffiċjenti għall-appoġġ għall-objettivi diġitali jistgħu jiżdiedu għall-investimenti individwali biex jitqiesu l-miżuri ta' riforma ta' akkumpanjament li jżidu l-impatt tagħhom fuq l-objettivi diġitali;

(g) 

fejn xieraq, għall-investimenti fil-kapaċitajiet u l-konnettività diġitali, awtovalutazzjoni tas-sigurtà bbażata fuq kriterji oġġettivi komuni li tidentifika kwalunkwe kwistjoni ta' sigurtà, u li tagħti dettalji dwar kif dawk il-kwistjonijiet se jiġu indirizzati sabiex ikun hemm konformità mal-liġijiet tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti;

▼M1

(h) 

indikazzjoni ta’ jekk il-miżuri inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jinkludux proġetti transfruntiera jew li jinvolvu diversi pajjiżi, spjegazzjoni dwar kif il-miżuri rilevanti fil-kapitolu REPowerEU, inkluż il-miżuri li jindirizzaw l-isfidi identifikati fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet l-aktar reċenti tal-Kummissjoni, għandhom dimensjoni jew effett transfruntier jew li jinvolvi diversi pajjiżi, u indikazzjoni dwar jekk il-kostijiet totali ta’ dawk il-miżuri jammontawx għal ammont li jirrappreżenta mill-inqas 30 % tal-kostijiet stmati tal-kapitolu REPowerEU;

▼B

(i) 

l-istadji importanti previsti, il-miri u skeda ta' żmien indikattiva għall-implimentazzjoni tar-riformi, u l-investimenti li għandhom jitlestew sal-31 ta’ Awwissu 2026;

(j) 

il-proġetti ta' investiment previsti u l-perjodu ta' investiment relatat;

(k) 

il-kostijiet totali stmati tar-riformi u l-investimenti koperti mill-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat (imsejjaħ ukoll "il-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza") appoġġat minn ġustifikazzjoni xierqa u minn spjegazzjonijiet kif dan huwa konformi mal-prinċipju ta' kosteffiċjenza u proporzjonat għall-impatt ekonomiku u soċjali mistenni fil-livell nazzjonali;

(l) 

jekk ikun rilevanti, informazzjoni dwar finanzjament tal-Unjoni eżistenti jew ippjanat;

(m) 

il-miżuri ta' akkumpanjament li jistgħu jkunu meħtieġa;

(n) 

ġustifikazzjoni tal-koerenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza; u spjegazzjoni tal-konsistenza tiegħu mal-prinċipji, il-pjanijiet u l-programmi msemmija fl-Artikolu 17;

(o) 

spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mistennija jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għall-opportunitajiet indaqs għal kulħadd u l-integrazzjoni ta' dawn l-objettivi, f'konformità mal-prinċipji 2 u 3 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti 5 u, fejn rilevanti, mal-istrateġija nazzjonali għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

(p) 

l-arranġamenti għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni effettivi tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istati Membri kkonċernati, inkluż l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati;

▼M1

(q) 

għat-tħejjija u, fejn disponibbli, għall-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, sommarju tal-proċess ta’ konsultazzjoni, imwettqa skont il-qafas legali nazzjonali, tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, u kif il-kontribut tal-partijiet ikkonċernati huwa rifless fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, b’dak is-sommarju li għandu jiġi kkomplimentat, fejn ġie inkluż kapitolu REPowerEU, billi jiġu mniżżlin il-partijiet interessati kkonsultati, minn deskrizzjoni tal-eżitu tal-proċess ta’ konsultazzjoni fir-rigward ta’ dak il-kapitolu, u b’deskrizzjoni dwar kif il-kontribut riċevut ġie rifless fih;

▼B

(r) 

spjegazzjoni tas-sistema tal-Istat Membru biex jipprevjeni, jidentifika u jirrettifika korruzzjoni, frodi u konflitti ta' interessi, meta jkunu qed jintużaw il-fondi pprovduti taħt il-Faċilità, u l-arranġamenti li għandhom il-mira li jevitaw il-finanzjament doppju mill-Faċilità u minn programmi oħra tal-Unjoni;

(s) 

jekk ikun xieraq, it-talba għal appoġġ fil-forma ta' self u l-istadji importanti addizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 14(2) u (3) u l-elementi tagħhom; u

(t) 

kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

5.  
Fit-tħejjija ta' proposti għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni torganizza skambju ta' prattiki tajba sabiex l-Istati Membri rikjedenti jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-esperjenza ta' Stati Membri oħra. L-Istati Membri jistgħu wkoll jitolbu appoġġ tekniku permezz tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku. L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jrawmu sinerġiji mal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ta' Stati Membri oħra.

Artikolu 19

Valutazzjoni tal-Kummissjoni

1.  
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jew, fejn applikabbli, l-aġġornament għal dak il-pjan kif ippreżentat mill-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 18(1) jew 18(2) fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni uffiċjali, u tagħmel proposta għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 20(1). Waqt li twettaq dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni tista' tagħmel kummenti jew tfittex informazzjoni addizzjonali. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali mitluba u jista' jirrevedi l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jekk ikun meħtieġ, inkluż wara l-preżentazzjoni uffiċjali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. L-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni jistgħu jaqblu li jestendu l-iskadenza għall-valutazzjoni f’perjodu raġonevoli jekk ikun meħtieġ.
2.  
Meta tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u fid-determinazzjoni tal-ammont li jrid jiġi allokat lill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni analitika dwar l-Istat Membru kkonċernat disponibbli fil-kuntest tas-Semestru Ewropew kif ukoll il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru, kif imsemmi fl-Artikolu 18(3), u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra bħal, b'mod partikolari, l-informazzjoni li tinsab fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma u l-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima ta’ dak l-Istat Membru, fil-pjanijiet ta' tranżizzjoni territorjali ġusta fl-ambitu tar-Regolament dwar il-Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta, fil-pjanijiet ta' implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u, jekk ikun rilevanti, informazzjoni minn appoġġ tekniku rċevut permezz tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku.
3.  

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rilevanza, l-effikaċja, l-effiċjenza u l-koerenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u, għal dak il-għan, għandha tqis il-kriterji li ġejjin li għandha tapplika f’konformità mal-Anness V:

Rilevanza:

(a) 

jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jirrappreżentax rispons komprensiv u bbilanċjat b'mod adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali, u b'hekk jikkontribwixxi b'mod xieraq għas-sitt pilastri kollha kemm huma msemmija fl-Artikolu 3, filwaqt li jqis l-isfidi speċifiċi u l-allokazzjoni finanzjarja tal-Istat Membru kkonċernat;

(b) 

jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwiex mistenni li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi kollha, jew subsett sinifikanti minnhom, identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, inklużi l-aspetti fiskali u r-rakkomandazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 fejn xieraq, indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat jew sfidi identifikati f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew;

(c) 

jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwiex mistenni jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi, u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali tal-Istat Membru, filwaqt li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, inkluż permezz tal-promozzjoni ta' politiki għat-tfal u ż-żgħażagħ, u jtaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi tal-COVID-19, u b'hekk isaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-konverġenza fi ħdan l-Unjoni;

(d) 

jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwiex mistenni jiżgura li l-ebda miżura għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 (il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti"); il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida teknika lill-Istati Membri għal dak il-għan;

▼M1

(da) 

jekk il-kapitolu REPowerEU fihx riformi u investimenti msemmija fl-Artikolu 21c li jikkontribwixxu b’mod effettiv għas-sigurtà tal-enerġija, id-diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni, iż-żieda fl-użu tal-enerġija rinnovabbli u fl-effiċjenza enerġetika, iż-żieda fil-kapaċitajiet tal-ħżin tal-enerġija jew it-tnaqqis meħtieġ tad-dipendenza mill-fjuwils fossili qabel l-2030;

(db) 

jekk il-kapitolu REPowerEU fihx ir-riformi u l-investimenti msemmija fl-Artikolu 21c li huma mistennija jkollhom dimensjoni jew effett transfruntier jew li jinvolvi diversi pajjiżi;

▼M1

(e) 

jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fihx miżuri li jikkontribwixxu b’mod effettiv għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluż il-bijodiversità, jew biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw minnha, jekk jirrappreżentawx ammont ekwivalenti għal mill-inqas 37 % tal-allokazzjoni totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u jekk tali miżuri fil-kapitolu REPowerEU jirrappreżentawx ammont li jirrappreżenta mill-inqas 37 % tal-kostijiet totali stmati tal-miżuri inklużi f’dak il-kapitolu, abbażi tal-metodoloġija għat-trekkjar klimatiku mogħtija fl-Anness VI; dik il-metodoloġija għandha tintuża kif xieraq għal miżuri li ma jistgħux jiġu assenjati direttament għal qasam ta’ intervent elenkat fl-Anness VI; il-koeffiċjenti għall-appoġġ għall-objettivi klimatiċi jistgħu jiżdiedu sa ammont totali ta’ 3 % tal-allokazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza biex investimenti individwali jqisu l-miżuri ta’ riforma akkumpanjanti li jżidu b’mod kredibbli l-impatt tagħhom fuq l-objettivi klimatiċi, soġġett għall-qbil tal-Kummissjoni;

▼B

(f) 

jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jinkludix miżuri li jikkontribwixxu b'mod effettiv għat-tranżizzjoni diġitali jew biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw minnha, u jekk jikkostitwixxux ammont li jirrappreżenta mill-inqas 20 % tal-allokazzjoni totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, abbażi tal-metodoloġija għall-ittaggjar diġitali stabbilita fl-Anness VII; il-metodoloġija għandha tintuża b'dan il-mod għal miżuri li ma jistgħux jiġu assenjati direttament għal qasam ta' intervent elenkat fl-Anness VII; il-koeffiċjenti għall-appoġġ għall-objettivi diġitali jistgħu jiżdiedu biex investimenti individwali jqisu l-miżuri ta' riforma akkumpanjanti li jżidu l-impatt tagħhom fuq l-objettivi diġitali;

Effikaċja:

(g) 

jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hux mistenni li jkollu impatt fit-tul fuq l-Istat Membru kkonċernat;

(h) 

jekk l-arranġamenti proposti mill-Istati Membri kkonċernati humiex mistennija jiżguraw monitoraġġ u implimentazzjoni effettivi tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inkluż l-iskeda ta' żmien prevista, l-istadji importanti u l-miri, u l-indikaturi relatati.

Effiċjenza:

(i) 

jekk il-ġustifikazzjoni mogħtija mill-Istat Membru dwar l-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u hijiex proporzjonata għall-impatt ekonomiku u soċjali nazzjonali mistenni;

(j) 

jekk l-arranġamenti proposti mill-Istat Membru kkonċernat humiex mistennija jipprevjenu, jidentifikaw u jirrettifikaw korruzzjoni, frodi u konflitti ta' interess meta jkunu qed jintużaw il-fondi pprovduti fl-ambitu tal-Faċilità, inkluż arranġamenti humiex mistennija li għandhom il-mira li jevitaw il-finanzjament doppju mill-Faċilità u minn programmi oħra tal-Unjoni;

Koerenza:

(k) 

jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fihx miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliċi li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti.

4.  
Meta l-Istat Membru kkonċernat ikun talab self kif imsemmi fl-Artikolu 14, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk it-talba għal self tissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(1), u b'mod partikolari jekk ir-riformi u l-investimenti addizzjonali li fir-rigward tagħhom tkun saret dik it-talba, jissodisfawx il-kriterji ta' valutazzjoni tal-paragrafu 3.
5.  
Jekk il-Kummissjoni tagħti valutazzjoni negattiva għal pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, hija għandha tikkomunika valutazzjoni debitament ġustifikata sal-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 1.
6.  
Għall-fini tal-valutazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tkun assistita minn esperti.

Artikolu 20

Proposta tal-Kummissjoni u deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill

1.  
Fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu japprova, permezz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni, il-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat mill-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 18(1) jew, fejn applikabbli, tal-aġġornament tiegħu ppreżentat f'konformità mal-Artikolu 18(2).
2.  
Fil-każ li l-Kummissjoni tivvaluta pożittivament il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, il-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill għandha tistabbilixxi r-riformi u l-proġetti ta' investiment li jridu jiġu implimentati mill-Istat Membru, inklużi l-istadji importanti u l-miri kif ukoll il-kontribuzzjonijiet finanzjarji kkalkulati skont l-Artikolu 11.
3.  
Meta l-Istat Membru kkonċernat jitlob appoġġ fil-forma ta' self, il-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill għandha tistabbilixxi wkoll l-ammont tal-appoġġ fil-forma ta' self kif imsemmi fl-Artikolu 14(4) u (5) u r-riformi u l-proġetti ta' investiment addizzjonali li jridu jiġu implimentati mill-Istat Membru koperti minn dak is-self, inkluż l-objettivi intermedji u l-miri addizzjonali.
4.  

Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi determinata abbażi tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru kkonċernat, kif ivvalutat skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(3). L-ammont ta' kontribuzzjoni finanzjarja għandu jiġi stabbilit kif ġej:

(a) 

fejn il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkonforma b'mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(3), u l-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun ugwali għal, jew ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima kkalkulata għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 11, il-kontribuzzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru kkonċernat għandha tkun ugwali għall-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima kkalkulata għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 11;

(b) 

fejn il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun konformi b'mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(3), u l-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun inqas mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima kkalkulata għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 11, il-kontribuzzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru għandha tkun daqs l-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

(c) 

jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jkunx jikkonforma b'mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(3), ma għandha tiġi allokata l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru kkonċernat.

5.  

Il-proposta tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1b għandha tistipula wkoll:

(a) 

il-kontribuzzjoni finanzjarja li trid titħallas bin-nifs ladarba l-Istat Membru jkun wettaq b'mod sodisfaċenti l-istadji importanti rilevanti u l-miri identifikati b'rabta mal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

(b) 

il-kontribuzzjoni finanzjarja u, fejn applikabbli, l-ammont ta' appoġġ fil-forma ta' self li għandu jitħallas fil-forma ta' prefinanzjament f'konformità mal-Artikolu 13 wara l-approvazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

(c) 

id-deskrizzjoni tar-riformi u tal-proġetti ta' investiment u l-ammont tal-kost totali stmat tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

▼M1

(ca) 

sommarju tal-miżuri proposti fil-kapitolu REPowerEU li jkollhom dimensjoni jew effett transfruntier jew li jinvolvu diversi pajjiżi, inkluż dawk il-miżuri li jindirizzaw l-isfidi identifikati fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet l-aktar reċenti tal-Kummissjoni; fejn il-kostijiet stmati ta’ dawk il-miżuri jammontaw għal ammont li jirrappreżenta inqas minn 30 % tal-kostijiet stmati tal-miżuri kollha inklużi fil-kapitolu REPowerEU, spjegazzjoni tar-raġunijiet għal dan, b’mod partikolari turija li miżuri oħra inklużi fil-kapitolu REPowerEU jindirizzaw aħjar l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 21c(3) jew li ma jkunx hemm biżżejjed proġetti realistiċi disponibbli li għandhom dimensjoni jew effett transfruntier jew li jinvolvi diversi pajjiżi, b’mod partikolari meta jitqies it-tul ta’ ħajja tal-Faċilità;

▼B

(d) 

il-limitu ta’ żmien, li għandu jkun mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2026, sa liema data għandhom jintlaħqu l-istadji importanti u l-miri finali, kemm għall-proġetti ta' investiment kif ukoll għar-riformi;

(e) 

l-arranġamenti u l-iskeda għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza inkluż, fejn rilevanti, miżuri neċessarji għall-konformità mal-Artikolu 22;

(f) 

l-indikaturi rilevanti fir-rigward tal-issodisfar tal-istadji importanti u tal-miri previsti;

(g) 

l-arranġamenti biex jingħata aċċess sħiħ lill-Kummissjoni għad-data sottostanti rilevanti; u

(h) 

jekk ikun xieraq, l-ammont tas-self li jrid jitħallas bin-nifs u l-istadji importanti u l-miri addizzjonali relatati mal-pagament tas-self.

6.  
L-arranġamenti u l-iskeda għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni kif imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 5, l-indikaturi rilevanti relatati mal-issodisfar tal-istadji importanti u l-miri previsti msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 5, l-arranġamenti għall-għoti ta' aċċess sħiħ mill-Kummissjoni għad-data sottostanti msemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 5, u, jekk ikun xieraq, l-istadji importanti u l-miri addizzjonali relatati mal-pagament tas-self imsemmi fil-punt (h) tal-paragrafu 5 għandhom jiġu speċifikati ulterjorment f'arranġamenti operazzjonali li jridu jiġu miftiehma mill-Istat Membru kkonċernat u mill-Kummissjoni wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.
7.  
Il-Kunsill għandu jadotta d-deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, bħala regola, fi żmien erba' ġimgħat mill-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni.
8.  
Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jemenda d-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tiegħu adottata f'konformità mal-Artikolu 20(1) biex tinkludi l-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 11(2), mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 21

Emendar tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istat Membru

1.  
Jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inkluż l-istadji importanti u l-miri rilevanti, ma jkunux għadhom jistgħu jinkisbu, la totalment u lanqas parzjalment, mill-Istat Membru kkonċernat minħabba ċirkostanzi oġġettivi, l-Istat Membru kkonċernat jista' jippreżenta talba motivata lill-Kummissjoni biex tagħmel proposta biex jiġu emendati jew sostitwiti d-deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmijin fl-Artikolu 20(1) u (3). Għal dak l-għan, l-Istat Membru jista' jipproponi pjan għall-irkupru u r-reżiljenza emendat jew ġdid. L-Istati Membri jistgħu jitolbu appoġġ tekniku għat-tħejjija ta' tali proposta fil-qafas tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku.

▼M2

1a.  
Għall-iskop uniku li jittieħed vantaġġ mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2024/795, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu talba motivata lill-Kummissjoni biex tagħmel proposta biex temenda d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 20(1) u (3) ta’ dan ir-Regolament biex tinkludi miżuri li jappoġġaw l-objettivi tar-Regolament (UE) 2024/795 mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

▼B

2.  
Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li r-raġunijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat jiġġustifikaw emenda fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza rilevanti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza emendat jew ġdid skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19, u għandha tagħmel proposta għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill ġdida f'konformità mal-Artikolu 20(1) fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni uffiċjali tat-talba. L-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni jistgħu jaqblu li jestendu dik l-iskadenza b'perjodu raġonevoli jekk ikun meħtieġ. Il-Kunsill għandu jadotta d-deċiżjoni ta' implimentazzjoni ġdida, bħala regola, fi żmien erba' ġimgħat mill-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni.
3.  
Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li r-raġunijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat ma jiġġustifikawx emenda tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, hija għandha tiċħad it-talba fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 2, wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahar mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.

▼M1

KAPITOLU IIIa

REPower EU

Artikolu 21a

Dħul mis-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet skont id-Direttiva 2003/87/KE

1.  
EUR 20 000 000 000 fi prezzijiet attwali, miksuba f’konformità mal-Artikolu 10e tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), għandhom ikunu disponibbli bħala appoġġ finanzjarju addizzjonali mhux ripagabbli fi ħdan il-Faċilità għall-implimentazzjoni skont dan ir-Regolament biex tiżdied ir-reżiljenza tas-sistema tal-enerġija tal-Unjoni permezz ta’ tnaqqis fid-dipendenza mill-fjuwils fossili u d-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni. Kif previst fl-Artikolu 10 e tad-Direttiva 2003/87/KE, dawk l-ammonti għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.
2.  
Is-sehem tal-allokazzjoni tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 disponibbli għal kull Stat Membru għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-indikaturi kif jinsabu fil-metodoloġija fl-Anness IVa.
3.  
L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi allokat esklużivament għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 21c, bl-eċċezzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 21c(3), il-punt (a). Jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 6(2).
4.  
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jkopru l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom isiru disponibbli awtomatikament għal dak l-ammont mill-1 ta’ Marzu 2023.
5.  
Kull Stat Membru jista’ jippreżenta talba lill-Kummissjoni għall-allokazzjoni ta’ ammont li ma jaqbiżx is-sehem tiegħu billi jinkludi fil-pjan tiegħu r-riformi u l-investimenti msemmija fl-Artikolu 21c u jindika l-istima tal-kostijiet tagħhom.
6.  
Id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill adottata skont l-Artikolu 20(1) għandha tistabbilixxi l-ammont tad-dħul imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu allokat lill-Istat Membru wara l-preżentazzjoni ta’ talba skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. L-ammont korrispondenti għandu jitħallas f’pagamenti parzjali, soġġett għall-finanzjament disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 24, ladarba l-Istat Membru kkonċernat jkun laħaq b’mod sodisfaċenti l-istadji importanti u l-miri identifikati fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 21c.

Artikolu 21b

Riżorsi minn programmi b’ġestjoni kondiviża għall-appoġġ tal-objettivi tar-REPowerEU

1.  
Fil-limiti tar-riżorsi allokati lilhom, l-Istati Membri jistgħu jitolbu, skont ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027 appoġġ għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 21c(3) ta’ dan ir-Regolament mill-programmi appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, l-Fond Soċjali Ewropew Plus u l-Fond ta’ Koeżjoni, soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 26a tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027 u r-Regolamenti speċifiċi għall-Fond. Tali appoġġ għandu jiġi implimentat skont ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027 u r-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi.
2.  
Ir-riżorsi jistgħu jiġu trasferiti skont l-Artikolu 4a tar-Regolament (UE) 2021/1755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) biex jiġu appoġġati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 21c ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 21c

Il-Kapitoli REPowerEU fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza

1.  
Pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentati lill-Kummissjoni wara l-1 ta’ Marzu 2023 li jirrikjedu l-użu ta’ finanzjament addizzjonali skont l-Artikoli 14, 21a jew 21b, għandhom jinkludu kapitolu REPowerEU li jinkludi l-miżuri u l-istadji importanti u l-miri korrispondenti tagħhom. Il-miżuri fil-kapitolu REPowerEU għandhom ikunu riformi u investimenti ġodda, mibdija mill-1 ta’ Frar 2022 ’il quddiem, jew il-parti msaħħa tar-riformi u l-investimenti inklużi fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill diġà adottata għall-Istat Membru kkonċernat.
2.  
B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri li huma soġġetti għal tnaqqis fil-kontribuzzjoni finanzjarja massima f’konformità mal-Artikolu 11(2) jistgħu jinkludu wkoll fil-kapitoli REPowerEU miżuri inklużi fid-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill diġà adottati mingħajr ma dawn ikollhom jiżdiedu, sa ammont ta’ kostijiet stmati ugwali għal dak it-tnaqqis.
3.  

Ir-riformi u l-investimenti fil-kapitolu REPowerEU għandu jkollhom l-għan li jikkontribwixxu għal tal-inqas wieħed mill-objettivi li ġejjin:

(a) 

itejbu l-infrastruttura u l-faċilitajiet tal-enerġija biex jissodisfaw il-ħtiġijiet immedjati tas-sigurtà tal-provvista tal-gass, inkluż gass naturali likwifikat, b’mod partikolari biex tkun permessa d-diversifikazzjoni tal-provvista fl-interess tal-Unjoni kollha kemm hi; miżuri li jikkonċernaw l-infrastruttura u l-faċilitajiet taż-żejt meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet immedjati tas-sigurtà tal-provvista jistgħu jiġu inklużi fil-kapitolu REPowerEU ta’ Stat Membru biss fejn dak l-Istat Membru kien soġġett għad-deroga temporanja eċċezzjonali fl-Artikolu 3m(4) tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 sal-1 ta’ Marzu 2023, minħabba d-dipendenza speċifika tiegħu fuq iż-żejt mhux maħdum u s-sitwazzjoni ġeografika tiegħu;

(b) 

isaħħu l-effiċjenza enerġetika fil-bini u l-infrastruttura enerġetika kritika, jiddekarbonizzaw l-industrija, iżidu l-produzzjoni u l-użu ta’ bijometan sostenibbli u tal-idroġenu rinnovabbli jew mhux fossili, u jżidu s-sehem u jaċċelleraw il-varar tal-enerġija rinnovabbli;

(c) 

l-indirizzar tal-faqar enerġetiku;

(d) 

l-inċentivi għat-tnaqqis fid-domanda għall-enerġija;

(e) 

l-indirizzar tal-konġestjonijiet interni u transfruntiera tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija, l-appoġġ għall-ħżin tal-elettriku u l-aċċellerazzjoni tal-integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, u l-appoġġ għat-trasport b’emissjonijiet żero u l-infrastruttura tiegħu, inkluż il-ferroviji;

(f) 

jappoġġaw l-objettivi msemmija fil-punti (a) sa (e) permezz ta’ rikwalifikazzjoni aċċellerata tal-forza tax-xogħol lejn ħiliet ekoloġiċi u diġitali relatati, kif ukoll permezz ta’ appoġġ tal-ktajjen tal-valur f’materja prima kritika u teknoloġiji marbutin mat-tranżizzjoni ekoloġika.

4.  
Il-kapitolu REPowerEU għandu jkun fih ukoll spjegazzjoni dwar kif il-miżuri f’dak il-kapitolu huma koerenti mal-isforzi tal-Istat Membru kkonċernat biex jintlaħqu l-objettivistabbiliti fil-paragrafu 3, filwaqt li jitqiesu l-miżuri inklużi fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill diġà adottata, kif ukoll spjegazzjoni tal-kontribut ġenerali ta’ dawk il-miżuri u miżuri komplementari jew ta’ akkumpanjament oħra ffinanzjati fuq livell nazzjonali u ffinanzjati mill-Unjoni għal dawk l-objettivi.
5.  
L-istima tal-kostijiet tar-riformi u l-investimenti fil-kapitolu REPowerEU ma għandhomx jitqiesu għall-kalkolu tal-allokazzjoni totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont l-Artikolu 18(4), il-punt (f), u l-Artikolu 19(3), il-punt (f).
6.  

B’deroga mill-Artikolu 5(2), l-Artikolu, 17(4), l-Artikolu 18(4), il-punt (d), u l-Artikolu 19(3), il-punt (d), il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” ma għandux japplika għar-riformi u l-investimenti, skont il-paragrafu 3, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu, soġġett għal valutazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni li r-rekwiżiti li ġejjin huma ssodisfati:

(a) 

il-miżura tkun meħtieġa u proporzjonata biex tissodisfa l-ħtiġijiet immedjati tas-sigurtà tal-provvista f’konformità mal-paragrafu 3, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu filwaqt li jitqiesu alternattivi fattibbli aktar nodfa u r-riskju ta’ effetti ta’ intrappolament;

(b) 

l-Istat Membru kkonċernat ikun wettaq sforzi sodisfaċenti biex jillimita l-ħsara potenzjali għall-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, fejn fattibbli, u biex itaffi l-ħsara permezz ta’ miżuri oħra, inkluż miżuri fil-kapitolu REPowerEU;

(c) 

il-miżura ma tipperikolax il-kisba tal-miri klimatiċi tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-UE sal-2050, abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet kwalitattivi;

(d) 

il-miżura hija ppjanata li tkun fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2026.

7.  
Meta twettaq il-valutazzjoni msemmija fil- paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha taġixxi f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet jew tfittex informazzjoni addizzjonali. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali mitluba.
8.  
Id-dħul magħmul disponibbli f’konformità mal-Artikolu 21a ma għandux jikkontribwixxi għal riformi u investimenti skont il-paragrafu 3, il-punt (a) ta’ dan l-Artikolu.
9.  
Il-kostijiet totali stmati tal-miżuri soġġetti għal valutazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 6 ma għandhomx jaqbżu t-30 % tal-kostijiet totali stmati tal-miżuri inklużi fil-kapitolu REPowerEU.

Artikolu 21d

Prefinanzjament tar-REPowerEU

1.  
Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li fih kapitolu REPowerEU jista’ jkun akkumpanjat minn talba għal prefinanzjament. Soġġett għall-adozzjoni mill-Kunsill tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 21(2) sal-31 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tagħmel sa żewġ pagamenti ta’ prefinanzjament għal ammont totali ta’ sa 20 % tal-finanzjament addizzjonali mitlub mill-Istat Membru kkonċernat biex tiffinanzja l-kapitolu REPowerEU tagħha, skont l-Artikoli 7, 12, 14, 21a u 21b, filwaqt li tikkonforma mal-prinċipji ta’ trattament ugwali fost l-Istati Membri u l-proporzjonalità.
2.  
Fir-rigward tar-riżorsi trasferiti skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2021/1060, kull wieħed miż-żewġ settijiet ta’ pagamenti ta’ prefinanzjament ma għandux jaqbeż il-EUR 1 000 000 000 .
3.  

B’deroga mill-Artikolu 116(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagamenti ta’ prefinanzjament, sa fejn ikun possibbli u soġġett għar-riżorsi disponibbli, kif ġej:

(a) 

fir-rigward tal-ewwel pagament ta’ prefinanzjament, fi żmien xahrejn mill-konklużjoni, mill-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat, tal-ftehim li jikkostitwixxi impenn legali kifmsemmi fl-Artikolu 23;

(b) 

fir-rigward tat-tieni pagament ta’ prefinanzjament, fi żmien tnax-il xahar mid-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza inkluż kapitolu REPowerEU.

4.  
Il-pagament ta’ prefinanzjament fir-rigward tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu 2 għandu jsir wara li tasal informazzjoni mill-Istati Membri kollha dwar jekk għandhomx l-intenzjoni li jitolbu prefinanzjament ta’ tali riżorsi, u, fejn meħtieġ, fuq bażi prorata biex jiġi rrispettat il-limitu massimu totali ta’ EUR 1 000 000 000 .
5.  
F’każijiet ta’ prefinanzjament skont il-paragrafu 1, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 20(5), il-punt (a), u, fejn applikabbli, l-ammont tas-self li għandu jitħallas kif imsemmi fl-Artikolu 20(5)il-punt (h), għandhom jiġu aġġustati b’mod proporzjonat.

▼B

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 22

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.  
Fl-implimentazzjoni tal-Faċilità, l-Istati Membri, bħala benefiċjarji jew mutwatarji ta' fondi taħt il-Faċilità, għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u biex jiżguraw li l-użu ta' fondi fir-rigward ta' miżuri appoġġati mill-Faċilità jikkonforma mad-dritt applikabbli tal-Unjoni u dak nazzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u r-rettifika ta' frodi, korruzzjoni u konflitt ta' interess. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu sistema ta' kontroll intern effettiva u effiċjenti u l-irkupru ta' ammonti mħallsa bi żball jew użati ħażin. L-Istati Membri jistgħu jserrħu fuq is-sistemi ta' ġestjoni tal-baġit nazzjonali regolari tagħhom.
2.  

Il-ftehimiet imsemmija fl-Artikoli 15(2) u 23(1) għandhom jipprevedu l-obbligi tal-Istati Membri:

(a) 

li jikkontrollaw regolarment li l-finanzjament ipprovdut intuża kif suppost skont ir-regoli applikabbli kollha u li kwalunkwe miżura għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment taħt il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tkun ġiet implimentata kif xieraq f'konformità mar-regoli applikabbli kollha, b'mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u r-rettifika ta' frodi, korruzzjoni u konflitti ta' interessi;

(b) 

li jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu, jidentifikaw u jirrettifikaw frodi, korruzzjoni u konflitti ta' interessi kif iddefinit fl-Artikolu 61(2) u (3) tar-Regolament Finanzjarju li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li jieħdu azzjonijiet legali biex jirkupraw fondi li ġew miżapproprjati, inkluż b'rabta ma' kwalunkwe miżura għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

(c) 

li jakkumpanjaw talba għall-pagament:

(i) 

b'dikjarazzjoni ta' ġestjoni li l-fondi ntużaw għall-iskop maħsub tagħhom, li l-informazzjoni ppreżentata mat-talba għall-pagament hija kompluta, preċiża u affidabbli, u li s-sistemi ta' kontroll stabbiliti jagħtu l-assigurazzjonijiet meħtieġa li l-fondi ġew ġestiti f'konformità mar-regoli applikabbli kollha, b'mod partikolari r-regoli dwar l-evitar tal-konflitti ta' interessi, il-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u l-finanzjament doppju mill-Faċilità u programmi oħra tal-Unjoni f'konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba; u

(ii) 

b'sommarju tal-awditi mwettqa, inklużi d-dgħufijiet identifikati u kwalunkwe azzjoni rettifikattiva meħuda;

(d) 

li, għall-fini tal-awditjar u l-kontroll u biex jipprevedu informazzjoni komparabbli dwar l-użu tal-fondi fir-rigward ta' miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u ta' proġetti ta' investiment fl-ambitu tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, jiġbru u jiżguraw l-aċċess għall-kategoriji standardizzati ta' data li ġejja:

(i) 

l-isem tar-riċevitur finali tal-fondi;

(ii) 

l-isem tal-kuntrattur u tas-sottokuntrattur, meta r-riċevitur finali tal-fondi huwa awtorità kontraenti skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku;

(iii) 

l-isem/ismijiet, il-kunjom/kunjomijiet u d-data tat-twelid tas-sid(ien) benefiċjarju/benefiċjarji tar-riċevitur tal-fondi jew tal-kuntrattur, kif iddefinit fil-punt 6 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 );

(iv) 

lista ta' kwalunkwe miżura għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment taħt il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mal-ammont totali ta' finanzjament pubbliku ta' dawk il-miżuri u jiġi indikat l-ammont ta' fondi mħallsa taħt il-Faċilità u taħt fondi oħra tal-Unjoni;

(e) 

li jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fejn applikabbli, lill-UPPE, biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom kif previst fl-Artikolu 129(1) tar-Regolament Finanzjarju u biex jimponu obbligi fuq ir-riċevituri finali kollha ta' fondi mħallsa għall-miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, jew lill-persuni jew l-entitajiet l-oħra kollha involuti fl-implimentazzjoni tagħhom biex jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fejn applikabbli, lill-UPPE, biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom kif previst fl-Artikolu 129(1) tar-Regolament Finanzjarju u biex jimponu obbligi simili fuq ir-riċevituri finali kollha tal-fondi żborżati;

(f) 

li jżommu rekords f’konformità mal-Artikolu 132 tar-Regolament Finanzjarju.

3.  
Id-data personali kif imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi pproċessata biss mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni għall-fini, u d-durata korrispondenti, ta' proċedimenti ta' kwittanza, ta' awditjar u ta' kontroll relatati mal-użu tal-fondi relatati mal-implimentazzjoni tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikoli 15(2) u 23(1). Fil-qafas tal-proċedura ta' kwittanza lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE, il-Faċilità għandha tkun soġġetta għal rappurtar skont ir-rappurtar finanzjarju u ta' rendikont integrat imsemmi fl-Artikolu 247 tar-Regolament Finanzjarju, u, b'mod partikolari, separatament fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni.
4.  
Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-Istati Membri sistema integrata u interoperabbli ta' informazzjoni u monitoraġġ li tinkludi għodda unika għall-estrazzjoni tad-data u għall-valutazzjoni tar-riskju, bl-għan li taċċessa u tanalizza d-data rilevanti, bil-ħsieb ta' applikazzjoni ġeneralizzata mill-Istati Membri ta' dik is-sistema inkluż bl-appoġġ tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku.
5.  
Il-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 15(2) u 23(1) għandhom jipprevedu wkoll id-dritt tal-Kummissjoni li tnaqqas b'mod proporzjonat l-appoġġ fl-ambitu tal-Faċilità u li tirkupra kwalunkwe ammont dovut lill-baġit tal-Unjoni jew li titlob ripagament bikri tas-self, f'każijiet ta' frodi, korruzzjoni, u konflitti ta' interess li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li ma jkunux ġew irrettifikati mill-Istat Membru, jew ksur serju ta' obbligu li jirriżulta minn tali ftehimiet.

Meta tkun qed tiddeċiedi dwar l-ammont tal-irkupru u t-tnaqqis, jew dwar l-ammont li għandu jitħallas lura kmieni, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u għandha tqis is-serjetà tal-frodi, tal-korruzzjoni u l-konflitt ta' interessi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jew tal-ksur ta' obbligu. L-Istat Membru għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu qabel ma jsir it-tnaqqis jew qabel ma jintalab ir-ripagament bikri.

Artikolu 23

Impenn tal-kontribuzzjoni finanzjarja

▼M1

1.  
Ladarba l-Kunsill ikun adotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 20(1), il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim mal-Istat Membru kkonċernat li jikkostitwixxi impenn legali individwali fis-sens tar-Regolament Finanzjarju. Għal kull Stat Membru, l-impenn legali ma għandux jaqbeż it-total tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 11(1) għall-2021 u 2022, tal-kontribuzzjoni finanzjarja aġġornata msemmija fl-Artikolu 11(2) għall-2023 u tal-ammont ikkalkulat skont l-Artikolu 21a(2).

▼B

2.  
L-impenji baġitarji jistgħu jkunu bbażati fuq impenji globali u, fejn xieraq, jistgħu jkunu diżaggregati f'pagamenti annwali mifruxa fuq diversi snin.

Artikolu 24

Regoli dwar il-pagamenti, is-sospensjoni u t-terminazzjoni ta' ftehimiet dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji u self

1.  
Il-pagamenti tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji, u fejn ikun applikabbli, tas-self lill-Istat Membru kkonċernat skont dan l-Artikolu għandhom isiru sal-31 ta' Diċembru 2026 u skont l-approprjazzjonijiet baġitarji u soġġett għall-finanzjament disponibbli.
2.  
Ladarba jitwettqu l-istadji importanti u l-miri rilevanti indikati fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvat f'konformità mal-Artikolu 20, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba debitament iġġustifikata lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, jekk ikun rilevanti, tas-self. Dawn it-talbiet għall-pagament jistgħu jiġu ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni darbtejn fis-sena.
3.  
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta fuq bażi preliminari u mingħajr dewmien żejjed, u sa mhux aktar tard minn xahrejn mill-wasla tat-talba, jekk l-istadji importanti u l-miri rilevanti stabbiliti fid-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 20(1) ġewx imwettqa b'mod sodisfaċenti. It-twettiq sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri għandu jippresupponi li l-miżuri relatati ma' stadji importanti u miri milħuqa preċedentement b'mod sodisfaċenti ma jkunux treġġgħu lura mill-Istat Membru kkonċernat. Għall-fini tal-valutazzjoni, l-arranġamenti operazzjonali msemmi fl-Artikolu 20(6) għandu jiġi kkunsidrat ukoll. Il-Kummissjoni tista' tkun assistita minn esperti.
4.  
Fejn il-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni preliminari pożittiva tat-twettiq sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri rilevanti, hija għandha tipprovdi s-sejbiet tagħha lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u titlob l-opinjoni tiegħu dwar it-twettiq sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għall-valutazzjoni tagħha.
5.  
Fejn il-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni pożittiva, din għandha tadotta mingħajr dewmien żejjed deċiżjoni li tawtorizza l-iżborż tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, fejn applikabbli, tas- self skont ir-Regolament Finanzjarju. Tali deċiżjoni għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 35(2).
6.  
►C2  Jekk, b’riżultat tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tistabbilixxi li l-istadji importanti u l-miri stabbiliti fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 20(1) ma jkunux ġew imwettqa b’mod sodisfaċenti, ◄ il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja kollha jew ta' parti minnha u, fejn applikabbli, tas-self għandu jiġi sospiż. L-Istat Membru kkonċernat jista' jippreżenta l-kummenti tiegħu fi żmien xahar mill-komunikazzjoni tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

Is-sospensjoni għandha titneħħa biss jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun ħa l-miżuri meħtieġa biex jiżgura t-twettiq sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri stabbiliti fid-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill fl-Artikolu 20(1).

7.  
B'deroga mill-Artikolu 116(2) tar-Regolament Finanzjarju, l-iskadenza tal-pagament għandha tibda tiddekorri mid-data tal-komunikazzjoni tad-deċiżjoni li tawtorizza l-iżborż lill-Istat Membru kkonċernat skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, jew mid-data tal-komunikazzjoni tat-tneħħija ta' sospensjoni skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.
8.  
Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ħa l-miżuri meħtieġa fi żmien sitt xhur mis-sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tnaqqas l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, fejn applikabbli, tas-self b'mod proporzjonat wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tagħha.
9.  
Jekk, fi żmien 18-il xahar mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 20(1), ma jkun sar l-ebda progress tanġibbli fir-rigward ta' ebda wieħed mill-istadji importanti u l-miri rilevanti mill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tittermina l-ftehimiet imsemmija fl-Artikoli 15(2) u 23(1) u għandha tiddiżimpenja l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(3) tar-Regolament Finanzjarju. Kwalunkwe prefinanzjament f'konformità mal-Artikolu 13 għandu jiġi rkuprat kollu. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar it-terminazzjoni tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikoli 15(2) u 23(1) u, fejn applikabbli, tal-irkupru tal-prefinanzjament wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni tal-valutazzjoni tagħha dwar li ma kien sar l-ebda progress tanġibbli.
10.  
Jekk jinqalgħu ċirkostanzi eċċezzjonali, l-adozzjoni tad-deċiżjoni li tawtorizza l-iżborż tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, fejn applikabbli, tas-self skont il-paragrafu 5 tista' tiġi posposta b'mhux aktar minn tliet xhur.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI

Artikolu 25

Trasparenza

1.  
Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentati uffiċjalment mill-Istati Membri, u l-proposti għal deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 20(1), kif imqiegħda għad-dispożizzjoni pubblika mill-Kummissjoni, fl-istess ħin u b'termini ugwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien żejjed.
2.  
L-informazzjoni mibgħuta mill-Kummissjoni lill-Kunsill jew lil kwalunkwe wieħed mill-korpi preparatorji tiegħu fil-kuntest ta' dan ir-Regolament jew l-implimentazzjoni tiegħu għandha ssir disponibbli fl-istess ħin għall-Parlament Ewropew, soġġett għal arranġamenti ta' kunfidenzjalità jekk ikun meħtieġ. L-eżiti rilevanti tad-diskussjonijiet li jsiru fil-korpi preparatorji tal-Kunsill għandhom jiġu kondiviżi mal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew.
3.  
L-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni tħassar informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, li d-divulgazzjoni tagħha tista' tipperikola l-interessi pubbliċi tal-Istat Membru. F'każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tikkoopera mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill rigward kif l-informazzjoni editjata tista' titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom b'mod kunfidenzjali f'konformità mar-regoli applikabbli.
4.  
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew ħarsa ġenerali tas-sejbiet preliminari tagħha dwar it-twettiq sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri rilevanti inklużi fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri.
5.  
Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tal-valutazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza fil-kuntest tad-djalogu dwar l-irkupru u r-reżiljenza msemmi fl-Artikolu 26.

▼M1

Artikolu 25a

Trasparenza fir-rigward ir-riċevituri finali

1.  
Kull Stat Membru għandu joħloq portal li jkun faċli biex jintuża u pubbliku li jkun fih data dwar il-100 riċevitur finali li jirċievu l-ogħla ammont ta’ finanzjament għall-implimentazzjoni ta’ miżuri taħt il-Faċilità. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw dik id-data darbtejn fis-sena.
2.  

Għar-riċevituri finali msemmija fil-paragrafu 1, għandha tiġi ppubblikata l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

fil-każ ta’ persuna ġuridika, l-isem ġuridiku sħiħ tar-riċevitur u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa, meta disponibbli, jew identifikatur uniku ieħor stabbilit fil-livell nazzjonali,

(b) 

fil-każ ta’ persuna fiżika, l-isem u l-kunjom tar-riċevitur,

(c) 

l-ammont riċevuti minn kull riċevitur, kif ukoll il-miżuri assoċjati li għalihom Stat Membru kien irċieval-finanzjament taħt il-Faċilità.

3.  
L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 38(3) tar-Regolament Finanzjarju ma għandhiex tiġi ppubblikata.
4.  
Meta tiġi ppubblikata data personali, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha titneħħa mill-Istati Membri kkonċernat sentejn wara t-tmiem tas-sena finanzjarja li fiha l-finanzjament ikun ġie mħallas lir-riċevitur finali.
5.  
Il-Kummissjoni għandha tiċċentralizza l-portali pubbliċi tal-Istat Membru u tippubblika d-data msemmija fil-paragrafu 1 fit-tabella ta’ valutazzjoni għall-irkupru u r-reżiljenza msemmija fl-Artikolu 30.

▼B

Artikolu 26

Djalogu dwar l-irkupru u r-reżiljenza

1.  

Sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u sabiex jiġu żgurati trasparenza u obbligu ta' rendikont akbar, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni kull xahrejn biex jiddiskutu l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-istat tal-irkupru, ir-reżiljenza u l-kapaċità ta' aġġustament fl-Unjoni, kif ukoll il-miżuri adottati fl-ambitu ta' dan ir-Regolament;

(b) 

il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri;

(c) 

il-valutazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri;

(d) 

is-sejbiet ewlenin tar-rapport ta' rieżami msemmi fl-Artikolu 16(2);

(e) 

l-istatus tat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri;

(f) 

proċeduri ta' pagament, sospensjoni u terminazzjoni, inkluża kwalunkwe osservazzjoni ppreżentata u kwalunkwe miżura ta' rimedju meħuda mill-Istati Membri biex jiġi żgurat li l-istadji importanti u l-miri jitwettqu b'mod sodisfaċenti;

(g) 

kwalunkwe informazzjoni u dokumentazzjoni rilevanti oħra pprovduta mill-Kummissjoni lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Faċilità;

▼M1

(h) 

il-progress tal-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti fil-kapitolu REPowerEU.

▼B

2.  
Il-Parlament Ewropew jista' jesprimi l-fehmiet tiegħu f'riżoluzzjonijiet fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
3.  
Il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe element li jirriżulta mill-fehmiet espressi permezz tad-djalogu dwar l-irkupru u r-reżiljenza, inklużi r-riżoluzzjonijiet mill-Parlament Ewropew, jekk jiġu pprovduti.
4.  
It-tabella ta' valutazzjoni tal-irkupru u r-reżiljenza msemmija fl-Artikolu 30 għandha sservi bħala bażi għad-djalogu dwar l-irkupru u r-reżiljenza.

KAPITOLU V

RAPPURTAR

Artikolu 27

Rappurtar mill-Istat Membru fil-kuntest tas-Semestru Ewropew

L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta darbtejn fis-sena fil-kuntest tas-Semestru Ewropew dwar il-progress li jkun sar fit-twettiq tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tiegħu, inkluż l-arranġament operazzjonali msemmi fl-Artikolu 20(6) u dwar l-indikaturi komuni kif imsemmija fl-Artikolu 29(4). Għal dan il-għan, ir-rapporti tal-Istati Membri għandhom jiġu riflessi b'mod xieraq fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma, li għandhom jintużaw bħala għodda għar-rappurtar dwar il-progress lejn it-tlestija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza.

KAPITOLU VII

KOMPLEMENTARJETÀ, MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

Artikolu 28

Koordinazzjoni u komplementarjetà

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati għandhom, b’mod proporzjonat għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn il-Faċilità u programmi u strumenti oħra tal-Unjoni, inkluż l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku, u b'mod partikolari ma' miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni. Għal dan il-għan, huma għandhom:

(a) 

jiżguraw il-komplementarjetà, is-sinerġija, il-koerenza u l-konsistenza bejn strumenti differenti fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, jekk ikun xieraq, reġjonali, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni, kemm fil-fażi tal-ippjanar kif ukoll waqt l-implimentazzjoni;

(b) 

jottimizzaw il-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni biex jevitaw id-dupplikazzjoni tal-isforz; u

(c) 

jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni u l-kontroll fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, jekk ikun xieraq, reġjonali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Faċilità.

Artikolu 29

Monitoraġġ tal-implimentazzjoni

▼M1

1.  
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-Faċilità u tikkalkula l-ilħiq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4, inkluża l-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti fil-kapitoli REPowerEU u l-kontribut tagħhom għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 21c(3). Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni għandu jkun immirat u proporzjonat għall-attivitajiet imwettqin fl-ambitu tal-Faċilità.

▼B

2.  
Is-sistema tar-rappurtar tal-prestazzjoni li għandha l-Kummissjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet u r-riżultati jinġabru b'mod effiċjenti, effikaċi u fil-ħin. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonati fuq ir-riċevituri ta' finanzjament tal-Unjoni.
3.  
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta ex post dwar in-nefqa ffinanzjata mill-Faċilità taħt kull wieħed mill-pilastri msemmija fl-Artikolu 3. Dan ir-rappurtar se jkun ibbażat fuq it-tqassim tan-nefqa stmata prevista fil-pjanijiet approvati għall-irkupru u r-reżiljenza.
4.  

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, sal-aħħar ta' Diċembru 2021, atti delegati skont l-Artikolu 33 biex tissupplimenta dan ir-Regolament sabiex:

(a) 

tispjega l-indikaturi komuni li jridu jintużaw għar-rappurtar dwar il-progress u għall-fini tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Faċilità lejn l-ilħiq tal-objettivi ġenerali u speċifiċi; u

(b) 

tiddefinixxi metodoloġija għar-rappurtar tan-nefqa soċjali, inklużi t-tfal u ż-żgħażagħ, fl-ambitu tal-Faċilità.

5.  
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-indikaturi komuni.

▼M2

6.  

Qabel it-tnedija ta’ kwalunkwe sejħa għal proposti jew proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rabta mal-objettivi ta’ STEP, kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2024/795 l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni li ġejja dwar il-Portal tas-Sovranità msemmi fl-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament:

(a) 

żona ġeografika koperta mis-sejħa għal proposta;

(b) 

investiment ikkonċernat;

(c) 

tip ta’ applikanti eliġibbli;

(d) 

ammont totali ta’ appoġġ għas-sejħa;

(e) 

dati għal bidu u t-tmiem tas-sejħa;

(f) 

link għas-sit web fejn se tiġi ppubblikata s-sejħa.

▼B

Artikolu 30

Tabella ta' valutazzjoni tal-irkupru u r-reżiljenza

1.  
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi tabella ta' valutazzjoni tal-irkupru u r-reżiljenza (it-"Tabella ta' Valutazzjoni"), li għandha turi l-progress tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri f'kull wieħed mis-sitt pilastri msemmija fl-Artikolu 3. It-Tabella ta' Valutazzjoni għandha tikkostitwixxi s-sistema ta' rappurtar dwar il-prestazzjoni tal-Faċilità.
2.  
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 33 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi l-elementi dettaljati tat-Tabella ta' Valutazzjoni bil-ħsieb li turi l-progress fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif imsemmi fil-paragrafu 1.

▼M1

3.  
It-Tabella ta’ Valutazzjoni għandha turi wkoll il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza fir-rigward tal-indikaturi komuni msemmija fl-Artikolu 29(4). Hija għandha tinkludi wkoll il-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri fil-kapitoli REPowerEU u l-kontribut tagħhom għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 21c(3), u turi informazzjoni dwar tat-tnaqqis tal-importazzjonijiet tal-Unjoni ta’ fjuwils fossili u d-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-enerġija.

▼B

4.  
It-Tabella ta' Valutazzjoni għandha tkun operattiva sa Diċembru 2021 u għandha tiġi aġġornata mill-Kummissjoni darbtejn fis-sena. It-Tabella ta' Valutazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku fuq sit web, jew portal tal-internet.

Artikolu 31

Rapport annwali

1.  
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità.
2.  
Ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni dwar il-progress li sar bil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri kkonċernati taħt il-Faċilità, inkluża informazzjoni dwar l-istatus tal-implimentazzjoni tal-istadji importanti u l-miri, u l-istatus tal-pagamenti u s-sospensjonijiet tagħhom.

▼M1

3.  

Ir-rapport annwali għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni li ġejja:

▼B

(a) 

il-kontribut tal-Faċilità għall-miri klimatiċi u diġitali;

(b) 

il-prestazzjoni tal-Faċilità bbażata fuq l-indikaturi komuni msemmija fl-Artikolu 29(4);

(c) 

in-nefqa ffinanzjata mill-Faċilità fl-ambitu tas-sitt pilastri msemmija fl-Artikolu 3, li tinkorpora n-nefqa soċjali, inkluż fuq it-tfal u ż-żgħażagħ, kif imsemmi fl-Artikolu 29(4);

▼M1

(d) 

ħarsa ġenerali lejn il-miżuri li għandhom dimensjoni jew effett transfruntier jew li jinvolvu diversi pajjiżi inklużi fil-kapitoli REPowerEU kollha, il-kostijiet totali stmati tagħhom u indikazzjoni ta’ jekk il-kostijiet totali ta’ dawk il-miżuri jammontawx għal ammont li jirrappreżenta mill-inqas 30 % tal-kostijiet totali stmati tal-miżuri inklużi fil-kapitoli REPowerEU kollha;

(e) 

l-għadd ta’ miżuri li jaqgħu taħt l-Artikolu 21c(3), il-punt (a) inklużi fil-kapitoli REPowerEU kollha, u l-kostijiet totali stmati tagħhom;

(f) 

il-progress tal-’implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti fil-kapitoli REPowerEU, permezz ta’ taqsima ddedikata li tinkludi tagħlim meħud wara l-analiżi tad-data disponibbli dwar ir-riċevituri finali u eżempji tal-aħjar prattiki.

3a.  
L-informazzjoni msemmija fil-punti (d) u (e) tal-paragrafu 3 għandha tiġi inkluża biss fir-rapport annwali wara l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kollha li fihom kapitolu REPowerEU.

▼B

4.  
Għall-fini tar-rappurtar dwar l-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafi 2 u 3, il-Kummissjoni tista' tuża l-kontenut tad-dokumenti rilevanti adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew, ikun kif xieraq.

Artikolu 32

Evalwazzjoni u evalwazzjoni ex post tal-Faċilità

1.  
Sa tal-20 ta' Frar 2024, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, rapport ta' evalwazzjoni indipendenti dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità, u sal-31 ta’ Diċembru 2028, rapport ta' evalwazzjoni ex post indipendenti, u.

▼M1

2.  
Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu, b’mod partikolari, jivvaluta sa fejn intlaħqu l-objettivi, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew. Għandu jqis ukoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha kif ukoll jivvaluta l-implimentazzjoni tal-kapitoli REPowerEU u l-kontributi tagħhom għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 21c(3).

▼B

3.  
Jekk ikun xieraq, l-evalwazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn proposta għall-emendi ta' dan ir-Regolament.
4.  
Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex post għandu jikkonsisti minn valutazzjoni globali tal-Faċilità u għandu jinkludi informazzjoni dwar l-impatt tiegħu fuq terminu twil.

Artikolu 33

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 23a(2) u fl-Artikolu 23(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn tad-19 ta' Frar 2021.
3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 29(4) u 30(2) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.  
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  
Att delegat adottat skont l-Artikoli 29(4) u 30(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahar min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahar fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

KAPITOLU VIII

KOMUNIKAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 34

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.  
Il-Kummissjoni tista' tinvolvi ruħha f'attivitajiet ta' komunikazzjoni biex tiżgura l-viżibilità tal-finanzjament tal-Unjoni għall-appoġġ finanzjarju previst fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza rilevanti, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni konġunti mal-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati. Il-Kummissjoni tista', kif xieraq, tiżgura li l-appoġġ taħt il-Faċilità jiġi kkomunikat u rikonoxxut permezz ta' dikjarazzjoni ta' finanzjament.
2.  
Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibilità tal-finanzjament tal-Unjoni, inkluż, fejn applikabbli, billi jesponu l-emblema tal-Unjoni u dikjarazzjoni xierqa dwar il-finanzjament li tkun tgħid "iffinanzjat(a)(i) mill-Unjoni Ewropea – NextGenerationEU", b'mod partikolari meta jkunu qed jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku.
3.  
Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Faċilità, mal-azzjonijiet meħuda fl-ambitu tal-Faċilità u mar-riżultati miksuba. Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tinforma u tinvolvi l-uffiċċji ta' rappreżentanza tal-Parlament Ewropew dwar l-azzjonijiet tagħha u tinvolvihom f’dawk l-azzjonijiet. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Faċilità għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmijin fl-Artikolu 4.

Artikolu 35

Proċedura ta' Kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 36

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Metodoloġija għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima għal kull Stat Membru taħt il-Faċilità

Dan l-Anness jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima disponibbli għal kull Stat Membru skont l-Artikolu 11. Il-metodu jqis, fir-rigward ta' kull Stat Membru:

— 
il-popolazzjoni;
— 
l-invers tal-PDG per capita;
— 
ir-rata medja tal-qgħad matul dawn l-aħħar ħames snin imqabbla mal-medja tal-Unjoni (2015-2019);
— 
it-tnaqqis fil-PDG reali fl-2020 u t-tnaqqis fil-PDG reali fl-2020 u l-2021 flimkien.

Biex tiġi evitata konċentrazzjoni eċċessiva ta' riżorsi:

— 
il-PDG invers per capita huwa limitat għal massimu ta' 150 % tal-medja tal-Unjoni;
— 
id-devjazzjoni tar-rata tal-qgħad ta' Stat Membru individwali mill-medja tal-Unjoni hija limitata għal massimu ta' 150 % tal-medja tal-Unjoni.
— 
biex jitqiesu s-swieq tax-xogħol ġeneralment aktar stabbli ta' Stati Membri aktar sinjuri (b'ING per capita ogħla mill-medja tal-Unjoni), id-devjazzjoni tar-rata tal-qgħad tagħhom mill-medja tal-Unjoni hija limitata għal massimu ta' 75 %.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima ta' Stat Membru taħt il-Faċilità (MFCi) hija definita kif ġej:

MFCi = ν i × (FS)

fejn:

FS (Appoġġ Finanzjarju) huwa l-finanzjament disponibbli taħt il-Faċilità kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)(a); u

νi hija l-koeffiċjent tal-allokazzjoni tal-Istat Membru i, definit bħala:

νi = 0,7 κi + 0,3 αi

fejn

κi hija l-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikat għas-70% tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) u stabbilit fl-Anness II); u

αi hija l-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikat għat-30 fil-mija tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) u stabbilit fl-Anness III.




ANNESS II

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikat għas-70% tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1), κi , huwa definit kif ġej:

image,

fejnimageuimage,

biimage,

υi ≤ 0,75 għal Stati Membri biimageu

υi ≤ 1,5 għal Stati Membri biimage.

Definizzjonijiet ( 9 ):

— 
imagebħala l-PDG nominali per capita tal-2019 tal-Istat Membru i;
— 
imagebħala l-medja ponderata tal-PDG per capita tal-2019 tal-Istati Membri tal-UE-27;
— 
popi,2019 bħala l-popolazzjoni totali tal-2019 fl-Istat Membru i;
— 
popEU,2019 bħala l-popolazzjoni totali tal-2019 fl-Istati Membri tal-UE-27;
— 
Ui,2015-2019 bħala r-rata medja tal-qgħad matul il-perjodu 2015-2019 tal-Istat Membru i;
— 
UEU,2015-2019 bħala r-rata medja tal-qgħad matul il-perjodu 2015-2019 fl-UE-27 (f'kull sena l-medja ponderata tal-Istati Membri tal-UE-27);
— 
imagebħala l-ING per capita tal-2019 tal-Istat Membru i;
— 
imagebħala l-IN G medju ponderat per capita tal-2019 tal-Istati Membri tal-UE-27.




ANNESS III

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikat għat-30% tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 6(1)(a), αi, huwa definit kif ġej:

image

fejn

imageuimage

fejn

image,imageuimage

biimage

Definizzjonijiet:

— 
PDGi,t bħala l-PDG reali tal-Istat Membru i fil-mument t = 2019, 2020, 2021;
— 
imagebħala l-PDG per capita tal-2019 tal-Istat Membru i;
— 
imagebħala l-medja ponderata tal-PDG per capita tal-2019 tal-Istati Membri tal-UE-27;
— 
popi,2019 bħala l-popolazzjoni totali tal-2019 fl-Istat Membru i;
— 
popEU,2019 bħala l-popolazzjoni totali tal-2019 fl-Istati Membri tal-UE-27.

It-tnaqqis fil-PDG reali għall-2020 (δGDPi,2020–2019) u t-tnaqqis kumulattiv fil-PDG reali għall-perjodu 2020-2021 (δGDPi,2020–2019) għandhom ikunu bbażati fuq il-previżjonijiet tal-ħarifa 2020 tal-Kummissjoni u aġġornati sat-30 ta' Ġunju 2022 għal kull Stat Membru u jissostitwixxu d-data mill-previżjonijiet tal-ħarifa 2020 tal-Kummissjoni bir-riżultati attwali kif rappurtati fl-aħħar aġġornament disponibbli tas-serje ta' kodiċi tal-Eurostat "tec00115 (Rata tat-tkabbir tal-PDG reali - volum)".




ANNESS IV

L-applikazzjoni tal-metodoloġiji fl-Annessi II u III għall-ammont imsemmi fl-Artikolu 6(1)(a), ikkonvertit fi prezzijiet attwali, ser tirriżulta fis-sehem u l-ammont li ġejjin tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima għal kull Stat Membru, mingħajr preġudizzju għall-kalkolu aġġornat sat-30 ta' Ġunju 2022:



Kontribuzzjoni finanzjarja massima għal kull Stat Membru tal-UE

 

għal 70% tal-ammont disponibbli

għal 30% tal-ammont disponibbli (Ammont indikattiv abbażi tal-previżjonijiet tal-ħarifa 2020 tal-Kummissjoni)

 

 

Sehem bħala % tat-total

Ammont (f’EUR 1 000 , prezzijiet attwali)

Sehem bħala % tat-total

Ammont (f’EUR 1 000 , prezzijiet attwali)

Total

BE

1,56%

3.646.437

2,20%

2.278.834

5.925.271

BG

1,98%

4.637.074

1,58%

1.631.632

6.268.706

CZ

1,51%

3.538.166

3,41%

3.533.509

7.071.676

DK

0,56%

1.303.142

0,24%

248.604

1.551.746

DE

6,95%

16.294.947

9,01%

9.324.228

25.619.175

EE

0,32%

759.715

0,20%

209.800

969.515

IE

0,39%

914.572

0,07%

74.615

989.186

EL

5,77%

13.518.285

4,11%

4.255.610

17.773.895

ES

19,88%

46.603.232

22,15%

22.924.818

69.528.050

FR

10,38%

24.328.797

14,54%

15.048.278

39.377.074

HR

1,98%

4.632.793

1,61%

1.664.039

6.296.831

IT

20,45%

47.935.755

20,25%

20.960.078

68.895.833

CY

0,35%

818.396

0,18%

187.774

1.006.170

LV

0,70%

1.641.145

0,31%

321.944

1.963.088

LT

0,89%

2.092.239

0,13%

132.450

2.224.690

LU

0,03%

76.643

0,02%

16.883

93.526

HU

1,98%

4.640.462

2,45%

2.535.376

7.175.838

MT

0,07%

171.103

0,14%

145.371

316.474

NL

1,68%

3.930.283

1,96%

2.032.041

5.962.324

AT

0,95%

2.231.230

1,19%

1.230.938

3.462.169

PL

8,65%

20.275.293

3,46%

3.581.694

23.856.987

PT

4,16%

9.760.675

4,01%

4.149.713

13.910.387

RO

4,36%

10.213.809

3,90%

4.034.211

14.248.020

SI

0,55%

1.280.399

0,48%

496.924

1.777.322

SK

1,98%

4.643.840

1,63%

1.686.154

6.329.994

FI

0,71%

1.661.113

0,41%

424.692

2.085.805

SE

1,24%

2.911.455

0,36%

377.792

3.289.248

UE27

100,00%

234.461.000

100,00%

103.508.000

337.969.000

▼M1




ANNESS IVa

Dan l-Anness jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tas-sehem tal-allokazzjoni tar-riżorsi fil-forma ta’ appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli addizzjonali skont il-Faċilità msemmija fl-Artikolu 21a(1) disponibbli għal kull Stat Membru. Il-metodu jqis, fir-rigward ta’ kull Stat Membru:

— 
il-popolazzjoni;
— 
l-invers tal-PDG per capita;
— 
id-deflatur tal-prezzijiet tal-formazzjoni grossa tal-kapital fiss;
— 
is-sehem tal-fjuwils fossili fil-konsum gross domestiku tal-enerġija.

Biex tiġi evitata konċentrazzjoni eċċessiva ta’ riżorsi:

— 
l-invers tal-PDG per capita huwa limitat għal massimu ta’ 160 % tal-medja ponderata tal-Unjoni;
— 
l-invers tal-PDG per capita huwa limitat għal massimu ta’ 55 % tal-medja ponderata tal-Unjoni jekk il-PDG per capita tal-Istat Membru kkonċernat ikun ogħla minn 130 % tal-medja tal-UE-27;
— 
sehem minimu tal-allokazzjoni huwa stabbilit għal 0,15 %;
— 
sehem massimu tal-allokazzjoni huwa stabbilit għal 13,80 %.

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikat għall-ammont imsemmi fl-Artikolu 21a(1), ρi huwa definit kif ġej:

image

fejn l-Istati Membri i sa z huma l-Istati Membri li jibbenefikaw minn sehem minimu tal-allokazzjoni u l-Istati Membri i sa q huma l-Istati Membri li jibbenefikaw minn sehem massimu tal-allokazzjoni.

fejn

image

meta

image

u

image

u

image

,fejn

image

għall-Istati Membri i bi

image

u

image

għall-Istati Membri i bi

image

Definizzjonijiet ( 10 ) :

— 
popi,2021 bħala l-popolazzjoni totali tal-2021 fl-Istat Membru i;
— 
popEU,2021 bħala l-popolazzjoni totali tal-2021 fl-Istati Membri tal-UE-27;
— 

image

bħala l-medja ponderata tal-PDG nominali per capita tal-2021 tal-Istati Membri tal-UE-27;
— 

image

il-PDG nominali per capita tal-2021 tal-Istat Membru i;
— 
FFGICi,2020bħala s-sehem tal-fjuwils fossili tal-2020 fil-konsum gross domestiku tal-enerġija tal-Istat Membru i;
— 
FFGICEU,2020bħala s-sehem medju ponderat tal-2020 tal-fjuwils fossili fil-konsum gross domestiku tal-enerġija tal-Istati Membri tal-EU-27;
— 

image

bħala l-proporzjon bejn l-indiċi tal-prezzijiet tal-formazzjoni grossa tal-kapital fiss tal-2022 Q2 (deflatur impliċitu, 2015=100, munita nazzjonali, data aġġustata skont l-istaġun u skont il-kalendarju) tal-Istat Membru i u l-Indiċi tal-prezzijiet tal-formazzjoni grossa tal-kapital fiss tal-2021 Q2 (deflatur impliċitu, 2015=100, munita nazzjonali, data aġġustata skont l-istaġun u skont il-kalendarju) tal-Istat Membru i;
— 

image

bħala l-proporzjon tal-indiċi tal-prezzijiet grossi tal-formazzjoni tal-kapital fiss tal-2022 Q2 (deflatur impliċitu, 2015=100, munita nazzjonali, data aġġustata skont l-istaġun u skont il-kalendarju) tal-aggregat tal-EU-27 u l-indiċi tal-prezzijiet tal-formazzjoni grossa tal-kapital fiss tal-2021 Q2 (deflatur impliċitu, 2015=100, munita nazzjonali, data aġġustata skont l-istaġun u skont il-kalendarju) tal-aggregat tal-EU-27.

L-applikazzjoni tal-metodoloġija għall-ammont imsemmi fl-Artikolu 21a(1) ser tirriżulta fis-sehem u l-ammont li ġejjin għal kull Stat Membru:



Stat Membru

Sehem bħala % tat-total

Ammont (f’EUR 1 000 , prezzijiet attwali)

Il-Belġju

1,41  %

282 139

Il-Bulgarija

2,40  %

480 047

Iċ-Ċekja

3,41  %

681 565

Id-Danimarka

0,65  %

130 911

Il-Ġermanja

10,45  %

2 089 555

L-Estonja

0,42  %

83 423

L-Irlanda

0,45  %

89 598

Il-Greċja

3,85  %

769 222

Spanja

12,93  %

2 586 147

Franza

11,60  %

2 320 955

Il-Kroazja

1,35  %

269 441

L-Italja

13,80  %

2 760 000

Ċipru

0,26  %

52 487

Il-Latvja

0,62  %

123 983

Il-Litwanja

0,97  %

194 020

Il-Lussemburgu

0,15  %

30 000

L-Ungerija

3,51  %

701 565

Malta

0,15  %

30 000

In-Netherlands

2,28  %

455 042

L-Awstrija

1,05  %

210 620

Il-Polonja

13,80  %

2 760 000

Il-Portugall

3,52  %

704 420

Ir-Rumanija

7,00  %

1 399 326

Is-Slovenja

0,58  %

116 910

Is-Slovakkja

1,83  %

366 959

Il-Finlandja

0,56  %

112 936

L-Iżvezja

0,99  %

198 727

UE27

100,00  %

20 000 000




▼C1

ANNESS V

Linji gwida tal-valutazzjoni għall-Faċilità

▼B

1.   Kamp ta' applikazzjoni

L-għan ta' dawn il-linji gwida huwa li jservu flimkien ma' dan ir-Regolament bħala bażi biex il-Kummissjoni tivvaluta - b'mod trasparenti u ekwu - il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza proposti mill-Istati Membri u biex tiġi ddeterminata l-kontribuzzjoni finanzjarja f'konformità mal-għanijiet u ma' kwalunkwe rekwiżit ieħor rilevanti stabbilit f'dan ir-Regolament. Dawn il-linji gwida jirrappreżentaw il-bażi għall-applikazzjoni tal-kriterji tal-valutazzjoni u għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija, rispettivament, fl-Artikoli 19(3) u 20(4).

Il-linji gwida tal-valutazzjoni huma mfassla biex:

(a) 

jagħtu gwida ulterjuri dwar il-proċess tal-valutazzjoni tal-proposti għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentati mill-Istati Membri;

(b) 

jipprovdu aktar dettalji dwar il-kriterji tal-valutazzjoni u jistipulaw sistema ta' klassifikazzjoni, li trid tiġi stabbilita bil-ħsieb li tiżgura proċess ekwu u trasparenti; u

(c) 

jiddefinixxu r-rabta bejn il-valutazzjoni li trid issir mill-Kummissjoni skont il-kriterji tal-valutazzjoni u d-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja li trid tiġi stabbilita fil-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza.

Il-linji gwida huma għodda biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposti għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif ippreżentati mill-Istati Membri, u biex jiġi żgurat li l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jappoġġjaw riformi u investiment pubbliku li huma rilevanti u juru valur miżjud għoli fir-rigward tal-objettivi tal-Faċilità, filwaqt li jiżguraw trattament ugwali fost l-Istati Membri.

2.   Kriterji tal-valutazzjoni

F'konformità mal-Artikolu 19(3), il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza skont il-kriterji tar-rilevanza, l-effikaċja, l-effiċjenza u l-koerenza. B'riżultat tal-proċess ta' valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħti klassifikazzjonijiet għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentati mill-Istati Membri skont kull wieħed mill-kriterji tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(3), bil-għan li tistabbilixxi l-allokazzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 20(3).

Għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni u effiċjenza, is-sistema ta' klassifikazzjoni għandha tvarja minn A sa C, kif stabbilit f'dan li ġej:

Rilevanza:

2.1.

Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jirrappreżenta rispons komprensiv u bbilanċjat b'mod adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali, u b'hekk jikkontribwixxi b'mod xieraq għas-sitt pilastri kollha kemm huma msemmija fl-Artikolu 3, filwaqt li jitqiesu l-isfidi speċifiċi u l-allokazzjoni finanzjarja tal-Istat Membru kkonċernat.

Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:

Kamp ta' applikazzjoni

— 
il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwixxi b'mod komprensiv u bbilanċjat b'mod adegwat għas-sitt pilastri kollha kemm huma msemmija fl-Artikolu 3, filwaqt li jikkunsidra l-isfidi speċifiċi tal-Istat Membru kkonċernat u filwaqt li jqis il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Istat Membru kkonċernat u l-appoġġ fil-forma ta’ self mitlub.

Klassifikazzjoni

A – 

sa punt għoli

B – 

sa punt moderat

C – 

sa punt baxx

2.2.

Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa mistenni li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi kollha jew subsett sinifikanti minnhom identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż inklużi l-aspetti fiskali tagħhom u rakkomandazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 fejn xieraq, indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat jew l-isfidi identifikati f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:

Kamp ta' applikazzjoni

— 
il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa mistenni li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi kollha jew subsett sinifikanti minnhom identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, inklużi l-aspetti fiskali tagħhom u r-rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 fejn xieraq, indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat jew l-isfidi identifikati f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, filwaqt li titqies il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Istat Membru kkonċernat u l-appoġġ fil-forma ta' self mitlub kif ukoll il-kamp ta’ applikazzjoni u l-iskala tal-isfidi speċifiċi għall-pajjiż u l-informazzjoni inkluża fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma;

u

— 
il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jirrappreżenta rispons komprensiv u adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat;

u,

— 
l-isfidi indirizzati mill-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huma meqjusa bħala sinifikanti biex tingħata spinta lill-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat b'mod sostenibbli;

u

— 
wara t-tlestija tar-riformi u l-investimenti proposti, l-isfidi relatati jkunu mistennija li jkunu ġew riżolti jew indirizzati b'mod li jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għar-riżoluzzjoni tagħhom.

Klassifikazzjoni

A – 

il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi kollha identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, jew subsett sinifikanti minnhom, jew l-isfidi f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni taħt is-Semestru Ewropew, u l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jirrappreżenta rispons adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat

B – 

il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati parzjalment l-isfidi kollha identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, jew subsett sinifikanti minnhom, jew l-isfidi f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni taħt is-Semestru Ewropew u l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jirrappreżenta rispons adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat

C – 

il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jikkontribwixxi biex tiġi indirizzata l-ebda sfida identifikata fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni taħt is-Semestru Ewropew u l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jirrappreżentax rispons adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat

2.3.

Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa mistenni li jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi, u r-reżiljenza ekonomika, istituzzjonali u soċjali tal-Istat Membru, filwaqt li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, inkluż permezz tal-promozzjoni ta' politiki għat-tfal u ż-żgħażagħ, u li jtaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi tal-Covid-19, u b'hekk isaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-konverġenza fi ħdan l-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:

Kamp ta' applikazzjoni

— 
il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fih miżuri li għandhom l-għan li jrawmu t-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni ekonomika b'mod inklużiv, b'mod partikolari li jindirizzaw id-dgħufijiet tal-ekonomija tal-Istati Membri, jagħtu spinta lill-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat, li jistimulaw il-ħolqien tal-impjiegi u jtaffu l-effetti negattivi tal-kriżi;

u

— 
il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fih miżuri li għandhom l-għan li jsaħħu l-koeżjoni soċjali u s-sistemi ta' protezzjoni soċjali, inklużi politiki għat-tfal u ż-żgħażagħ, inaqqsu l-vulnerabbiltajiet soċjali, jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u jikkontribwixxu għat-titjib tal-livelli tal-indikaturi tat-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali tiegħu;

u

— 
il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu l-għan li jnaqqas il-vulnerabbiltajiet ekonomiċi tal-Istat Membru għax-xokkijiet;

u

— 
il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu l-għan li jżid il-kapaċità tal-istrutturi ekonomiċi u/jew soċjali tal-Istat Membru sabiex jaġġustaw għax-xokkijiet u jirreżistuhom.

u

— 
il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa mistenni jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-koeżjoni u l-konverġenza ekonomiċi, soċjali u territorjali.

Klassifikazzjoni

A – 

impatt għoli mistenni

B – 

impatt medju mistenni

C – 

impatt baxx mistenni

2.4.

Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa mistenni jiżgura li l-ebda miżura għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment inkluża fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 (il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti").

Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:

Kamp ta' applikazzjoni

— 
l-ebda miżura għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 (il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti").

Klassifikazzjoni

A – 

l-ebda miżura ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali (il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti")

C – 

miżura waħda jew aktar jagħmlu ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali (il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti")

2.5.

▼M1

Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fih miżuri li jikkontribwixxu b’mod effettiv għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluż il-bijodiversità, jew biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw minnha, li jammontaw għal ammont li jirrappreżenta mill-inqas 37 % tal-allokazzjoni totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u tali miżuri fil-kapitolu REPowerEU jammontaw għal ammont li jirrappreżenta mill-inqas 37 % tal-kostijiet totali stmati tal-miżuri fil-kapitolu REPowerEU, abbażi tal-metodoloġija għat-trekkjar klimatiku stipulata fl-Anness VI; dik il-metodoloġija għandha tintuża kif xieraq għal miżuri li ma jistgħux jiġu assenjati direttament għal qasam ta’ intervent elenkat fl-Anness VI; il-koeffiċjenti għall-appoġġ għall-objettivi klimatiċi jistgħu jiżdiedu sa ammont totali ta’ 3 % tal-allokazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza biex investimenti individwali jqisu l-miżuri ta’ riforma akkumpanjanti li jżidu b’mod kredibbli l-impatt tagħhom fuq l-objettivi klimatiċi, soġġett għall-qbil tal-Kummissjoni.

▼B

Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:

Kamp ta' applikazzjoni

— 
l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluża l-bijodiversità, u, fejn applikabbli, tindirizza l-isfidi li jirriżultaw minnha, u b'hekk tikkontribwixxi għall-kisba tal-miri klimatiċi tal-Unjoni għall-2030 filwaqt li tikkonforma mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-UE sal-2050;

u

— 
l-Istati Membri japplikaw metodoloġija li tikkonsisti fl-assenjar ta' ponderazzjoni speċifika għall-appoġġ ipprovdut, li tirrifletti sa liema punt tali appoġġ jikkontribwixxi għall-objettivi klimatiċi. Il-ponderazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq id-dimensjonijiet u l-kodiċijiet għat-tipi ta' intervent stabbiliti fl-Anness VI u jistgħu jiżdiedu għal investimenti individwali biex jitqiesu l-miżuri ta' riforma ta' akkumpanjament li jżidu b'mod kredibbli l-impatt tagħhom fuq l-objettivi klimatiċi. L-istess sistema ta' ponderazzjoni għandha tapplika għal miżuri li ma jistgħux jiġu assenjati direttament għal qasam ta' intervent elenkat fl-Anness VI.

u

— 
- l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li jkollha impatt fit-tul.

Klassifikazzjoni

A – 

sa punt għoli.

B – 

sa punt moderat.

C – 

sa punt baxx.

2.6.

Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jinkludi miżuri li jikkontribwixxu b'mod effettiv għat-tranżizzjoni diġitali jew biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw minnha, u li jikkostitwixxu ammont li jirrappreżenta mill-inqas 20 % tal-allokazzjoni totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, abbażi tal-metodoloġija għal-ittaggjar diġitali stabbilita fl-Anness VII; il-metodoloġija għandha tintuża kif xieraq għal miżuri li ma jistgħux jiġu assenjati direttament għal qasam ta' intervent elenkat fl-Anness VII; il-koeffiċjenti għal appoġġ għall-objettivi diġitali jistgħu jiżdiedu biex investimenti individwali jqisu l-miżuri ta' riforma ta' akkumpanjament li jżidu l-impatt tagħhom fuq l-objettivi diġitali.

Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:

Kamp ta' applikazzjoni

— 
l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-trasformazzjoni diġitali tas-setturi ekonomiċi jew soċjali;

jew

— 
l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw mit-tranżizzjoni diġitali;

u

— 
l-Istati Membri japplikaw metodoloġija li tikkonsisti fl-assenjar ta' ponderazzjoni speċifika għall-appoġġ ipprovdut, li jirrifletti sa liema punt tali appoġġ jikkontribwixxi għall-objettivi diġitali. Il-ponderazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq id-dimensjonijiet u l-kodiċijiet għat-tipi ta' intervent stabbiliti fl-Anness VII u jistgħu jiżdiedu għal investimenti individwali biex jitqiesu l-miżuri ta' riforma ta' akkumpanjament li jżidu l-impatt tagħhom fuq l-objettivi diġitali. L-istess sistema ta' ponderazzjoni għandha tapplika għal miżuri li ma jistgħux jiġu assenjati direttament għal qasam ta' intervent elenkat fl-Anness VII;

u

— 
l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li jkollha impatt fit-tul.

Klassifikazzjoni

A – 

sa punt għoli.

B – 

sa punt moderat.

C – 

sa punt baxx.

Effikaċja:

2.7.

Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa mistenni li jkollu impatt fit-tul fuq l-Istat Membru kkonċernat.

Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:

Kamp ta' applikazzjoni

— 
l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija twassal għal bidla strutturali fl-amministrazzjoni jew fl-istituzzjonijiet rilevanti;

jew

— 
l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija twassal għal bidla strutturali fil-politiki rilevanti;

u

— 
l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li jkollha impatt fit-tul.

Klassifikazzjoni

A – 

sa punt għoli

B – 

sa punt moderat

C – 

sa punt baxx

2.8.

L-arranġamenti proposti mill-Istati Membri kkonċernati huma mistennija jiżguraw monitoraġġ u implimentazzjoni effettivi tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-iskeda ta' żmien proposta, l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati.

Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:

Kamp ta' applikazzjoni

— 
struttura fl-Istat Membru tingħata r-responsabbiltà għal: (i) l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza; (ii) il-monitoraġġ tal-progress lejn l-istadji importanti u l-miri; u (iii) ir-rappurtar;

u

— 
l-istadji importanti u l-miri proposti huma ċari u realistiċi; u l-indikaturi proposti għal dawk l-istadji importanti u l-miri huma rilevanti, aċċettabbli u robusti;

u

— 
l-arranġamenti kumplessivi, proposti mill-Istat Membru f'termini tal-organizzazzjoni (inkluża dispożizzjoni biex tkun żgurata allokazzjoni suffiċjenti tal-persunal) tal-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti, huma kredibbli.

Klassifikazzjoni

A – 

arranġamenti adegwati għall-implimentazzjoni effettiva

B – 

arranġamenti minimi għall-implimentazzjoni effettiva

C – 

arranġamenti mhux suffiċjenti għall-implimentazzjoni effettiva

Effiċjenza:

2.9.

Il-ġustifikazzjoni mogħtija mill-Istat Membru dwar l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hija raġonevoli u plawżibbli u hija konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u hija proporzjonata għall-impatt ekonomiku u soċjali nazzjonali mistenni.

Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:

Kamp ta' applikazzjoni

— 
l-Istat Membru pprovda biżżejjed informazzjoni u evidenza li l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa xieraq ("raġonevoli");

u

— 
l-Istat Membru pprovda biżżejjed informazzjoni u evidenza li l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa konformi man-natura u mat-tip tar-riformi u l-investimenti previsti ("plawżibbli");

u

— 
l-Istat Membru pprovda biżżejjed informazzjoni u evidenza li l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li għandu jiġi ffinanzjat skont il-Faċilità mhuwiex kopert minn finanzjament eżistenti jew ippjanat tal-Unjoni;

u

— 
l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa proporzjonat għall-impatt soċjali u ekonomiku mistenni tal-miżuri previsti inklużi fuq l-Istat Membru kkonċernat.

Klassifikazzjoni

A – 

sa punt għoli

B – 

sa punt medju

C – 

sa punt baxx

2.10

L-arranġamenti proposti mill-Istat Membru kkonċernat huma mistennija li jipprevjenu, jidentifikaw u jirrettifikaw korruzzjoni, frodi u konflitti ta' interess meta jintużaw il-fondi pprovduti taħt il-Faċilità, inkluż l-arranġamenti li għandhom il-mira li jevitaw il-finanzjament doppju mill-Faċilità u minn programmi oħra tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:

Kamp ta' applikazzjoni

— 
is-sistema ta' kontroll intern deskritta fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hija bbażata fuq proċessi u strutturi robusti, u tidentifika atturi ċari (korpi/entitajiet) u r-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom għat-twettiq tal-kompiti ta' kontroll intern; b' mod partikolari tiżgura segregazzjoni xierqa tal-funzjonijiet rilevanti;

u

— 
is-sistema ta' kontrolli u arranġamenti rilevanti oħra, inkluż għall-ġbir u d-disponibbiltà ta' data dwar ir-riċevituri finali deskritti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, b'mod partikolari biex jipprevjenu, jidentifikaw u jirrettifikaw il-korruzzjoni, il-frodi u l-konflitti ta' interessi meta jintużaw il-fondi pprovduti taħt il-Faċilità huma adegwati;

u

— 
l-arranġamenti deskritti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza biex jiġi evitat finanzjament doppju mill-Faċilità u minn programmi oħra tal-Unjoni huma adegwati;

u

— 
l-atturi (korpi/entitajiet) responsabbli għall-kontrolli għandhom is-setgħa legali u l-kapaċità amministrattiva biex jeżerċitaw ir-rwoli u l-kompiti previsti tagħhom.

Klassifikazzjoni

A – 

arranġamenti adegwati

C – 

arranġamenti insuffiċjenti

Koerenza:

2.11.

Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jinkludi miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti.

Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:

Kamp ta' applikazzjoni

— 
il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jinkludi miżuri li jikkontribwixxu biex isaħħu l-effetti ta' xulxin;

jew

— 
il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jinkludi miżuri li huma komplementari għal xulxin.

Klassifikazzjoni

A – 

sa punt għoli

B – 

sa punt medju

C – 

sa punt baxx

▼M1

2.12.

Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 21c huma mistennija jikkontribwixxu b’mod effettiv lejn is-sigurtà tal-enerġija, id-diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni, żieda fl-użu tal-enerġija rinnovabbli u fl-effiċjenza enerġetika, żieda fil-kapaċitajiet tal-ħżin tal-enerġija jew it-tnaqqis meħtieġ tad-dipendenza mill-fjuwils fossili qabel l-2030.

Meta tkun qed tivvaluta l-miżuri msemmija fl-Artikolu 21c skont dan il-kriterju, il-Kummissjoni għandha tqis l-isfidi speċifiċi u l-finanzjament addizzjonali skont il-Faċilità disponibbli għall-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll l-elementi li ġejjin:

Kamp ta’ applikazzjoni

— 
l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti mistennija tikkontribwixxi b’mod effettiv għat-titjib tal-infrastruttura u l-faċilitajiet tal-enerġija biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet immedjati tas-sigurtà tal-provvista għall-gass, inkluż gass naturali likwifikat, jew iż-żejt fejn tapplika d-deroga skont l-Artikolu 21c(3), il-punt (a), b’mod partikolari biex tippermetti d-diversifikazzjoni tal-provvista fl-interess tal-Unjoni kollha kemm hi;
jew
— 
l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti mistennija tikkontribwixxi b’mod effettiv biex tingħata spinta lill-effiċjenza enerġetika fil-bini u fl-infrastruttura enerġetika kritika, tiġi dekarbonizzata l-industrija, jiżdiedu l-produzzjoni u l-użu ta’ bijometan sostenibbli u tal-idroġenu rinnovabbli jew mhux fossili, u jiżdied is-sehem u jiġi aċċellerat il-varar tal-enerġija rinnovabbli;
jew
— 
l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti mistennija tikkontribwixxi b’mod effettiv għall-indirizzar tal-faqar enerġetiku u, fejn rilevanti, tagħti prijorità adegwata lill-ħtiġijiet ta’ dawk affettwati mill-faqar enerġetiku kif ukoll lit-tnaqqis tal-vulnerabbiltajiet matul l-istaġuni tax-xitwa li ġejjin;
jew
— 
l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti mistennija tikkontribwixxi b’mod effettiv biex jiġi inċentivat it-tnaqqis fid-domanda għall-enerġija;
jew
— 
l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti mistennija tindirizza l-konġestjonijiet interni u transfruntiera tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija, l-appoġġ għall-ħżin tal-elettriku u l-aċċellerazzjoni tal-integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, u l-appoġġ għat-trasport b’emissjonijiet żero u l-infrastruttura tiegħu, inkluż il-ferroviji;
jew
— 
l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti mistennija tikkontribwixxi b’mod effettiv għall-appoġġ tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 21c(3), il-punti (a) sa (e), permezz ta’ rikwalifikazzjoni aċċellerata tal-forza tax-xogħol lejn ħiliet ekoloġiċi u diġitali relatati, kif ukoll appoġġ għall-ktajjen tal-valur f’materja prima u teknoloġiji ewlenin marbutin mat-tranżizzjoni ekoloġika;
u
— 
il-miżuri previsti huma koerenti mal-isforzi tal-Istat Membru kkonċernat biex jikseb l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 21c(3), filwaqt li jitqiesu l-miżuri inklużi fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill diġà adottata, kif ukoll miżuri komplementari jew ta’ akkumpanjament oħra ffinanzjati fuq livell nazzjonali u ffinanzjati mill-Unjoni għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 21c(3).

Klassifikazzjoni

A – sa punt għoli
B – sa punt moderat
C – sa punt baxx

2.13.

Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 21c mistennija jkollhom dimensjoni jew effett transfruntier jew li jinvolvi diversi pajjiżi.

Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:

Kamp ta’ applikazzjoni

— 
l-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi għall-iżgurar tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni kollha kemm hi, inkluż billi jiġu indirizzati l-isfidi identifikati fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet l-aktar reċenti tal-Kummissjoni, f’konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 21c(3), filwaqt li titqies il-kontribuzzjoni finanzjarja disponibbli għall-Istat Membru kkonċernat u l-pożizzjoni ġeografika tiegħu;
jew
— 
l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti mistennija tikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili u għat-tnaqqis tad-domanda għall-enerġija.

Klassifikazzjoni

A – sa punt għoli
B – sa punt moderat
C – sa punt baxx

▼B

3.

Determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja

F'konformità mal-Artikolu 20, il-proposta tal-Kummissjoni għandha tiddetermina l-kontribuzzjoni finanzjarja filwaqt li tqis l-importanza u l-koerenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru kkonċernat, kif ivvalutat skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(3). Għal dak il-għan, hija għandha tapplika l-kriterji li ġejjin:

(a) 

fejn il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkonforma b'mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(3), u l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun ugwali għal, jew ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima kkalkulata għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 11, il-kontribuzzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru kkonċernat għandha tkun ugwali għall-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima kkalkulata għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 11;

(b) 

fejn il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun konformi b'mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(3), u l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun inqas mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima kkalkulata għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 11, il-kontribuzzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru għandha tkun daqs l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

(c) 

fejn il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jikkonformax b'mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(3), l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja ma għandha tiġi allokata lill-Istat Membru kkonċernat.

▼C1

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu, għandhom japplikaw il-formoli li ġejjin:

— 
għal (a) hawn fuq: Jekk Ci ≥ MFCi l-Istat Membru i jirċievi MFCi
— 
għal (b) hawn fuq: Jekk Ci < MFCi l-Istat Membru i jirċievi Ci

fejn:

— 
i tirreferi għall-Istat Membru kkonċernat
— 
MFC hija l-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-Istat Membru kkonċernat
— 
C huwa l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.

▼B

B'riżultat tal-proċess ta' valutazzjoni, u filwaqt li jitqiesu l-klassifikazzjonijiet:

Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkonforma b'mod sodisfaċenti mal-kriterji tal-valutazzjoni:

Jekk il-klassifikazzjonijiet finali għall-kriterji taħt il-punt 2 jinkludu punteġġi b':

▼M1

— 
A għall-kriterji 2.2, 2.3, 2.5, 2.6 u 2.12

▼B

u għall-kriterji l-oħrajn:

— 
kollha A,

jew

— 
l-ebda maġġoranza ta' B fuq A u l-ebda C,

Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jikkonformax b'mod sodisfaċenti mal-kriterji tal-valutazzjoni:

Jekk il-klassifikazzjonijiet finali għall-kriterji taħt il-punt 2 jinkludu punteġġi b':

▼M1

— 
mhux A fil-kriterji 2.2, 2.3, 2.5, 2.6 u 2.12

▼B

u għall-kriterji l-oħrajn:

— 
maġġoranza ta' B fuq A

jew

— 
mill-inqas C waħda




ANNESS VI

Metodoloġija għat-trekkjar klimatiku

Dimensjonijiet u kodiċijiet għat-tipi ta' intervent għall-Faċilità



 

QASAM TA' INTERVENT

Koeffiċjent għall-kalkolu tal-appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil-klima

Koeffiċjent għall-kalkolu tal-appoġġ għall-objettivi ambjentali

001

Investiment f'assi fissi, inkluża infrastruttura tar-riċerka, f'mikrointrapriżi direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni

0%

0 %

002

Investiment f'assi fissi, inkluża infrastruttura tar-riċerka, f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (inklużi ċentri tar-riċerka privati) direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni

0%

0 %

002 a1

Investiment f'assi fissi, inkluża infrastruttura tar-riċerka, f'intrapriżi kbar (1) direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni

0%

0 %

003

Investiment f'assi fissi, inkluża infrastruttura tar-riċerka, f'ċentri ta' riċerka pubblika u edukazzjoni għolja direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni

0%

0 %

004

Investiment f'assi intanġibbli f'mikrointrapriżi direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni

0%

0 %

005

Investiment f'assi intanġibbli f'SMEs (inklużi ċentri tar-riċerka privati) direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni

0%

0 %

005a1

Investiment f'assi intanġibbli f'intrapriżi kbar direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni

0%

0 %

006

Investiment f'assi intanġibbli f'ċentri ta' riċerka pubbliċi u edukazzjoni għolja direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni

0%

0 %

007

Attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni f'intrapriżi mikro inkluż in-networking (riċerka industrijali, żvilupp sperimentali, studji dwar il-fattibbiltà)

0%

0 %

008

Attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni f'SMEs, inkluż in-networking

0%

0 %

008a1

Attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni f'intrapriżi kbar, inkluż in-networking

0%

0 %

009

Attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni f'ċentri ta' riċerka pubbliċi, edukazzjoni għolja u ċentri ta' kompetenza inkluż in-networking (riċerka industrijali, żvilupp sperimentali, studji dwar il-fattibbiltà)

0%

0 %

010

Diġitalizzazzjoni tal-SMEs (inkluż il-kummerċ elettroniku, in-negozju elettroniku u l-proċessi ta' negozji f'network, ċentri tal-innovazzjoni diġitali, laboratorji ħajjin, intraprendituri tal-web u start-ups tal-ICT, B2B)

0%

0 %

010a1

Diġitalizzazzjoni tal-intrapriżi l-kbar (inkluż il-kummerċ elettroniku, in-negozju elettroniku u l-proċessi ta' negozji f'network, ċentri tal-innovazzjoni diġitali, laboratorji ħajjin, intraprendituri tal-web u start-ups tal-ICT, B2B)

0%

0 %

010b

Diġitalizzazzjoni tal-intrapriżi l-kbar (inkluż il-kummerċ elettroniku, in-negozju elettroniku u l-proċessi ta' negozji f'network, ċentri tal-innovazzjoni diġitali, laboratorji ħajjin, intraprendituri tal-web u start-ups tal-ICT, B2B) li jkunu konformi mal-kriterji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG jew tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (2)

40%

0%

011

Soluzzjonijiet tal-ICT, servizzi elettroniċi u applikazzjonijiet tal-gvern

0%

0 %

011a

Soluzzjonijiet tal-ICT, servizzi elettroniċi u applikazzjonijiet tal-gvern li jkunu konformi mal-kriterji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG jew tal-effiċjenza enerġetika (2)

40%

0%

012

Servizzi u applikazzjonijiet tal-IT għall-ħiliet diġitali u l-inklużjoni diġitali

0%

0 %

013

Servizzi u applikazzjonijiet tas-saħħa elettronika (inkluż il-kura elettronika, l-Internet tal-Oġġetti għall-attività fiżika u l-għajxien megħjun kontestwalment)

0%

0 %

014

Infrastruttura tan-negozju għall-SMEs (inkluż parks u siti industrijali)

0%

0 %

015

Żvilupp tan-negozju u internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs, inklużi investimenti produttivi

0%

0 %

015a

Appoġġ għal intrapriżi kbar permezz ta' strumenti finanzjarji, inklużi investimenti produttivi

0%

0%

016

Żvilupp tal-ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, tranżizzjoni industrijali, intraprenditorija u adattabbiltà tal-intrapriżi għat-tibdil

0%

0 %

017

Servizzi ta' appoġġ avvanzat għall-SMEs u l-gruppi ta' SMEs (inkluż il-ġestjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u s-servizzi ta' disinn)

0%

0 %

018

Inkubazzjoni, appoġġ għall-ispin-offs u l-ispin-outs u l-istart-ups

0%

0 %

019

Appoġġ għall-clusters tal-innovazzjoni inkluż bejn in-negozji, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-awtoritajiet pubbliċi u n-networks tan-negozji li primarjament jibbenefikaw minnhom l-SMEs

0%

0 %

020

Proċessi ta' innovazzjoni fl-SMEs (innovazzjoni fil-proċessi, l-organizzazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, il-kokreazzjoni, u mmexxija mill-utenti u mid-domanda)

0%

0 %

021

Trasferiment tat-teknoloġija u kooperazzjoni bejn l-intrapriżi, iċ-ċentri ta' riċerka u s-settur tal-edukazzjoni għolja

0%

0 %

022

Proċessi ta' riċerka u innovazzjoni, trasferiment tat-teknoloġija u kooperazzjoni bejn l-intrapriżi li jiffukaw fuq l-ekonomija b'livelli baxxi ta' karbonju, ir-reżiljenza u l-adattament għat-tibdil fil-klima

100%

40 %

023

Proċessi ta' riċerka u innovazzjoni, trasferiment tat-teknoloġija u kooperazzjoni bejn l-intrapriżi li jiffukaw fuq l-ekonomija ċirkolari

40%

100 %

024

Proġetti ta' effiċjenza enerġetika u ta' dimostrazzjoni fl-SMEs u miżuri ta' appoġġ

40%

40 %

024a

Proġetti ta' effiċjenza enerġetika u ta' dimostrazzjoni fl-intrapriżi kbar u miżuri ta' appoġġ

40%

40 %

024b

Proġetti ta' effiċjenza enerġetika u ta' dimostrazzjoni fl-SMEs jew l-intrapriżi kbar u miżuri ta' appoġġ li jkunu konformi mal-kriterji tal-effiċjenza enerġetika (3)

100%

40%

025

Rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika tal-istokk immobiljari eżistenti, proġetti ta' dimostrazzjoni u miżuri ta' appoġġ

40%

40 %

025a

Rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika tal-istokk immobiljari eżistenti, proġetti ta' dimostrazzjoni u miżuri ta' appoġġ li jkunu konformi mal-kriterji tal-effiċjenza enerġetika (4)

100%

40%

025b

Kostruzzjoni ta' bini ġdid effiċjenti fl-użu tal-enerġija (5)

40%

40%

026

Rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika jew miżuri ta' effiċjenza enerġetika rigward l-infrastruttura pubblika, proġetti ta' dimostrazzjoni u miżuri ta' appoġġ

40%

40 %

026a

Rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika jew miżuri ta' effiċjenza enerġetika rigward l-infrastruttura pubblika, proġetti ta' dimostrazzjoni u miżuri ta' appoġġ li jkunu konformi mal-kriterji tal-effiċjenza enerġetika (6)

100%

40%

027

Appoġġ lill-intrapriżi li jipprovdu servizzi li jikkontribwixxu għall-ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u għar-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, inklużi miżuri ta' sensibilizzazzjoni

100%

40 %

028

Enerġija rinnovabbli: mir-riħ

100%

40 %

029

Enerġija rinnovabbli: mix-xemx

100%

40 %

030

Enerġija rinnovabbli: mill-bijomassa (7)

40%

40 %

030a

Enerġija rinnovabbli: mill-bijomassa b'iffrankar għoli ta' GHG (8)

100%

40%

031

Enerġija rinnovabbli: mill-baħar

100%

40 %

032

Enerġija rinnovabbli oħra (inkluża l-enerġija ġeotermali)

100%

40 %

033

Sistemi ta' Enerġija Intelliġenti (inkluż grilji intelliġenti u sistemi tal-ICT) u l-ħżin relatat

100%

40 %

034

Koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja, tisħin u tkessiħ distrettwali

40%

40 %

034a0

Koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja, tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti b'emissjonijiet baxxi tul iċ-ċiklu tal-ħajja (9)

100%

40%

034a1

Sostituzzjoni ta' sistemi ta' tisħin ibbażati fuq il-faħam b'sistemi ta' tisħin ibbażati fuq il-gass għal finijiet ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

0%

0 %

034a2

Distribuzzjoni u trasport tal-gass naturali li jissostitwixxi l-faħam

0%

0 %

035

Miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima u prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji relatati mal-klima: għargħar (inklużi sensibilizzazzjoni, protezzjoni ċivili u sistemi ta' ġestjoni tad-diżastri, infrastrutturi u approċċi bbażati fuq l-ekosistemi)

100%

100 %

036

Miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima u prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji relatati mal-klima: nirien (inklużi sensibilizzazzjoni, protezzjoni ċivili u sistemi ta' ġestjoni tad-diżastri, infrastrutturi u approċċi bbażati fuq l-ekosistemi)

100%

100 %

037

Miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima u prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji relatati mal-klima: oħrajn, eż. maltempati u nixfiet (inklużi sensibilizzazzjoni, protezzjoni ċivili u sistemi ta' ġestjoni tad-diżastri, infrastrutturi u approċċi bbażati fuq l-ekosistemi)

100%

100 %

038

Prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji naturali mhux relatati mal-klima (pereżempju terremoti) u riskji marbuta ma' attivitajiet tal-bniedem (per eżempju inċidenti teknoloġiċi), inklużi sensibilizzazzjoni, protezzjoni ċivili u sistemi ta' ġestjoni tad-diżastri, infrastrutturi u approċċi bbażati fuq l-ekosistemi

0%

100 %

039

Provvista ta' ilma għall-konsum mill-bniedem (infrastruttura ta' estrazzjoni, trattament, ħżin u distribuzzjoni, miżuri ta' effiċjenza, provvista ta' ilma tax-xorb)

0%

100 %

039a

Provvista ta' ilma għall-konsum mill-bniedem (infrastruttura ta' estrazzjoni, trattament, ħżin u distribuzzjoni, miżuri ta' effiċjenza, provvista ta' ilma tax-xorb) li tkun konformi mal-kriterji tal-effiċjenza (10)

40%

100 %

040

Ġestjoni tal-ilma u konservazzjoni tar-riżorsi tal-ilma (inkluż il-ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar, miżuri speċifiċi ta' adattament għat-tibdil fil-klima, l-użu mill-ġdid, it-tnaqqis tat-tnixxijiet)

40%

100 %

041

Ġbir u trattament tal-ilma mormi

0%

100 %

041a

Ġbir u trattament tal-ilma mormi li jkunu konformi mal-kriterji tal-effiċjenza enerġetika (11)

40%

100 %

042

Immaniġġjar tal-iskart domestiku: miżuri ta' prevenzjoni, minimizzazzjoni, separazzjoni, użu mill-ġdid u riċiklaġġ

40%

100%

042a

Immaniġġjar tal-iskart domestiku: immaniġġjar tal-iskart residwu:

0%

100%

044

Immaniġġjar tal-iskart kummerċjali u industrijali: miżuri ta' prevenzjoni, minimizzazzjoni, separazzjoni, użu mill-ġdid u riċiklaġġ

40%

100 %

044a

Immaniġġjar tal-iskart kummerċjali u industrijali: skart residwu u perikoluż

0%

100 %

045

Promozzjoni tal-użu ta' materjali riċiklati bħala materja prima

0%

100 %

045a

Użu ta' materjali riċiklati bħala materja prima li tkun konformi mal-kriterji tal-effiċjenza (12)

100%

100 %

046

Riabilitazzjoni ta' siti industrijali u art ikkontaminata

0%

100 %

046a

Riabilitazzjoni ta' siti industrijali u art ikkontaminata li jkunu konformi mal-kriterji tal-effiċjenza (13)

40%

100 %

047

Appoġġ għall-proċessi ta' produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent u għall-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi fl-SMEs

40%

40 %

047a

Appoġġ għall-proċessi ta' produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent u għall-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi fl-intrapriżi kbar

40%

40 %

048

Miżuri għall-kwalità tal-arja u għat-tnaqqis tal-ħsejjes

40%

100 %

049

Protezzjoni, restawr u użu sostenibbli tas-siti Natura 2000.

40%

100 %

050

Protezzjoni tan-natura u tal-bijodiversità, wirt naturali u riżorsi, infrastruttura ħadra u blu

40%

100 %

051

ICT: Network broadband b'Kapaċità Kbira Ħafna (network backbone/backhaul)

0%

0 %

052

ICT: Network broadband b'Kapaċità Kbira Ħafna (loop lokali/ta' aċċess bi prestazzjoni ekwivalenti għal installazzjoni tal-fibra ottika sal-punt tad-distribuzzjoni fil-post tas-servizz għal bini b'ħafna abitazzjonijiet)

0%

0 %

053

ICT: Network broadband b'Kapaċità Kbira Ħafna (loop lokali/ta' aċċess bi prestazzjoni ekwivalenti għal installazzjoni tal-fibra ottika sal-punt tad-distribuzzjoni fil-post tas-servizz għal djar u bini kummerċjali)

0%

0 %

054

ICT: Network broadband b'Kapaċità Kbira Ħafna (loop lokali/ta' aċċess bi prestazzjoni ekwivalenti għal installazzjoni tal-fibra ottika sal-istazzjon bażi għal komunikazzjoni bla fili avvanzata)

0%

0 %

055

ICT: Tipi oħra ta' infrastruttura tal-ICT (inklużi riżorsi/tagħmir tal-kompjuter fuq skala kbira, ċentri tad-data, sensors u tagħmir ieħor bla fili)

0%

0 %

055a

ICT: Tipi oħra ta' infrastruttura tal-ICT (inklużi riżorsi/tagħmir tal-kompjuter fuq skala kbira, ċentri tad-data, sensors u tagħmir ieħor bla fili) li jkunu konformi mal-kriterji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju u tal-effiċjenza enerġetika (2)

40%

0 %

056

Awtostradi u toroq mibnija ġodda jew imtejba - in-network ewlieni TEN-T (14)

0%

0 %

057

Awtostradi u toroq mibnija ġodda jew imtejba - in-network komprensiv TEN-T

0%

0 %

058

Links tat-toroq sekondarji mibnija ġodda jew imtejba għan-network tat-toroq u nodi TEN-T

0%

0 %

059

Toroq ta' aċċess oħra nazzjonali, reġjonali u lokali mibnija ġodda jew imtejba

0%

0 %

060

Awtostradi u toroq mibnija mill-ġdid jew immodernizzati - in-network ewlieni TEN-T

0%

0 %

061

Awtostradi u toroq mibnija mill-ġdid jew immodernizzati - in-network komprensiv TEN-T

0%

0 %

062

Toroq oħra mibnija mill-ġdid jew immodernizzati (awtostradi, toroq nazzjonali, reġjonali jew lokali)

0%

0 %

063

Diġitalizzazzjoni tat-trasport: toroq

0%

0 %

063a

Diġitalizzazzjoni tat-trasport meta tkun iddedikata parzjalment għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG: trasport stradali

40%

0%

064

Linji ferrovjarji mibnija ġodda jew imtejba - in-network ewlieni TEN-T

100%

40 %

065

Linji ferrovjarji mibnija ġodda jew imtejba - in-network komprensiv TEN-T

100%

40 %

066

Linji ferrovjarji mibnija ġodda jew imtejba oħra

40%

40 %

066a

Linji ferrovjarji mibnija ġodda jew imtejba oħra – elettriċi/emissjonijiet żero (15)

100%

40%

067

Linji ferrovjarji mibnija mill-ġdid jew immodernizzati - in-network ewlieni TEN-T

100%

40 %

068

Linji ferrovjarji mibnija mill-ġdid jew immodernizzati - in-network komprensiv TEN-T

100%

40 %

069

Linji ferrovjarji oħra mibnija mill-ġdid jew immodernizzati

40%

40 %

069a

Linji ferrovjarji oħra mibnija mill-ġdid jew immodernizzati – elettriċi/emissjonijiet żero (15)

100%

40%

070

Diġitalizzazzjoni tat-trasport: trasport ferrovjarju

40%

0 %

071

Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS)

40%

40 %

072

Assi ferrovjarji mobbli

0%

40 %

072a

Assi ferrovjarji mobbli b'emissjonijiet żero/li jaħdmu bl-elettriku (16)

100%

40%

073

Infrastruttura għal trasport urban nadif (17)

100%

40 %

074

Rolling stock għal trasport urban nadif (18)

100%

40 %

075

Infrastruttura ċiklistika

100%

100 %

076

Diġitalizzazzjoni tat-trasport urban

0%

0 %

076a

Diġitalizzazzjoni tat-trasport meta tkun iddedikata parzjalment għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG: trasport urban

40%

0%

077

Infrastruttura tal-fjuwils alternattivi (19)

100%

40 %

078

Trasport multimodali (TEN-T)

40%

40 %

079

Trasport multimodali (mhux urban)

40%

40 %

080

Portijiet tal-baħar (TEN-T)

0%

0 %

080a

Portijiet tal-baħar (TEN-T) minbarra faċilitajiet iddedikati għat-trasport tal-fjuwils fossili

40%

0%

081

Portijiet tal-baħar oħra

0%

0 %

081a

Portijiet tal-baħar oħra minbarra faċilitajiet iddedikati għat-trasport tal-fjuwils fossili

40%

0%

082

Passaġġi fuq l-ilma u portijiet interni (TEN-T)

0%

0 %

082a

Passaġġi fuq l-ilma u portijiet interni (TEN-T) minbarra faċilitajiet iddedikati għat-trasport tal-fjuwils fossili

40%

0%

083

Passaġġi fuq l-ilma u portijiet interni (reġjonali u lokali)

0%

0 %

083a0

Passaġġi fuq l-ilma u portijiet interni (reġjonali u lokali) minbarra faċilitajiet iddedikati għat-trasport tal-fjuwils fossili

40%

0%

083a1

Sistemi ta' sigurtà, sikurezza u ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, għal ajruporti eżistenti

0%

0 %

084

Diġitalizzazzjoni tat-trasport: modi ta' trasport oħra

0%

0 %

084a

Diġitalizzazzjoni tat-trasport meta tkun iddedikata parzjalment għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG: modi ta' trasport oħra

40%

0%

085

Infrastruttura għall-edukazzjoni u l-indukrar bikrija tat-tfal

0%

0 %

086

Infrastruttura għall-edukazzjoni primarja u sekondarja

0%

0 %

087

Infrastruttura għall-edukazzjoni terzjarja

0%

0 %

088

Infrastruttura għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u għat-tagħlim għall-adulti

0%

0 %

089

Infrastruttura għad-djar għall-migranti, ir-rifuġjati u l-persuni taħt protezzjoni internazzjonali jew li qed japplikaw għaliha

0%

0 %

090

Infrastruttura għad-djar (għajr għall-migranti, ir-rifuġjati u l-persuni taħt protezzjoni internazzjonali jew li qed japplikaw għaliha)

0%

0 %

091

Infrastruttura soċjali oħra li tikkontribwixxi għall-inklużjoni soċjali fil-komunità

0%

0 %

092

Infrastruttura tas-saħħa

0%

0 %

093

Tagħmir tas-saħħa

0%

0 %

094

Beni mobbli tas-saħħa

0%

0 %

095

Diġitalizzazzjoni fil-kura tas-saħħa

0%

0%

096

Infrastruttura għall-akkoljenza temporanja għall-migranti, ir-rifuġjati u l-persuni taħt protezzjoni internazzjonali jew li qed japplikaw għaliha

0%

0 %

097

Miżuri biex jittejjeb l-aċċess għall-impjiegi

0%

0 %

098

Miżuri biex jiġi promoss l-aċċess għall-impjiegi ta' persuni qiegħda fit-tul

0%

0 %

099

Appoġġ speċifiku għall-impjieg taż-żgħażagħ u għall-integrazzjoni soċjoekonomika taż-żgħażagħ

0%

0 %

100

Appoġġ għall-impjiegi indipendenti u għall-istart-ups

0%

0 %

101

Appoġġ għall-ekonomija soċjali u l-intrapriżi soċjali

0%

0 %

102

Miżuri biex jiġu mmodernizzati u msaħħa l-istituzzjonijiet u s-servizzi tas-suq tax-xogħol biex jiġu vvalutati u antiċipati l-ħtiġijiet ta' ħiliet u biex tiġi żgurata assistenza f'waqtha u mfassla apposta

0%

0 %

103

Appoġġ għall-adattament għas-suq tax-xogħol u għat-tranżizzjonijiet

0%

0 %

104

Appoġġ għall-mobbiltà tal-ħaddiema

0%

0 %

105

Miżuri biex tiġi promossa l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u biex titnaqqas is-segregazzjoni abbażi tal-ġeneru fis-suq tax-xogħol

0%

0 %

106

Miżuri li jippromwovu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, inkluż l-aċċess għall-indukrar tat-tfal u l-indukrar għal persuni dipendenti

0%

0 %

107

Miżuri għal ambjent tax-xogħol san u adattat sew li jindirizza r-riskji għas-saħħa, inkluża l-promozzjoni tal-attività fiżika

0%

0 %

108

Appoġġ għall-iżvilupp ta' ħiliet diġitali

0%

0 %

109

Appoġġ għall-adattament tal-ħaddiema, l-intrapriżi u l-intraprendituri għat-tibdil

0%

0 %

110

Miżuri li jinkoraġġixxu tixjiħ attiv u san

0%

0 %

111

Appoġġ għall-edukazzjoni u l-indukrar bikrija tat-tfal (eskluża l-infrastruttura)

0%

0 %

112

Appoġġ għall-edukazzjoni primarja u sekondarja (eskluża l-infrastruttura)

0%

0 %

113

Appoġġ għall-edukazzjoni terzjarja (eskluża l-infrastruttura)

0%

0 %

114

Appoġġ għall-edukazzjoni għall-adulti (eskluża l-infrastruttura)

0%

0 %

115

Miżuri biex jiġu promossi l-opportunitajiet indaqs u l-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà

0%

0 %

116

Toroq li jwasslu għall-integrazzjoni u d-dħul mill-ġdid fix-xogħol għal persuni żvantaġġati

0%

0 %

117

Miżuri biex jitjieb l-aċċess ta' gruppi emarġinati bħar-Rom għall-edukazzjoni u għall-impjiegi, u biex tiġi promossa l-inklużjoni soċjali tagħhom

0%

0 %

118

Appoġġ għas-soċjetà ċivili li taħdem ma' komunitajiet emarġinati bħar-Rom

0%

0 %

119

Azzjonijiet speċifiċi biex tiżdied il-parteċipazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-impjiegi

0%

0 %

120

Miżuri għall-integrazzjoni soċjali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi

0%

0 %

121

Miżuri biex jittejjeb l-aċċess f'waqtu u ugwali għal servizzi ta' kwalità, sostenibbli u għall-but ta' kulħadd

0%

0 %

122

Miżuri biex jittejjeb l-għoti ta' servizzi ta' indukrar ibbażati fil-komunità u fil-familja

0%

0 %

123

Miżuri biex jittejbu l-aċċessibbiltà, l-effikaċja u r-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa (eskluża l-infrastruttura)

0%

0 %

124

Miżuri biex jitjieb l-aċċess għal indukrar fit-tul (eskluża l-infrastruttura)

0%

0 %

125

Miżuri biex jiġu mmodernizzati s-sistemi tal-protezzjoni soċjali, inkluża l-promozzjoni tal-aċċess għall-protezzjoni soċjali

0%

0 %

126

Promozzjoni tal-integrazzjoni soċjali ta' persuni f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali, inklużi l-persuni l-aktar fil-bżonn u t-tfal

0%

0 %

127

Indirizzar tal-privazzjoni materjali permezz ta' ikel u/jew assistenza materjali għall-persuni l-aktar fil-bżonn, inklużi miżuri ta' akkumpanjament

0%

0 %

128

Protezzjoni, żvilupp u promozzjoni tal-beni turistiċi pubbliċi u tas-servizzi turistiċi

0%

0 %

129

Protezzjoni, żvilupp u promozzjoni tal-wirt kulturali u tas-servizzi kulturali

0%

0 %

130

Protezzjoni, żvilupp u promozzjoni tal-wirt naturali u tal-ekoturiżmu minbarra s-siti Natura 2000

0%

100 %

131

Riġenerazzjoni fiżika u sigurtà tal-ispazji pubbliċi

0%

0 %

131a

Inizjattivi ta' żvilupp territorjali, inkluża t-tħejjija ta' strateġiji territorjali

0%

0 %

132

Titjib tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet responsabbli għall-programmi u tal-korpi relatati mal-implimentazzjoni tal-Fondi

0%

0 %

133

Tisħiħ tal-kooperazzjoni mas-sħab kemm fi ħdan l-Istat Membru kif ukoll barra l-Istat Membru

0%

0 %

134

Finanzjament trasversali permezz tal-FEŻR (appoġġ għal azzjonijiet tat-tip FSE meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-parti operattiva tal-FEŻR u direttament marbuta miegħu)

0%

0 %

135

Tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-partijiet ikkonċernati biex jimplimentaw proġetti u inizjattivi ta' kooperazzjoni territorjali f'kuntest transfruntier, transnazzjonali, marittimu u interreġjonali

0%

0 %

135a

Interreg: ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u ġestjoni tal-mobbiltà u tal-migrazzjoni

0%

0 %

136

Reġjuni ultraperiferiċi: kumpens għal kwalunkwe kost addizzjonali minħabba nuqqas ta' aċċessibbiltà u frammentazzjoni territorjali

0%

0 %

137

Reġjuni ultraperiferiċi: azzjoni speċifika sabiex tikkumpensa għall-kostijiet addizzjonali minħabba fatturi relatati mad-daqs tas-suq

0%

0 %

138

Reġjuni ultraperiferiċi: appoġġ sabiex jiġu kkumpensati l-kostijiet addizzjonali minħabba l-kundizzjonijiet tal-klima u d-diffikultajiet fl-għoti tal-għajnuna

40%

40 %

139

Reġjuni ultraperiferiċi: ajruporti

0%

0 %

140

Informazzjoni u komunikazzjoni

0%

0 %

141

Tħejjija, implimentazzjoni, monitoraġġ u kontroll

0%

0 %

142

Evalwazzjoni u studji, ġbir ta' data

0%

0 %

143

Tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, tal-benefiċjarji u tas-sħab rilevanti

0%

0 %

01

Kontribut għall-ħiliet u l-impjiegi ekoloġiċi u għall-ekonomija ekoloġika

100%

 

(1)   

L-intrapriżi kbar huma l-intrapriżi kollha minbarra l-SMEs, inkluż kumpaniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja.

(2)   

Jekk l-objettiv tal-miżura huwa li l-attività trid tipproċessa jew tiġbor data biex tippermetti tnaqqis fl-emissjonijiet tal-GHG li jwassal għal iffrankar sostanzjali bil-provi ta' emissjonijiet ta' GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja. Jekk l-objettiv tal-miżura jirrikjedi li ċ-ċentri tad-data jikkonformaw mal-"Kodiċi ta' Kondotta Ewropew dwar l-Effiċjenza Enerġetika taċ-Ċentri tad-Data".

(3)   

(a) Jekk l-objettiv tal-miżura huwa li tinkiseb, bħala medja, mill-inqas rinnovazzjoni ta' livell medju kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Rinnovazzjoni tal-Bini (UE) 2019/786 jew (b) jekk l-objettiv tal-miżuri huwa li jinkiseb, bħala medja, tnaqqis ta' mill-inqas 30 % tal-emissjonijiet diretti u indiretti ta' GHG meta mqabbla mal-emissjonijiet ex ante.

(4)   

Jekk l-objettiv tal-miżura huwa li tinkiseb, bħala medja, mill-inqas rinnovazzjoni ta' livell medju kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Rinnovazzjoni tal-Bini (UE) 2019/786. Ir-rinnovazzjoni tal-bini hija intiża wkoll li tinkludi l-infrastruttura fis-sens tal-oqsma ta' intervent 85 sa 92.

(5)   

Jekk l-objettiv tal-miżuri jikkonċerna l-kostruzzjoni ta' bini ġdid b'Domanda għall-Enerġija Primarja (PED) li tkun mill-inqas 20 % inqas mir-rekwiżit NZEB (bini b'użu ta' enerġija qrib iż-żero, direttivi nazzjonali). Il-kostruzzjoni ta' bini ġdid effiċjenti fl-użu tal-enerġija hija intiża wkoll li tinkludi l-infrastruttura fis-sens tal-oqsma ta' intervent 85 sa 92.

(6)   

Jekk l-objettiv tal-miżura huwa (a) li tinkiseb, bħala medja, mill-inqas rinnovazzjoni ta' livell medju kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Rinnovazzjoni tal-Bini (UE) 2019/786 jew (b) li jinkiseb, bħala medja, tnaqqis ta' mill-inqas 30 % tal-emissjonijiet diretti u indiretti ta' GHG meta mqabbla mal-emissjonijiet ex ante. Ir-rinnovazzjoni tal-bini hija intiża wkoll li tinkludi l-infrastruttura fis-sens tal-oqsma ta' intervent 85 sa 92.

(7)   

Jekk l-objettiv tal-miżura huwa relatat mal-produzzjoni tal-elettriku jew tas-sħana mill-bijomassa, f'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(8)   

Jekk l-objettiv tal-miżura huwa relatat mal-produzzjoni tal-elettriku jew tas-sħana mill-bijomassa, f'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001; u jekk l-objettiv tal-miżura huwa li jinkiseb iffrankar ta' mill-inqas 80 % tal-emissjonijiet ta' GHG fil-faċilità mill-użu tal-bijomassa b'rabta mal-metodoloġija ta' ffrankar tal-GHG u l-komparatur relattiv tal-fjuwils fossili stabbilit fl-Anness VI tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Jekk l-objettiv tal-miżura huwa relatat mal-produzzjoni tal-bijofjuwil mill-bijomassa (għajr u l-għelejjel tal-ikel u tal-għalf), f'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001; u jekk l-objettiv tal-miżura huwa li jinkiseb iffrankar ta' mill-inqas 65% tal-emissjonijiet ta' GHG fil-faċilità mill-użu tal-bijomassa għal dan il-għan b'rabta mal-metodoloġija ta' ffrankar tal-GHG u l-komparatur relattiv tal-fjuwils fossili stabbilit fl-Anness V tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(9)   

Fil-każ ta' koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja, jekk l-objettiv tal-miżura huwa li jinkisbu emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja li jkunu inqas minn 100gCO2e/kWh jew sħana/kesħa prodotta mis-sħana mormija. Fil-każ ta' tisħin/tkessiħ distrettwali, jekk l-infrastruttura assoċjata ssegwi d-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1) tal-UE dwar l-Effiċjenza Enerġetika, jew l-infrastruttura eżistenti tiġi rinnovata biex tissodisfa d-definizzjoni ta' tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti, jew il-proġett ikun sistema pilota avvanzata (sistemi ta' kontroll u ġestjoni tal-enerġija, Internet tal-Oġġetti) jew iwassal għal reġim ta' temperatura aktar baxxa fis-sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali.

(10)   

Jekk l-objettiv tal-miżura huwa li s-sistema mibnija jkollha konsum ta' enerġija medju ta' ≤ 0,5 kWh jew Indiċi tat-Tnixxijiet tal-Infrastruttura (ILI) ta' ≤ 1,5, u li l-attività ta' rinnovazzjoni tnaqqas il-konsum medju ta' enerġija b'aktar minn 20 % jew tnaqqas it-tnixxijiet b'aktar minn 20 %.

(11)   

Jekk l-objettiv tal-miżura huwa li s-sistema mibnija "front to end" tal-ilma mormi jkollha użu nett żero ta' enerġija jew li t-tiġdid tas-sistema "front to end" tal-ilma mormi jwassal għal tnaqqis fl-użu medju tal-enerġija ta' mill-inqas 10 % (unikament permezz ta' miżuri ta' effiċjenza enerġetika u mhux permezz ta' bidliet materjali jew bidliet fit-tagħbija).

(12)   

Jekk l-objettiv tal-miżura huwa li mill-inqas 50 %, f'termini ta' piż, tal-iskart mhux perikoluż ipproċessat miġbur separatament jiġi kkonvertit f'materja prima sekondarja.

(13)   

Jekk l-objettiv tal-miżura huwa li s-siti industrijali u l-art ikkontaminata jinbidlu f'bir tal-karbonju naturali.

(14)   

Għall-oqsma ta' intervent minn 56 sa 62, l-oqsma ta' intervent 73, 74 u 77 jistgħu jintużaw għal elementi tal-miżuri relatati ma' interventi fi fjuwils alternattivi, inkluż l-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi, jew it-trasport pubbliku.

(15)   

Jekk l-objettiv tal-miżura jkun relatat ma' subsistemi elettrifikati ta' maġenb il-binarji u subsistemi assoċjati jew jekk ikun hemm pjan għall-elettrifikazzjoni jew ikun adatt għall-użu minn ferroviji b'emissjonijiet żero mill-egżost fi żmien 10 snin.

(16)   

Japplika wkoll għal ferroviji bimodali.

(17)   

Infrastruttura għal trasport urban nadif tirreferi għal infrastruttura li tippermetti t-tħaddim ta' rolling stock b'emissjonijiet żero.

(18)   

Rolling stock għal trasport urban nadif tirreferi għal rolling stock b'emissjonijiet żero.

(19)   

Jekk l-objettiv tal-miżura huwa konformi mad-Direttiva (UE) 2018/2001.




ANNESS VII

Metodoloġija għall-ittaggjar diġitali taħt il-Faċilità

Metodoloġija għall-ittaggjar diġitali:

Tabella tal-interventi



Kodiċi

Qasam ta' intervent u tip ta' intervent (1)

Koeffiċjent għall-kalkolu tal-appoġġ għat-tranżizzjoni diġitali

 

Qasam ta' intervent 1: Konnettività

Dimensjoni DESI 1: Konnettività

 

051

Network broadband b'Kapaċità Kbira Ħafna (network backbone/backhaul) (2)

100%

052

Network broadband b'Kapaċità Kbira Ħafna (loop lokali/ta' aċċess bi prestazzjoni ekwivalenti għal installazzjoni tal-fibra ottika sal-punt tad-distribuzzjoni fil-post tas-servizz għal bini b'ħafna abitazzjonijiet)

100%

053

Network broadband b'Kapaċità Kbira Ħafna (loop lokali/ta' aċċess bi prestazzjoni ekwivalenti għal installazzjoni tal-fibra ottika sal-punt tad-distribuzzjoni fil-post tas-servizz għal djar u bini kummerċjali)

100%

054

Network broadband b'Kapaċità Kbira Ħafna (loop lokali/ta' aċċess bi prestazzjoni ekwivalenti għal installazzjoni tal-fibra ottika sal-istazzjon bażi għal komunikazzjoni bla fili avvanzata) (3)

100%

054a

Kopertura tan-network 5G, inkluż il-forniment mingħajr interruzzjoni tal-konnettività tul il-mogħdijiet tat-trasport; Konnettività tal-gigabits (networks li joffru mill-inqas 1 Gbps simmetriku) għal muturi soċjoekonomiċi, bħal skejjel, ċentri tat-trasport u fornituri ewlenin ta' servizzi pubbliċi

100%

054b

Konnettività tad-data mobbli b'kopertura territorjali wiesgħa

100%

 

Qasam ta' intervent 2: Investiment relatat

mas-settur diġitali fir-R&Ż DESI: "Is-settur tal-ICT tal-UE u l-Prestazzjoni R&Ż tiegħu"

 

009a

Investiment f'attivitajiet R&I relatati mas-settur diġitali (inklużi ċentri ta' riċerka ta' eċċellenza, riċerka industrijali, żvilupp sperimentali, studji tal-fattibbiltà, akkwist ta' assi fissi jew intanġibbli għal attivitajiet R&I relatati mas-settur diġitali)

100%

 

Qasam ta' intervent 3: Kapital Uman

Dimensjoni DESI 2: Kapital Uman

 

012

Servizzi u applikazzjonijiet tal-IT għall-ħiliet diġitali u l-inklużjoni diġitali (4)

100%

016

Żvilupp tal-ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, tranżizzjoni industrijali, intraprenditorija, u adattabbiltà tal-intrapriżi għat-tibdil

40%

108

Appoġġ għall-iżvilupp ta' ħiliet diġitali (5)

100%

099

Appoġġ speċifiku għall-impjieg taż-żgħażagħ u għall-integrazzjoni soċjoekonomika taż-żgħażagħ

40%

100

Appoġġ għall-impjiegi indipendenti u għall-istart-ups

40%

 

Qasam ta' intervent 4: gvern elettroniku, servizzi pubbliċi diġitali u ekosistemi diġitali lokali

Dimensjoni DESI 5: Servizzi pubbliċi diġitali

 

011

Soluzzjonijiet tal-ICT, servizzi elettroniċi u applikazzjonijiet tal-gvern (6)

100%

011a

Soluzzjonijiet tal-ICT, servizzi elettroniċi u applikazzjonijiet tal-gvern li jkunu konformi mal-kriterji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG jew tal-effiċjenza enerġetika (7)

100%

011b

Implimentazzjoni tal-iskema Ewropea tal-identità diġitali għall-użu pubbliku u privat

100%

013

Servizzi u applikazzjonijiet tas-saħħa elettronika (inkluż il-kura elettronika, l-Internet tal-Oġġetti għall-attività fiżika u l-għajxien megħjun kontestwalment)

100%

095

Diġitalizzazzjoni fil-kura tas-saħħa

100%

063

Diġitalizzazzjoni tat-trasport: trasport stradali

100%

063a

Diġitalizzazzjoni tat-trasport meta tkun iddedikata parzjalment għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG: trasport stradali

100%

070

Diġitalizzazzjoni tat-trasport: trasport ferrovjarju

100%

071

Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS)

100%

076

Diġitalizzazzjoni tat-trasport urban

100%

076a

Diġitalizzazzjoni tat-trasport meta tkun iddedikata parzjalment għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG: trasport urban

100%

084

Diġitalizzazzjoni tat-trasport: modi ta' trasport oħra

100%

084a

Diġitalizzazzjoni tat-trasport meta tkun iddedikata parzjalment għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG: modi ta' trasport oħra

100%

033

Sistemi ta' Enerġija Intelliġenti (inkluż grilji intelliġenti u sistemi tal-ICT) u l-ħżin relatat

40%

011c

Diġitalizzazzjoni tas-Sistemi Ġudizzjarji

100%

 

Qasam ta' intervent 5: Diġitalizzazzjoni tan-negozji

Dimensjoni DESI 4: Integrazzjoni tat-teknoloġiji diġitali

 

010

Diġitalizzazzjoni tal-SMEs (inkluż il-kummerċ elettroniku, in-negozju elettroniku u l-proċessi ta' negozji f'network, ċentri tal-innovazzjoni diġitali, laboratorji ħajjin, intraprendituri tal-web u start-ups tal-ICT, B2B)

100%

010a

Diġitalizzazzjoni tal-intrapriżi l-kbar (inkluż il-kummerċ elettroniku, in-negozju elettroniku u l-proċessi ta' negozji f'network, ċentri tal-innovazzjoni diġitali, laboratorji ħajjin, intraprendituri tal-web u start-ups tal-ICT, B2B)

100%

010b

Diġitalizzazzjoni tal-intrapriżi l-kbar (inkluż il-kummerċ elettroniku, in-negozju elettroniku u l-proċessi ta' negozji f'network, ċentri tal-innovazzjoni diġitali, laboratorji ħajjin, intraprendituri tal-web u start-ups tal-ICT, B2B) li jkunu konformi mal-kriterji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG jew tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (7)

100%

014

Infrastruttura tan-negozju għall-SMEs (inklużi parks u siti industrijali) (8)

40%

015

Żvilupp tan-negozju u internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs, inklużi investimenti produttivi (8)

40%

017

Servizzi ta' appoġġ avvanzat għall-SMEs u l-gruppi ta' SMEs (inkluż il-ġestjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u s-servizzi ta' disinn) (8)

40%

018

Inkubazzjoni, appoġġ għall-ispin-offs u l-ispin-outs u l-istart-ups (8)

40%

019

Appoġġ għall-clusters tal-innovazzjoni inkluż bejn in-negozji, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-awtoritajiet pubbliċi u n-networks tan-negozji li primarjament jibbenefikaw minnhom l-SMEs (8) (9)

40%

020

Proċessi ta' innovazzjoni fl-SMEs (innovazzjoni fil-proċessi, l-organizzazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, il-kokreazzjoni, u mmexxija mill-utenti u mid-domanda) (8)

40%

021

Trasferiment tat-teknoloġija u kooperazzjoni bejn l-intrapriżi, iċ-ċentri ta' riċerka u s-settur tal-edukazzjoni għolja (8)

40%

021a

Appoġġ għall-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' kontenut diġitali

100%

 

Qasam ta' intervent 6: Investiment fil-kapaċitajiet diġitali u l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji avvanzati

Dimensjoni DESI 4: Integrazzjoni tat-teknoloġiji diġitali + ġabriet ta' data ad hoc

 

055

Tipi oħra ta' infrastruttura tal-ICT (inklużi riżorsi/tagħmir tal-kompjuter fuq skala kbira, ċentri tad-data, sensors u tagħmir ieħor bla fili)

100%

055a

Tipi oħra ta' infrastruttura tal-ICT (inklużi riżorsi/tagħmir tal-kompjuter fuq skala kbira, ċentri tad-data, sensors u tagħmir ieħor bla fili) li jkunu konformi mal-kriterji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju u tal-effiċjenza enerġetika (7)

100%

021b

Żvilupp ta' servizzi u faċilitajiet ta' appoġġ speċjalizzati ħafna għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u n-negozji (Ċentri ta' Kompetenza nazzjonali tal-HPC, Ċentri Ċibernetiċi, faċilitajiet ta' ttestjar u sperimentazzjoni tal-IA, blockchain, Internet tal-Oġġetti, eċċ.)

100%

021c

Investiment f'teknoloġiji avvanzati bħal: Kapaċitajiet ta' computing ta' prestazzjoni għolja u ta' computing kwantistiku/Kapaċitajiet ta' komunikazzjoni kwantistika (inkluż kriptaġġ kwantistiku); fid-disinn, il-produzzjoni u l-integrazzjoni tas-sistemi tal-mikroelettronika; il-ġenerazzjoni li jmiss ta' kapaċitajiet Ewropej ta' data, cloud u edge (infrastrutturi, pjattaformi u servizzi); realtà virtwali u awmentata, DeepTech u teknoloġiji avvanzati diġitali oħra. Investiment fil-protezzjoni tal-katina tal-provvista diġitali.

100%

021d

Żvilupp u varar ta' teknoloġiji, miżuri u faċilitajiet ta' appoġġ taċ-ċibersigurtà għall-utenti tas-settur pubbliku u privat.

100%

 

Qasam ta' intervent 7: Ekoloġizzazzjoni tas-settur diġitali

 

027a

Investiment f'teknoloġiji, ħiliet, infrastrutturi u soluzzjonijiet li jtejbu l-effiċjenza enerġetika u jiżguraw in-newtralità klimatika taċ-ċentri u n-networks tad-data.

100%

(1)   

Id-deskrizzjoni tal-interventi f'din it-tabella hija mingħajr preġudizzju għall-konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni, b'mod partikolari biex ikun żgurat li l-interventi ma jeskludux l-investimenti privati.

(2)   

Inklużi kejbils sottomarini fi ħdan u bejn l-Istati Membri u bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.

(3)   

Inklużi n-networks 5G u 6G.

(4)   

Inklużi: miżuri biex tiġi appoġġata d-diġitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ (inklużi investimenti fl-infrastruttura tal-ICT), inkluż għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim għall-adulti.

(5)   

Dan jirreferi għall-ħiliet diġitali fil-livelli kollha u jinkludi: programmi edukattivi speċjalizzati ħafna għat-taħriġ ta' speċjalisti diġitali (jiġifierii.e. programmi ffukati fuq it-teknoloġija); tħarriġ tal-għalliema, żvilupp tal-kontenut diġitali għal finijiet edukattivi u kapaċitajiet organizzattivi rilevanti. Dan jinkludi wkoll miżuri u programmi bl-għan tat-titjib tal-ħiliet diġitali bażiċi.

(6)   

Inkluż l-użu ta' teknoloġiji avvanzati (bħall-computing ta' prestazzjoni għolja, iċ-ċibersigurtà jew l-intelliġenza artifiċjali) għas-servizzi pubbliċi u t-teħid tad-deċiżjonijiet u l-interoperabbiltà tas-servizzi u l-infrastrutturi pubbliċi diġitali (reġjonali, nazzjonali u transfruntieri).

(7)   

Jekk l-objettiv tal-miżura huwa li l-attività trid tipproċessa jew tiġbor data biex tippermetti tnaqqis fl-emissjonijiet tal-GHG li jwassal għal iffrankar sostanzjali bil-provi ta' emissjonijiet ta' GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja. Jekk l-objettiv tal-miżura jirrikjedi li ċ-ċentri tad-data jikkonformaw mal- "Kodiċi ta' Kondotta Ewropew dwar l-Effiċjenza Enerġetika taċ-Ċentri tad-Data".

(8)   

Il-koeffiċjent diġitali ta’ 40% għandu jiġi applikat fejn l-intervent huwa ffukat fuq elementi marbuta direttament mad-diġitalizzazzjoni tan-negozju, inkluż pereżempju l-prodotti diġitali, l-assi tal-ICT, eċċ.

(9)   

Inklużi entitajiet tal-ekonomija soċjali.



( 1 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1)

( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30).

( 3 ) Ir-Regolament (UE) 2024/795 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (“STEP”), u li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE u r-Regolamenti (UE) 2021/1058, (UE) 2021/1056, (UE) 2021/1057, (UE) 1303/2013, (UE) 223/2014, (UE) 2021/1060, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697 u (UE) 2021/241 (ĠU L, 2024/795, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/795/oj).

( 4 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (OJ L 433I , 22.12.2020, p. 1).

( 5 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).

( 6 ) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275 25.10.2003, p. 32).

( 7 ) Ir-Regolament (UE) 2021/1755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (ĠU L 357, 8.10.2021, p. 1).

( 8 ) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

( 9 ) Id-data kollha fir-Regolament hija mill-Eurostat; data ta' skadenza Mejju 2020 għal data storika.

( 10 ) Id-data kollha fir-Regolament hija mill-Eurostat. Id-data limitu tal-21 ta' Settembru 2022 għad-data storika użata għall-applikazzjoni tal-koeffiċjent tal-allokazzjoni f'dan l-anness. Il-fjuwils fossili jinkludu l-fjuwils fossili solidi, il-gassijiet manifatturati, il-pit u l-prodotti tal-pit, ix-shale bituminuż u r-ramel bituminuż, iż-żejt u l-prodotti tal-petroleum (minbarra l-porzjon tal-bijofjuwil), il-gass naturali u l-iskart mhux rinnovabbli.