02013R0347 — MT — 28.04.2022 — 007.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) Nru 347/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' April 2013

dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 115 25.4.2013, p. 39)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1391/2013 tal-14 ta’ Ottubru 2013

  L 349

28

21.12.2013

 M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/89 tat-18 ta' Novembru 2015

  L 19

1

27.1.2016

 M3

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/540 tat-23 ta' Novembru 2017

  L 90

38

6.4.2018

►M4

REGOLAMENT (UE) 2019/942 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta' Ġunju 2019

  L 158

22

14.6.2019

►M5

REGOLAMENT (UE) 2019/943 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta' Ġunju 2019

  L 158

54

14.6.2019

 M6

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/389 tal-31 ta’ Ottubru 2019

  L 74

1

11.3.2020

►M7

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/564 tad-19 ta’ Novembru 2021

  L 109

14

8.4.2022




▼B

REGOLAMENT (UE) Nru 347/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' April 2013

dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-linji gwida għall-iżvilupp fil-ħin u l-interoperabbiltà tal-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura trans-Ewropea tal-enerġija stabbiliti fl-Anness I (“kurituri u oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija”).
2.  

B’mod partikolari, dan ir-Regolament:

(a) 

jindirizza l-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-kurituri u l-oqsma prijoritarji li jaqgħu fil-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija fl-elettriku, il-gass, iż-żejt, u d-diossidu tal-karbonju stabbiliti fl-Anness II (“kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija”);

(b) 

jiffaċilita l-implimentazzjoni fil-ħin ta’ proġetti ta’ interess komuni billi jissemplifika, jikkoordina aktar mill-qrib, u jħaffef il-proċessi tal-għoti tal-permessi u billi jtejjeb il-parteċipazzjoni tal-pubbliku;

(c) 

jipprovdi regoli u gwida għall-allokazzjoni tal-ispejjeż transkonfinali u inċentivi marbuta mar-riskju għal proġetti ta’ interess komuni;

(d) 

jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà ta’ proġetti ta’ interess komuni għal assistenza finanzjarja tal-Unjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, minbarra d-definizzjonijiet provduti fid-Direttivi 2009/28/KE, 2009/72/KE u 2009/73/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009, u (KE) Nru 715/2009, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“infrastruttura tal-enerġija” tfisser kwalunkwe tagħmir fiżiku jew faċilità li jaqgħu fil-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija li jkunu jinsabu fl-Unjoni jew li jikkonnettjaw lill-Unjoni ma’ pajjiż jew pajjiżi terzi;

(2) 

“deċiżjoni komprensiva” tfisser id-deċiżjoni jew is-sett ta’ deċiżjonijiet meħuda minn awtorità jew awtoritajiet ta’ Stat Membru li ma jinkludux il-qrati jew it-tribunali, li jiddeterminaw jekk promotur ta’ proġett għandux jingħata awtorizzazzjoni għall-bini tal-infrastruttura tal-enerġija biex iwettaq proġett mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni meħuda fil-kuntest ta’ proċedura ta’ appell amministrattiv;

(3) 

“proġett” tfisser linji, pipelines, faċilitajiet, tagħmir jew installazzjonijiet li jaqgħu fil-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija;

(4) 

“proġett ta’ interess komuni” tfisser proġett meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness I u li huwa parti mil-lista ta’ proġetti ta’ interess komuni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3;

(5) 

“konġestjoni tal-infrastruttura tal-enerġija” tfisser limitazzjoni ta’ flussi fiżiċi f’sistema tal-enerġija minħabba kapaċità ta’ trasmissjoni insuffiċjenti, li tinkludi inter alia n-nuqqas ta’ infrastruttura;

(6) 

“promotur ta’ proġett” tfisser waħda mis-segwenti:

(a) 

TSO, operatur ta’ sistema tad-distribuzzjoni jew operatur jew investitur ieħor li jiżviluppa proġett ta’ interess komuni;

(b) 

fejn ikun hemm diversi TSOs, operaturi ta’ sistema tad-distribuzzjoni, operaturi oħra, investituri jew kull grupp magħmul minn dawn, l-entità b’personalità legali taħt il-liġi nazzjonali applikabbli, li tkun intgħażlet b’arranġament kuntrattwali bejniethom u li jkollha l-kapaċità li tissodisfa l-obbligi legali u li terfa’ responsabbiltà finanzjarja għan-nom tal-partijiet fl-arranġament kuntrattwali;

(7) 

“grid intelliġenti” tfisser netwerk tal-elettriku li jista’ jintegra b’mod kosteffiċjenti l-imġiba u l-azzjonijiet tal-utenti kollha mqabbdin miegħu, inklużi — ġeneraturi, konsumaturi u dawk li kemm jiġġeneraw kif ukoll jikkunsmaw — sabiex tiġi żgurata sistema tal-enerġija effiċjenti mil-lat ekonomiku u sostenibbli bi ftit telf u b’livelli għoljin ta’ kwalità, sigurtà tal-provvista u sikurezza;

(8) 

“xogħlijiet” tfisser ix-xiri, il-forniment u l-użu ta’ komponenti, sistemi u servizzi inkluż is-softwer, it-twettiq tal-iżvilupp u l-bini u l-attivitajiet ta’ installazzjoni relatati ma’ proġett, l-aċċettazzjoni tal-installazzjonijiet u t-tnedija ta’ proġett;

(9) 

“studji” tfisser attivitajiet meħtieġa għat-tħejjija ta’ implimentazzjoni tal-proġett, bħal studji preparatorji, tal-fattibilità, ta’ evalwazzjoni, ta’ ttestjar u ta’ validazzjoni, fosthom softwer, u kwalunkwe miżura oħra ta’ appoġġ tekniku li tinkludi azzjoni bil-quddiem sabiex jiġi definit u żviluppat proġett u sabiex tittieħed deċiżjoni dwar il-finanzjament tiegħu, bħal stħarriġ fuq il-post dwar is-siti kkonċernati u l-preparazzjoni tal-pakkett finanzjarju;

(10) 

“awtorità regolatorja nazzjonali” tfisser awtorità regolatorja nazzjonali maħtura skont l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2009/72/KE jew l-Artikolu 39(1) tad-Direttiva 2009/73/KE;

(11) 

“ikkummissjonar” tfisser il-proċess li bih proġett jibda jopera, ladarba jkun inbena.



KAPITOLU II

PROĠETTI TA’ INTERESS KOMUNI

Artikolu 3

Lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni

1.  
Dan ir-Regolament jistabbilixxi tnax-il Grupp Reġjonali (“Gruppi”), kif stabbilit fl-Anness III.1. Is-sħubija ta’ kull Grupp għandha tkun imsejsa fuq kull kuritur u qasam prijoritarju u l-kopertura ġeografika rispettiva tagħhom kif stabbilit fl-Anness I. Is-setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Gruppi għandhom ikunu ristretti għall-Istati Membri u l-Kummissjoni, li għandhom, għal dawk il-finijiet, jissejħu bħala l-korp ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Gruppi.
2.  
Kull Grupp għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura proprja tiegħu, filwaqt li jikkunsidra d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III.
3.  
Il-korp ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kull Grupp għandu jadotta lista reġjonali ta’ proġetti proposti ta’ interess komuni mfassla skont il-proċess stabbilit fl-Anness III.2, skont il-kontribut ta’ kull proġett għall-implimentazzjoni tal-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija u skont jekk jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4.

Meta Grupp ifassal il-lista reġjonali tiegħu:

(a) 

kull proposta individwali għal proġett ta’ interess komuni għandha tkun teħtieġ l-approvazzjoni tal-Istat Membru, li l-proġett ikun marbut mat-territorju tiegħu/tagħhom; jekk Stat Membru jiddeċiedi li ma jagħtix l-approvazzjoni tiegħu, għandu jippreżenta r-raġunijiet issostanzjati tiegħu għal dan lill-Grupp konċernat;

(b) 

għandu jqis il-pariri tal-Kummissjoni li għandhom l-għan li jkun hemm għadd totali ġestibbli ta’ proġetti ta’ interess komuni.

4.  
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni (“lista tal-Unjoni”), skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 tat-TFUE. Il-lista tal-Unjoni għandha tieħu l-forma ta’ anness għal dan ir-Regolament.

Fl-eżerċizzju tas-setgħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tal-Unjoni tiġi stabbilita kull sentejn, abbażi tal-listi reġjonali adottati mill-korpi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Gruppi kif stabbilit fl-Anness III.1(2), wara l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

L-ewwel lista tal-Unjoni għandha tiġi adottata sat-30 ta’ Settembru 2013.

5.  

Il-Kummissjoni, meta tadotta l-lista tal-Unjoni abbażi tal-listi reġjonali, għandha:

(a) 

tiżgura li dawk il-proġetti li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 4 biss jiġu inklużi;

(b) 

tiżgura l-konsistenza interreġjonali, filwaqt li titqies l-opinjoni tal-Aġenzija kif imsemmi fl-Anness III.2(12);

(c) 

tqis kwalunkwe opinjoni tal-Istati Membri kif imsemmi fl-Anness III.2(9); u

(d) 

ikollha t-tir ta’ għadd totali ġestibbli ta’ proġetti ta’ interess komuni fil-lista tal-Unjoni.

6.  
Il-proġetti ta’ interess komuni inklużi fil-lista tal-Unjoni skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru parti integrali mill-pjanijiet ta’ investiment reġjonali rilevanti taħt l-Artikolu 12 tar-Regolamenti (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 u tal-pjanijiet nazzjonali ta’ għaxar snin għall-iżvilupp rilevanti taħt l-Artikolu 22 tad-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE u pjanijiet ta’ infrastruttura nazzjonali oħra kkonċernati, kif xieraq. Dawk il-proġetti għandhom jingħataw l-ogħla prijorità possibbli f’kull wieħed minn dawk il-pjanijiet.

Artikolu 4

Kriterji għal proġetti ta’ interess komuni

1.  

Il-proġetti ta’ interess komuni għandhom jissodisfaw il-kriterji ġenerali li ġejjin:

(a) 

il-proġett ikun meħtieġ għal tal-anqas wieħed mill-kurituri u mill-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija;

(b) 

il-benefiċċji globali potenzjali tal-proġett, ivvalutati skont il-kriterji speċifiċi rispettivi fil-paragrafu 2, jegħlbu l-ispejjeż tiegħu, anke fuq żmien itwal; u

(c) 

il-proġett jissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(i) 

ikun jinvolvi mill-inqas żewġ Stati Membri permezz tal-qsim dirett tal-fruntieri ta’ żewġ Stati Membri jew aktar;

(ii) 

ikun jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed u jkollu impatt transkonfinali sinifikanti kif stabbilit fl-Anness IV.1;

(iii) 

jaqsam il-fruntiera ta’ mill-anqas Stat Membru wieħed u pajjiż taż-Żona Ekonomika Ewropea.

2.  

Il-kriterji speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu f’kategoriji speċifiċi tal-infrastruttura tal-enerġija:

(a) 

għal proġetti relatati mat-trasmissjoni u l-ħżin tal-elettriku li jaqgħu fil-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness II.1(a) sa (d) il-proġett għandu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal mill-inqas wieħed mill-kriterji speċifiċi li ġejjin:

(i) 

integrazzjoni tas-suq, inter alia permezz tat-tneħħija tal-iżolament ta’ mill-anqas Stat Membru wieħed u tat-tnaqqis tal-konġestjonijiet tal-infrastruttura tal-enerġija; kompetizzjoni u flessibbiltà tas-sistema;

(ii) 

sostenibbiltà, inter alia permezz tal-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-grid u tat-trasmissjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli f’ċentri tal-konsum ewlenin u siti tal-ħżin;

(iii) 

sigurtà tal-provvista, inter alia permezz ta’ interoperabbiltà, konnessjonijiet xierqa u operazzjoni ta’ sistema sigura u affidabbli;

(b) 

għal proġetti relatati mal-gass li jaqgħu fil-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness II.2, il-proġett għandu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal mill-inqas wieħed mill-kriterji speċifiċi li ġejjin:

(i) 

integrazzjoni tas-suq, inter alia permezz tat-tneħħija tal-iżolament ta’ mill-anqas Stat Membru wieħed u tat-tnaqqis tal-konġestjonijiet tal-infrastruttura tal-enerġija; interoperabbiltà u flessibbiltà tas-sistema;

(ii) 

sigurtà tal-provvista, inter alia permezz ta’ konnessjonijiet xierqa u tad-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista, provvista ta’ kontropartijiet u rotot;

(iii) 

kompetizzjoni, inter alia permezz tad-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista u permezz tal-provvista ta’ kontropartijiet u rotot;

(iv) 

sostenibbiltà, inter alia permezz tat-tnaqqis fl-emissjonijiet, l-appoġġ għall-ġenerazzjoni rinnovabbli intermittenti u t-titjib fl-użu tal-gass rinnovabbli;

(c) 

għal proġetti relatati mal-grids intelliġenti tal-elettriku li jaqgħu fil-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġijastabbilita fl-Anness II.1(e), il-proġett għandu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-kriterji speċifiċi kollha li ġejjin:

(i) 

integrazzjoni u involviment tal-utenti tan-netwerk fir-rigward ta’ rekwiżiti tekniċi ġodda f’dak li jirrigwarda l-provvista u d-domanda għall-elettriku;

(ii) 

effiċjenza u interoperabbiltà tat-trasmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku fl-operat ta’ kuljum tan-netwerk;

(iii) 

sigurtà tan-netwerk, kontroll tas-sistema u kwalità tal-provvista;

(iv) 

ippjanar ottimizzat ta’ investimenti kosteffiċjenti fin-netwerks fil-futur;

(v) 

funzjonament tas-suq u servizzi għall-klijenti;

(vi) 

involviment tal-utenti fil-ġestjoni tal-użu tal-enerġija tagħhom;

(d) 

għal proġetti relatati mat-trasport taż-żejt li jaqgħu fil-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness II.3, il-proġett għandu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-kriterji speċifiċi kollha li ġejjin:

(i) 

sigurtà tal-provvista li tnaqqas id-dipendenza fuq sors wieħed jew rotta waħda ta’ provvista;

(ii) 

użu effiċjenti u sostenibbli tar-riżorsi permezz ta’ mitigazzjoni tar-riskji ambjentali;

(iii) 

interoperabbiltà;

(e) 

għal proġetti relatati mat-trasport tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu fil-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness II.4, il-proġett għandu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-kriterji speċifiċi kollha li ġejjin:

(i) 

l-evitar ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju filwaqt li tinżamm is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija;

(ii) 

iż-żieda tar-reżistenza u sigurtà tat-trasport tad-diossidu tal-karbonju;

(iii) 

l-użu effiċjenti tar-riżorsi, billi jiġu konnessi diversi sorsi u siti tal-ħżin tad-diossidu tal-karbonju permezz ta’ infrastruttura komuni u billi jiġu mminimizzati l-piż u r-riskji ambjentali.

3.  
Għal proġetti li jaqgħu fil-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness II. 1 sa 3, il-kriterji elenkati f’dan l-Artikolu għandhom jiġu vvalutati skont l-indikaturi stabbiliti fl-Anness IV.2 sa 5.
4.  
Sabiex tiġi ffaċilitata l-evalwazzjoni tal-proġetti kollha li jistgħu jkunu eliġibbli bħala proġetti ta’ interess komuni u li jistgħu jiġu inklużi f’lista reġjonali, kull Grupp għandu jivvaluta l-kontribut ta’ kull proġett għall-implimentazzjoni tal-istess kuritur prijoritarju jew żona prijoritarja b’mod trasparenti u oġġettiv. Kull Grupp għandu jiddetermina l-metodu ta’ valutazzjoni tiegħu abbażi tal-kontribut aggregat għall-kriterji msemmija fil-paragrafu 2; dik il-valutazzjoni għandha twassal għall-klassifikazzjoni ta’ proġetti għall-użu intern tal-Grupp; La l-lista reġjonali u lanqas il-lista tal-Unjoni m’għandu jkun fiha xi klassifikazzjoni, u l-klassifikazzjoni m’għandhiex tintuża għal xi fini sussegwenti ħlief kif deskritt fl-Anness III.2(14).

Meta jivvaluta l-proġetti, kull Grupp għandu wkoll jagħti l-attenzjoni dovuta:

(a) 

lill-urġenza ta’ kull wieħed mill-proġetti proposti sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika tal-enerġija tal-Unjoni li huma l-integrazzjoni tas-suq, inter alia permezz tat-tneħħija tal-iżolament ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed, u l-kompetizzjoni, is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-provvista;

(b) 

l-għadd ta’ Stati Membri milquta minn kull proġett, filwaqt li jiġu żgurati opportunitajiet indaqs għal proġetti li jinvolvu Stati Membri periferiċi;

(c) 

il-kontribut ta’ kull proġett għall-koeżjoni territorjali; u

(d) 

il-komplementarjetà fir-rigward ta’ proġetti oħra proposti.

Għall-proġetti tal-grids intelliġenti li jaqgħu fil-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fl-Anness II.1(e), il-klassifikazzjoni għandha titwettaq għal dawk il-proġetti li jaffettwaw l-istess żewġ Stati Membri, u għandha tingħata wkoll attenzjoni lill-għadd ta’ utenti milquta mill-proġett, il-konsum annwali tal-enerġija u s-sehem ta’ ġenerazzjoni minn riżorsi mhux spedibbli fiż-żona koperta minn dawn l-utenti.

Artikolu 5

Implimentazzjoni u monitoraġġ

1.  

Il-promoturi ta’ proġett għandhom ifasslu pjan ta’ implimentazzjoni għall-proġetti ta’ interess komuni li jinkludi skeda taż-żmien għas-segwenti kollha:

(a) 

għall-istudji dwar il-fattibbiltà u t-tfassil;

(b) 

l-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew minn kwalunkwe awtorità oħra konċernata;

(c) 

il-bini u l-ikkummissjonar;

(d) 

l-iskeda tal-għoti tal-permessi msemmija fl-Artikolu 10(4)(b).

2.  
It-TSOs, l-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni u operaturi oħra għandhom jikkooperaw ma’ xulxin sabiex jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni fiż-żona tagħhom.
3.  
L-Aġenzija u l-Gruppi konċernati għandhom jimmonitorjaw il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ interess komuni u, jekk ikun meħtieġ, għandhom jagħmlu rakkomandazzjonijiet biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni. Il-Gruppi jistgħu jitolbu li informazzjoni addizzjonali tiġi pprovduta f’konformità mal-paragrafi 4, 5 u 6, isejħu laqgħat mal-partijiet rilevanti u jistiednu lill-Kummissjoni tivverifika l-informazzjoni pprovduta fil-post.
4.  

Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena wara s-sena tal-inklużjoni tal-proġett ta’ interess komuni fil-lista tal-Unjoni skont l-Artikolu 3, il-promoturi ta’ proġett għandhom jissottomettu rapport annwali, għal kull proġett li jaqa’ fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.1 u 2, lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 8 u jew lill-Aġenzija jew, għall-proġetti li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.3 u 4, lill-Grupp rispettiv. Dak ir-rapport għandu jipprovdi dettalji dwar:

(a) 

il-progress miksub fl-iżvilupp, il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar tal-proġett, b’mod partikolari fir-rigward ta’ proċeduri tal-għoti tal-permessi u l-konsultazzjoni;

(b) 

fejn huwa rilevanti, id-dewmien meta mqabbel mal-pjan ta’ implimentazzjoni, ir-raġunijiet għal dan id-dewmien u diffikultajiet oħra ffaċċjati;

(c) 

fejn huwa rilevanti, pjan rivedut bl-għan li jegħleb id-dewmien.

5.  
Fi żmien tliet xhur mill-wasla tar-rapporti annwali msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Aġenzija għandha tissottometti lill-Gruppi rapport konsolidat għall-proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.1 u 2, li jevalwa l-progress miksub u jagħmel, fejn xieraq, rakkomandazzjonijiet dwar kif jingħelbu d-dewmien u d-diffikultajiet li jinstabu. Dak ir-rapport konsolidat għandu jevalwa wkoll, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(8) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 713/2009, l-implimentazzjoni konsistenti tal-pjanijiet ta’ żvilupp tan-netwerk fl-Unjoni fir-rigward tal-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija.
6.  
Kull sena, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 8 għandhom jirrapurtaw lill-Grupp rispettiv dwar il-progress u, fejn rilevanti, dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni li jkunu jinsabu fit-territorju rispettiv tagħhom fir-rigward tal-proċessi tal-għoti tal-permessi, u tar-raġunijiet għal dan id-dewmien.
7.  

Jekk l-ikkummissjonar ta’ proġett ta’ interess komuni jiddewwem meta mqabbel mal-pjan ta’ implimentazzjoni, ħlief għal raġunijiet predominanti li mhumiex fil-kontroll tal-promotur tal-proġett::

(a) 

sakemm il-miżuri msemmija fl-Artikolu 22(7) (a), (b) jew (c) tad-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE huma applikabbli skont il-liġijiet nazzjonali rispettivi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-investiment jitwettaq;

(b) 

jekk il-miżuri tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont il-punt (a) ma jkunux applikabbli, il-promotur ta’ proġett għandu jagħżel parti terza biex tiffinanzja jew tibni parti mill-proġett jew il-proġett kollu. Il-promotur ta’ proġett għandu jagħmel dan qabel ma jaqbeż is-sentejn id-dewmien meta mqabbel mad-data tal-ikkummissjonar fil-pjan ta’ implimentazzjoni;

(c) 

jekk parti terza ma tintgħażilx skont il-punt (b), l-Istat Membru jew, meta l-Istat Membru jkun ippreveda hekk, l-awtorità regolatorja nazzjonali jistgħu, fi żmien xahrejn mill-iskadenza tal-perijodu msemmi fil-punt (b), jinnominaw parti terza biex tiffinanzja jew tibni l-proġett li l-promotur tal-proġett għandu jaċċetta;

(d) 

jekk id-dewmien jaqbeż is-sentejn u xahrejn meta mqabbel mad-data tal-ikkummissjonar fil-pjan ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni, skont il-ftehim u bil-kooperazzjoni sħiħa tal-Istati Membri konċernati, tista’ tniedi sejħa għall-proposti miftuħa għal kwalunkwe parti terza li kapaċi ssir promotur ta’ proġett biex twettaq il-proġett skont l-iskeda taż-żmien miftiehma;

(e) 

meta jiġu applikati l-punti (c) jew (d), l-operatur tas-sistemi, li l-investiment ikun jinsab fiż-żona tiegħu, għandu jipprovdi lill-operaturi jew lill-investituri jew lill-parti terza li jkunu qed jimplimentaw proġett l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-investiment, għandu jikkonnettja assi ġodda man-netwerk tat-trasmissjoni u, b’mod ġenerali, għandu jagħmel l-almu kollu tiegħu biex jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-investiment u l-operat u l-manutenzjoni tal-proġett ta’ interess komuni b’mod sigur, affidabbli u effiċjenti.

8.  
Proġett ta’ interess komuni jista’ jitneħħa mil-lista tal-Unjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3(4), jekk l-inklużjoni tiegħu f’dik il-lista kienet ibbażata fuq informazzjoni żbaljata li kienet fattur determinanti għal dik l-inklużjoni, jew il-proġett ma jkunx f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.
9.  
Proġetti li m’għadhomx fil-lista tal-Unjoni għandhom jitilfu d-drittijiet u l-obbligi kollha marbuta mal-istatus tal-proġett ta’ interess komuni li jirriżultaw minn dan ir-Regolament.

Madankollu, proġett li m’għadux fil-lista tal-Unjoni iżda li għalih ġie aċċettat fajl ta’ applikazzjoni biex jiġi eżaminat mill-awtorità kompetenti, għandu jżomm id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-Kapitolu III, ħlief fil-każ fejn il-proġett m’għadux fil-lista għar-raġunijiet stabbiliti fil-paragrafu 8.

10.  
Dan l-artikolu m’għandu jkun ta’ preġudizzju għall-ebda assistenza finanzjarja mogħtija lil kwalunkwe proġett ta’ interess komuni qabel ma dan jitneħħa mil-lista tal-Unjoni.

Artikolu 6

Koordinaturi Ewropej

1.  
Fejn proġett ta’ interess komuni jesperjenza diffikultajiet ta’ implimentazzjoni sinifikanti, il-Kummissjoni tista’ tagħżel, bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati, koordinatur Ewropew għal perijodu massimu ta’ sena li jista’ jiġġedded darbtejn.
2.  

Il-Koordinatur Ewropew għandu:

(a) 

jippromwovi l-proġetti li għalihom ikun intgħażel bħala koordinatur Ewropew u jippromovi d-djalogu transkonfinali bejn il-promoturi ta’ proġett u l-partijiet interessati kollha kkonċernati;

(b) 

jassisti l-partijiet kollha kif inhu meħtieġ fil-konsultazzjoni ma’ partijiet interessati kkonċernati fil-ksib tal-permessi meħtieġa għall-proġetti;

(c) 

jekk ikun xieraq, jagħti pariri lill-promoturi tal-proġetti dwar il-finanzjament tal-proġett;

(d) 

jiżgura li jingħataw appoġġ u direzzjoni strateġika xierqa mill-Istati Membri kkonċernati għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti;

(e) 

jissottometti rapport lill-Kummissjoni kull sena, u jekk ikun xieraq, kif jintemm il-mandat tiegħu, dwar il-progress tal-proġetti u dwar kwalunkwe diffikultajiet u ostakli li aktarx li jtawlu b’mod sinifikanti d-data tal-ikkummissjonar tal-proġetti. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Gruppi kkonċernati.

3.  
Il-koordinatur Ewropew għandu jintgħażel abbażi tal-esperjenza tiegħu fir-rigward tal-kompiti speċifiċi assenjati lilu għall-proġetti kkonċernati.
4.  
Id-deċiżjoni li jintgħażel koordinatur Ewropew għandha tispeċifika t-termini ta’ referenza li jipprovdu dettalji dwar it-tul taż-żmien tal-mandat, il-kompiti speċifiċi u l-iskadenza taż-żmien korrispondenti u l-metodoloġija li għandha tiġi segwita. L-isforz ta’ koordinazzjoni għandu jkun proporzjonat għall-kumplessità u l-ispejjeż stmati tal-proġetti.
5.  
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-koordinatur Ewropew fit-twettiq tal-kompiti tiegħu msemmija fil-paragrafi 2 u 4.



KAPITOLU III

GĦOTI TAL-PERMESSI U PARTEĊIPAZZJONI TAL-PUBBLIKU

Artikolu 7

“Status prijoritarju” ta’ proġetti ta’ interess komuni

1.  
L-adozzjoni tal-lista tal-Unjoni għandha tistabbilixxi, għall-finijiet ta’ kwalunkwe deċiżjoni maħruġa fil-proċess tal-għoti tal-permessi, in-neċessità ta’ dawn il-proġetti mill-perspettiva tal-politika dwar l-enerġija, mingħajr preġudizzju għall-post eżatt, ir-rotot jew it-teknoloġija tal-proġett.
2.  
Bil-għan li jiġi żgurat ipproċessar amministrattiv effiċjenti tal-fajls ta’ applikazzjoni marbuta ma’ proġetti ta’ interess komuni, il-promoturi ta’ proġett u l-awtoritajiet konċernati kollha għandhom jiżguraw li jingħata l-iżjed trattament rapidu li huwa legalment possibbli lil dawn il-fajls.
3.  
Fejn tali status jeżisti fil-liġi nazzjonali, il-proġetti ta’ interess komuni għandhom jiġu allokati l-istatus tal-ogħla sinifikat nazzjonali possibbli u jiġu ttrattati bħala tali fil-proċessi għall-għoti tal-permessi — u jekk il-liġi nazzjonali tipprevedi hekk, fl-ippjanar spazjali — inklużi dawk marbuta ma’ valutazzjonijiet ambjentali, bil-mod li dan it-trattament ikun previst fil-liġi nazzjonali applikabbli għat-tip ta’ infrastruttura tal-enerġija korrispondenti.
4.  
Sa is-16 ta’ Awwissu 2013, il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida mhux vinkolanti biex tappoġġa lill-Istati Membri fid-definizzjoni ta’ miżuri leġislattivi u mhux leġislattivi adegwati biex jiġu ssemplifikati l-proċeduri ta’ valutazzjoni ambjentali u biex tkun żgurata l-applikazzjoni koerenti tal-proċeduri ta’ valutazzjoni ambjentali meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni għal proġetti ta’ interess komuni.
5.  
L-Istati Membri għandhom jivvalutaw, filwaqt li jqisu kif dovut il-gwida msemmija fil-paragrafu 4, liema miżuri huma possibbli biex jiġu ssemplifikati l-proċeduri ta’ valutazzjoni ambjentali u biex tiġi żgurata l-applikazzjoni koerenti tagħhom, u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar ir-riżultat.
6.  
Sa disa’ xhur mid-data tal-ħruġ tal-gwida msemmija fil-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri mhux leġislattivi li jkunu identifikaw fil-paragrafu 5.
7.  
Sa 24 xahar mid-data tal-ħruġ tal-gwida msemmija fil-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri leġislattivi li jkunu identifikaw fil-paragrafu 5. Dawn il-miżuri għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni.
8.  
Fir-rigward tal-impatti ambjentali indirizzati fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43/KEE u l-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2000/60/KE, il-proġetti ta’ interess komuni għandhom jiġu kkunsidrati li huma ta’ interess pubbliku minn perspettiva ta’ politika dwar l-enerġija, u jistgħu jiġu kkunsidrati bħala interest pubbliku prevalenti, sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’dawn id-Direttivi jiġu ssodisfati.

Jekk tkun meħtieġa l-opinjoni tal-Kummissjoni skont id-Direttiva 92/43/KEE, skont l-Artikolu 9, il-Kummissjoni u l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżguraw li d-deċiżjoni dwar l-interess pubbliku prevalenti ta’ proġett tittieħed fil-limitu taż-żmien skont l-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Organizzazzjoni tal-proċess tal-għoti tal-permessi

1.  
Sa is-16 ta’ Novembru 2013, kull Stat Membru għandu jagħżel awtorità kompetenti nazzjonali waħda li għandha tkun responsabbli għall-iffaċilitar u l-koordinazzjoni tal-proċess tal-għoti tal-permessi għall-proġetti ta’ interess komuni.
2.  

Ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 u/jew il-kompiti relatati magħha jistgħu jiġu delegati lil, jew jitwettqu minn, awtorità oħra, għal kull proġett ta’ interess komuni jew għal kull kategorija ta’ proġetti ta’ interess komuni, sakemm:

(a) 

l-awtorità kompetenti tinnotifika lill-Kummissjoni ta’ dik id-delegazzjoni u l-informazzjoni fiha tiġi ppubblikata jew mill-awtorità kompetenti jew mill-promotur tal-proġett fil-websajt imsemmija fl-Artikolu 9(7);

(b) 

awtorità waħda biss tkun responsabbli għal kull proġett ta’ interess komuni, tkun l-uniku punt ta’ kuntatt għall-promotur tal-proġett fil-proċess li jwassal għad-deċiżjoni komprensiva għal proġett speċifiku ta’ interess komuni, u tikkoordina t-tressiq tad-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti kollha.

L-awtorità kompetenti tista’ żżomm ir-responsabbiltà li tistabbilixxi limiti taż-żmien, mingħajr preġudizzju għal-limiti taż-żmien stabbiliti skont l-Artikolu 10.

3.  

Mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti rilevanti taħt il-liġi tal-Unjoni u d-dritt Internazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjonijiet biex tiffaċilita l-ħruġ tad-deċiżjoni komprensiva. Id-deċiżjoni komprensiva għandha tinħareġ fil-limitu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 10(1) u (2) u skont waħda mill-iskemi li ġejjin:

(a)

skema integrata : id-deċiżjoni komprensiva għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti u għandha tkun l-unika deċiżjoni legalment vinkolanti li tirriżulta mill-proċedura statutorja għall-għoti tal-permessi. Meta awtoritajiet oħra jkunu kkonċernati mill-proġett, skont il-liġi nazzjonali dawn jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom bħala input għall-proċedura li għandha tiġi kkunsidrata mill-awtorità kompetenti;

(b)

skema koordinata : id-deċiżjoni komprensiva tinkludi bosta deċiżjonijiet individwali legalment vinkolanti maħruġa minn diversi awtoritajiet konċernati, li għandhom jiġu kkoordinati mill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi grupp ta’ ħidma fejn l-awtoritajiet konċernati kollha jkunu rappreżentati sabiex tiġi mfassla skeda ta’ għoti tal-permessi skont l-Artikolu 10(4)(b), u biex tiġi monitorjata u koordinata l-implimentazzjoni tagħha. L-awtorità kompetenti għandha, b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet ikkonċernati l-oħra, meta jkun applikabbli skont il-liġi nazzjonali, u mingħajr preġudizzju għal-limiti taż-żmien stabbiliti skont l-Artikolu 10, tistabbilixxi fuq il-bażi ta’ każ b’każ, limitu taż-żmien raġonevoli li matulu għandhom jinħarġu d-deċiżjonijiet individwali. L-awtorità kompetenti tista’ tieħu deċiżjoni individwali f’isem awtorità nazzjonali oħra kkonċernata, jekk id-deċiżjoni minn dik l-awtorità ma tasalx fil-limitu taż-żmien u jekk id-dewmien ma jkunx jista’ jiġi ġġustifikat b’mod adegwat; jew, fejn previst taħt il-liġi nazzjonali, u sakemm dan ikun kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, l-awtorità kompetenti tista’ tikkunsidra li awtorità nazzjonali oħra konċernata jew tat l-approvazzjoni jew ir-rifjut tagħha tal-proġett jekk id-deċiżjoni minn dik l-awtorità ma tingħatax sal-limitu taż-żmien. Fejn previst taħt il-liġi nazzjonali, l-awtorità kompetenti tista’ tinjora deċiżjoni individwali ta’ awtorità nazzjonali oħra konċernata jekk tikkunsidra li d-deċiżjoni mhijiex ssostanzjata biżżejjed fir-rigward tal-evidenza ppreżentata mill-awtorità nazzjonali kkonċernata; meta tagħmel dan, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-rekwiżiti rilevanti skont il-liġi internazzjonali u tal-Unjoni jiġu rrispettati u għandha tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha b’mod korrett;

(c)

skema kollaborattiva : id-deċiżjoni komprensiva għandha tiġi kkoordinata mill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha, b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet ikkonċernati l-oħra, meta jkun applikabbli skont il-leġislazzjonileġislazzjoni nazzjonali, u mingħajr preġudizzju għal-limiti taż-żmien stabbiliti skont l-Artikolu 10, tistabbilixxi fuq il-bażi ta’ każ b’każ, limitu taż-żmien raġonevoli li matulu għandhom jinħarġu d-deċiżjonijiet individwali. Għandha timmonitorja l-konformità mal-limiti taż-żmien min-naħa tal-awtoritajiet konċernati.

Jekk ikun mistenni li deċiżjoni individwali mill-awtorità konċernata ma tkunx se tittieħed fil-limitu taż-żmien, dik l-awtorità għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bla dewmien u tinkludi ġustifikazzjoni għad-dewmien. Sussegwentement, l-awtorità kompetenti għandha terġa’ tistabbilixxi l-limitu taż-żmien li fih dik id-deċiżjoni individwali għandha tinħareġ, filwaqt li tibqa’ tikkonforma mal-limiti taż-żmien ġenerali stabbiliti skont l-Artikolu 10.

Filwaqt li jirrikonoxxu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali fi proċessi ta’ ppjanar u ta’ għoti tal-permessi, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu bejn it-tliet skemi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu biex jiffaċilitaw u jikkoordinaw il-proċeduri tagħhom u għandhom jagħżlu li jimplimentaw l-iskema l-aktar effikaċi. Fejn Stat Membru jagħżel l-iskema kollaborattiva, għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar ir-raġunijiet dwar dan. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-effikaċja tal-iskemi fir-rapport previst fl-Artikolu 17.

4.  
L-Istati Membri jistgħu japplikaw skemi differenti kif stabbilit fil-paragrafu 3 għal proġetti onshore u offshore ta’ interess komuni.
5.  
Jekk proġett ta’ interess komuni jitlob li d-deċiżjonijiet jittieħdu f’żewġ Stati Membri jew iktar, l-awtoritajiet kompetenti rispettivi għandhom jieħu l-passi neċessarji kollha għal kooperazzjoni u koordinazzjoni effiċjenti u effettivi bejniethom, inkluż fir-rigward tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(4). L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu proċeduri konġunti, speċjalment fir-rigward tal-valutazzjoni tal-impatti ambjentali.

Artikolu 9

Trasparenza u parteċipazzjoni tal-pubbliku

1.  
Sa is-16 ta’ Mejju 2014, l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti għandhom, meta jkun applikabbli b’kollaborazzjoni ma’awtoritajiet oħra kkonċernati, tippubblika manwal ta’ proċeduri għall-proċess għall-għoti tal-permessi applikabbli għal proġetti ta’ interess komuni. Il-manwal għandu jiġi aġġornat kif ikun meħtieġ u jkun disponibbli għall-pubbliku. Il-manwal għandu mill-inqas jinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness VI.1. Il-manwal m’għandux ikun legalment vinkolanti, iżda jista’ jirreferi għal, jew jikkwota dispożizzjonijiet legali rilevanti.
2.  
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit abbażi tal-Konvenzjonijiet Aarhus u Espoo u l-liġi rilevanti tal-Unjoni, il-partijiet kollha involuti fil-proċess għall-għoti tal-permessi għandhom jimxu fuq il-prinċipji tal-parteċipazzjoni al-pubbliku stabbiliti fl-Anness VI.3.
3.  
Il-promotur ta’ proġett għandu jfassal u jissottometti, fi żmien perijodu indikattiv ta’ tliet xhur mill-bidu tal-proċess għall-għoti tal-permessi skont l-Artikolu 10(1)(a), kunċett dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku lill-awtorità kompetenti, skont il-proċess deskritt fil-manwal imsemmi fil-paragrafu 1 u b’konformità mal-linji gwida stabbiliti fl-Anness VI. L-awtorità kompetenti għandha titlob modifiki jew tapprova l-kunċett tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku fi żmien tliet xhur; meta tagħmel dan, l-awtorità kompetenti għandha tqis kwalunkwe forma ta’ parteċipazzjoni u konsultazzjoni tal-pubbliku li seħħew qabel il-bidu tal-proċess tal-għoti tal-permessi, sakem tali parteċipazzjoni u konsultazzjoni tal-pubbliku jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

Meta l-promotur ta’ proġett ikun biħsiebu jagħmel bidliet sinifikanti għal kunċett approvat, għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar dan. F’dak il-każ, l-awtorità kompetenti tista’ titlob modifiki.

4.  
Mill-inqas konsultazzjoni pubblika waħda għandha titwettaq mill-promotur ta’ proġett, jew, fejn meħtieġ mil-liġi nazzjonali, mill-awtorità kompetenti, qabel is-sottomissjoni tal-fajl tal-applikazzjoni finali u komplet lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 10(1)(a). Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe konsultazzjoni pubblika li għandha ssir wara s-sottomissjoni tat-talba għal kunsens għall-iżvilupp skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2011/92/UE. Il-konsultazzjoni pubblika għandha tinforma lill-partijiet interessati msemmija fl-Anness VI.3(a), dwar il-proġett fi stadju bikri u għandha tgħin biex jiġu identifikati l-iżjed post jew perkors xierqa u l-kwistjonijiet rilevanti li għandhom jiġu indirizzati fil-fajl tal-applikazzjoni. Ir-rekwiżiti minimi applikabbli għal din il-konsultazzjoni pubblika huma speċifikati fl-Anness VI.5.

Il-promotur ta’ proġett għandu jħejji rapport li jiġbor fil-qosor ir-riżultati tal-attivitajiet relatati mal-parteċipazzjoni tal-pubbliku qabel is-sottomissjoni tal-fajl tal-applikazzjoni, fosthom dawk l-attivitajiet li seħħew qabel il-bidu tal-proċess tal-għoti tal-permessi. Il-promotur ta’ proġett għandu jippreżenta dak ir-rapport flimkien mal-fajl tal-applikazzjoni lill-awtorità kompetenti. Dawn ir-riżultati għandhom jitqiesu kif xieraq fid-deċiżjoni komprensiva.

5.  
Għal proġetti li jaqsmu l-fruntieri ta’ żewġ Stati Membri jew iżjed, il-konsultazzjonijiet pubbliċi, skont il-paragrafu 4, f’kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati għandhom isiru f’perijodu ta’ mhux iżjed minn xahrejn mid-data li fiha tkun inbdiet l-ewwel konsultazzjoni tal-pubbliku.
6.  
Għal proġetti li x’aktarx ikollhom impatti negattivi transkonfinali sinifikanti fi Stat Membru wieħed jew iżjed tal-viċinat, fejn ikunu applikabbli l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/92/UE u l-Konvenzjoni Espoo, l-informazzjoni rilevanti għandha tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti tal-Istati Membri tal-viċinat. L-awtorità kompetenti tal-Istati Membri tal-viċinat għandha tindika, fil-proċess tan-notifika meta jkun xieraq, jekk hi, jew xi awtorità oħra kkonċernata, tixtieqx tipparteċipa fil-proċeduri ta’ konsultazzjoni pubblika rilevanti.
7.  
Il-promotur ta’ proġett, jew, fejn il-liġi nazzjonali tipprovdi dan, l-awtorità kompetenti, għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw regolarment sit elettroniku b’informazzjoni rilevanti dwar il-proġett ta’ interess komuni, li għandha tkun konnessa mas-sit elettroniku tal-Kummissjoni u li għandu jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fl-Anness VI.6. Informazzjoni kummerċjalment sensittiva għandha tinżamm kunfidenzjali.

Barra minn dan, il-promoturi ta’ proġett għandhom ukoll jippubblikaw l-informazzjoni rilevanti permezz ta’ mezzi ta’ informazzjoni xierqa oħra, li għalihom il-pubbliku għandu jkollu aċċess liberu.

Artikolu 10

Tul taż-żmien u implimentazzjoni tal-proċess għall-għoti tal-permessi

1.  

Il-proċess għall-għoti tal-permessi għandu jikkonsisti minn żewġ proċeduri:

(a) 

il-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni, li tkopri l-perijodu bejn il-bidu tal-proċess tal-għoti tal-permessi u l-aċċettazzjoni tal-fajl ta’ applikazzjoni sottomess mill-awtorità kompetenti, għandha ssir fi żmien perijodu indikattiv ta’ sentejn.

Din il-proċedura għandha tinkludi t-tħejjija ta’ kwalunkwe rapport ambjentali li għandu jitħejja mill-promoturi tal-proġetti.

Bil-għan li jiġi stabbilit il-bidu tal-proċess għall-għoti tal-permessi, il-promoturi ta’ proġett għandhom jinnotifikaw il-proġett lill-awtorità kompetenti tal-Istati kkonċernati bil-miktub, u għandhom jinkludu deskrizzjoni raġonevolment dettaljata tal-proġett. Mhux iżjed minn tliet xhur wara l-wasla tan-notifika, l-awtorità kompetenti għandha, anke f’isem awtoritajiet oħra kkonċernati, tirrikonoxxi, jew jekk tqis li l-proġett ma laħaqx biżżejjed maturità biex jidħol fil-proċess għall-għoti tal-permessi, tirrifjuta n-notifika bil-miktub. F’każ ta’ rifjut, l-awtorità kompetenti għandha tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha, anke f’isem awtoritajiet oħra kkonċernati. Id-data tal-iffirmar tar-rikonoxximent tan-notifika mill-awtorità kompetenti għandha sservi bħala l-bidu tal-proċess għall-għoti tal-permessi. Fejn ikunu kkonċernati żewġ Istati Membri jew iżjed, id-data tal-aċċettazzjoni tal-aħħar notifika mill-awtorità kompetenti kkonċernata għandha sservi bħala d-data tal-bidu tal-proċess tal-għoti tal-permessi.

(b) 

Il-proċedura statutorja għall-għoti tal-permessi, li tkopri l-perijodu mid-data tal-aċċettazzjoni tal-fajl tal-applikazzjoni sottomess sakemm tittieħed id-deċiżjoni komprensiva, m’għandhiex taqbeż sena u sitt xhur. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu data iktar kmieni għal-limitu taż-żmien jekk dan jitqies xieraq.

2.  
Id-durata kombinata taż-żewġ proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhiex taqbeż perijodu ta’ tliet snin u sitt xhur. Madankollu, meta l-awtorità kompetenti tqis li waħda mill-fażijiet jew iż-żewġ proċeduri tal-proċess tal-għoti tal-permessi mhux se jiġu kkompletati qabel il-limiti taż-żmien stabbiliti fil-paragrafu 1, tista’ tiddeċiedi, qabel ma jintemmu u fuq il-bażi ta’ każ b’każ, li testendi wieħed minn dawk il-limiti jew iż-żewġ limiti taż-żmien b’massimu ta’ disa’ xhur għaż-żewġ proċeduri kombinati.

F’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Grupp ikkonċernat u tippreżenta lill-Grupp il-miżuri kkonċernati meħuda jew li għandhom jittieħdu biex il-proċess tal-għoti tal-permessi jiġi konkluż blinqas dewmien ta’ żmien possibbli. Il-Grupp jista’ jitlob lill-awtorità kompetenti tirrapporta regolarment dwar il-progress miksub f’dan ir-rigward.

3.  
Fi Stati Membri li fihom id-determinazzjoni ta’ rotta jew post, imwettqa unikament għall-għan speċifiku ta’ proġett ippjanat, inkluż l-ippjanar ta’ kurituri speċifiċi għall-infrastrutturi tal-grids, ma tistax tiġi inkluża fil-proċess li jwassal għad-deċiżjoni komprensiva, id-deċiżjoni korrispondenti għandha tittieħed fi żmien perijodu separat ta’ sitt xhur, li jibda mid-data tas-sottomissjoni mill-promotur tad-dokumenti ta’ applikazzjoni finali u kompleti.

F’dak il-każ, il-perijodu ta’ estensjoni msemmi fil-paragrafu 2 għandu jitnaqqas għal sitt xhur, anke għall-proċedura msemmija f’dan il-paragrafu.

4.  

Il-proċedura ta’ preapplikazzjoni għandha tinkludi l-passi li ġejjin:

(a) 

malli tiġi rikonoxxuta n-notifika, skont il-paragrafu 1(a), l-awtorità kompetenti għandha tidentifika, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet l-oħra kkonċernati, u meta jkun xieraq abbażi ta’ proposta mill-promotur tal-proġett, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-materjal u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa mill-promotur ta’ proġett, bħala parti mill-fajl tal-applikazzjoni, biex japplika għad-deċiżjoni komprensiva. Il-lista ta’ verifika msemmija fl-Anness VI.1(e) għandha sservi bħala bażi għal din l-identifikazzjoni;

(b) 

l-awtorità kompetenti għandha tfassal, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-promotur ta’ proġett u ma’ awtoritajiet oħra kkonċernati u filwaqt li tikkunsidra r-riżultati tal-attivitajiet imwettqa skont il-punt (a), kalendarju dettaljat għall-proċess tal-għoti tal-permessi skont il-linji gwida stabbiliti fl-Anness VI.(2);

Għal proġetti li jaqsmu l-fruntiera bejn żewġ Stati Membri jew iżjed, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom iħejju kalendarju konġunt, li fihom jippruvaw jallinjaw l-iskedi ta’ żmien tagħhom;

(c) 

malli tirċievi l-abbozz tal-fajl tal-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha, jekk ikun meħtieġ, u anke f’isem awtoritajiet oħra kkonċernati, tagħmel talbiet ulterjuri rigward informazzjoni nieqsa li għandha tiġi sottomessa mill-promotur ta’ proġett, li jistgħu jindirizzaw biss is-suġġetti identifikati fil-punt (a). Fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tal-informazzjoni nieqsa, l-awtorità kompetenti għandha taċċetta għall-eżami l-applikazzjoni bil-miktub. Talbiet għal informazzjoni ulterjuri jistgħu jsiru biss jekk ikunu ġustifikati minn ċirkustanzi ġodda.

5.  
Il-promotur ta’ proġett għandu jiżgura l-kompletezza u n-natura adegwata tal-fajl tal-applikazzjoni, u għandu jitlob l-opinjoni tal-awtorità kompetenti dwar dan mill-iktar fis possibbli matul il-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni. Il-promotur ta’ proġett għandu jikkoopera bis-sħiħ mal-awtorità kompetenti biex jiġu rispettati l-iskadenzi u l-iskeda dettaljata kif definit fil-paragrafu 4(b).
6.  
Il-limiti ta’ żmien stipulati f’dan l-Artikolu se jkunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi li joħorġu mil-liġi internazzjonali u tal-Unjoni, u mingħajr preġudizzju għal proċeduri amministrattivi ta’ appell u rimedji ġudizzjarji quddiem qorti jew tribunal.



KAPITOLU IV

TRATTAMENT REGOLATORJU

Artikolu 11

Analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż tas-sistema tal-enerġija

1.  
Sa is-16 ta’ Novembru 2013, in-Netwerk ta’ Operaturi tas-Sistemi tat-Trasmissjoni (ENTSO) għall-Elettriku u l-ENTSO għall-Gass għandhom jippubblikaw u jissottomettu lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-metodoloġiji rispettivi tagħhom, inkluż fuq l-immudellar tan-netwerk u tas-suq, għal analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż ta’ sistema tal-enerġija armonizzata fil-livell tal-Unjoni għal proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji msemmija fl-Anness II.1(a) sa (d) u l-Anness II.2. Dawn il-metodoloġiji għandhom jiġu applikati għat-tħejjija ta’ kull pjan deċennali sussegwenti għall-iżvilupp tan-netwerk żviluppat mill-ENTSOs għall-Elettriku jew l-ENTSO għall-Gass skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 u l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009. Il-metodoloġiji għandhom jiġu mfassla f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness V u għandhom ikunu konsistenti mar-regoli u l-indikaturi stabbiliti fl-Anness IV.

Qabel ma jissottomettu l-metodoloġiji rispettivi tagħhom, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENTSO għall-Gass għandhom iwettqu proċess ta’ konsultazzjoni estensiv li jinvolvi tal-anqas l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-partijiet interessati rilevanti kollha — u, jekk jitqies xieraq, il-partijiet interessati stess — l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet nazzjonali oħra.

2.  
Fi żmien tliet xhur mid-data tal-wasla tal-metodoloġiji, l-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar il-metodoloġiji u tippubblikaha.
3.  
Fi żmien tliet xhur mill-wasla tal-opinjoni tal-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha, u l-Istati Membri jistgħu, jagħtu opinjoni dwar il-metodoloġiji. L-opinjonijiet għandhom jiġu sottomessi lill-ENTSO għall-Elettriku jew lill-ENTSO għall-Gass.
4.  
Fi żmien tliet xhur mid-data tal-wasla tal-aħħar opinjoni li tkun waslet skont il-paragrafu 3, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENTSO għall-Gass għandhom jadattaw il-metodoloġiji tagħhom filwaqt li jqisu b’mod dovut l-opinjonijiet li jaslu mill-Istati Memebri, l-opinjoni tal-Kummissjoni u l-opinjoni tal-Aġenzija, u jissottomettuhom lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.
5.  
Fi żmien ġimagħtejn mill-approvazzjoni mill-Kummissjoni, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENTSO għall-Gass għandhom jippubblikaw il-metodoloġiji rispettivi tagħhom fuq is-siti elettroniċi tagħhom. Huma għandhom jittrażmettu s-settijiet ta’ data tal-input korrispondenti, kif definiti fl-Anness V.1, u data oħra rilevanti dwar in-netwerk, il-fluss tat-tagħbija u s-suq f’forma preċiża biżżejjed, skont il-liġi nazzjonali u l-ftehimiet dwar il-kunfidenzjalità rilevanti, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija, meta mitluba jagħmlu dan. Id-data għandha tkun valida fid-data tat-talba. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jiżguraw it-trattament kunfidenzjali tad-data li taslilhom, min-naħa tagħhom stess u min-naħa ta’ kwalunkwe parti li twettaq xogħol analitiku għalihom abbażi ta’ dik id-data.
6.  
Il-metodoloġiji għandhom jiġu aġġornati u mtejba regolarment f’konformitá mal-paragrafi 1 sa 5. L-Aġenzija, fuq inizjattivi proprja jew fuq talba motivata kif xieraq mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew il-partijiet interessati, u wara li tikkonsulta formalment l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-partijiet interessati rilevanti kollha u lill-Kummissjoni, tista’ titlob tali aġġornament u titjib bil-ġustifikazzjoni u t-termini ta’ żmien dovuti. L-Aġenzija għandha tippubblika t-talba/talbiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew mill-partijiet interessati u d-dokumenti rilevanti kollha mhux kummerċjalment sensittivi li jwasslu għal talba mill-Aġenzija għal aġġornament jew titjib.
7.  
Sa is-16 ta’ Mejju 2015, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jikkooperaw fil-qafas tal-Aġenzija għandhom jistabbilixxu u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku sett ta’ indikaturi u valuri ta’ referenza korrispondenti għat-tqabbil ta’ unitajiet ta’ spejjeż ta’ investimentgħal proġetti paragunabbli tal-kategoriji tal-infrastruttura inklużi fl-Anness II.1 u 2. Dawk il-valuri ta’ referenza jistgħu jintużaw mill-ENTSO għall-Elettriku u l-ENTSO għall-gas għall-analiżijiet tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż imwettqa għal pjanijiet deċennali sussegwenti għall-iżvilupp tan-netwerks.
8.  
Sal-31 ta’ Diċembru 2016, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENTSO għall-Gass għandhom jissottomettu b’mod konġunt lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija mudell konsistenti u interkonness għas-suq u għan-netwerk tal-elettriku u tal-gass li jinkludi kemm l-infrastruttura tat-trasmissjoni tal-elettriku u l-gass kif ukoll il-faċilitajiet tal-ħżin u tal-LNG u li jkopru l-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija u mfassla f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness V. Wara l-approvazzjoni ta’ dan il-mudell mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4, dawn għandhom jiġu inklużi fil-metodoloġiji.

Artikolu 12

Permess għal investimenti b’impatti transkonfinali

1.  
L-ispejjeż tal-investiment imġarrba b’mod effiċjenti, li jeskludu l-ispejjeż tal-manutenzjoni, marbuta ma’ proġett ta’ interess komuni li jaqa’ fl-Anness II.1(a), (b) u (d) u l-Anness II.2 għandhom jiġu koperti trażmissjomit-TSO rilevanti jew mill-promoturi tal-proġetti tal-infrastruttura tat-trasmissjoni tal-Istati Membri li l-proġett jipprovdilhom impatt pożittiv nett, u, sakemm ma jkunux koperti b’kirjiet ta’ konġestjoni jew imposti oħra, għandhom jitħallsu mill-utenti tan-netwerks permezz ta’ tariffi għall-aċċess għan-netwerks f’dak l-Istat Membru jew f’dawk l-Istati Membri.
2.  
Għal proġett ta’ interess komuni li jaqa’ fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.1(a), (b) u (d) u l-Anness II.2, il-paragrafu 1 għandu japplika biss jekk mill-inqas promotur ta’ proġett wieħed jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti japplikaw dan l-Artikolu għall-ispejjeż kollha tal-proġett jew għal parti minnhom. Għal proġett ta’ interess komuni li jaqa’ fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.2, il-paragrafu 1 għandujapplika biss meta tkun twettqet valutazzjoni tad-domanda tas-suq li wriet li wieħed ma jistax jistenna li l-ispejjeż ta’ investiment imġarrba b’mod effiċjenti jiġu koperti mit-tariffi.

Meta proġett ikollu diversi promoturi ta’ proġett, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti għandhom, mingħajr dewmien, jitolbu lill-promoturi ta’ proġett kollha jissottomettu t-talba tal-investiment b’mod konġunt skont il-paragrafu 3.

3.  
Għal proġett ta’ interess komuni li għalih jiġi applikat il-paragrafu 1, il-promoturi ta’ proġett għandu/hom iżommu l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati infurmati regolarment, tal-anqas darba fis-sena, u sakemm il-proġett jiġi kkummissjonat, bil-progress ta’ dak il-proġett u l-identifikazzjoni tal-ispejjeż u l-impatti assoċjati miegħu.

Hekk kif tali proġett ikun laħaq biżżejjed maturità, il-promoturi ta’ proġett, wara li jkun(u) ikkonsulta(w) lit-TSOs mill-Istati Membri li għalihom il-proġetti jipprovdu impatt pożittiv nett sinifikanti, għandu/hom jissottometti/u talba ta’ investiment. Dik it-talba ta’ investiment għandha tinkludi talba għal allokazzjoni tal-ispejjeż transkonfinali u għandha tiġi sottomessa lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati kollh a, akkompanjata minn dawn li ġejjin:

(a) 

analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż speċifika għall-proġett konsistenti mal-metodoloġija mfassla skont l-Artikolu 11 u filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji lil hinn mill-fruntieri tal-Istat Membru kkonċernat;

(b) 

pjan ta’ negozju li jevalwa l-vijabbiltà finanzjarja tal-proġett, inkluża s-soluzzjoni ta’ finanzjament magħżula, u għal proġett ta’ interess komuni li jaqa’ fil-kategorija msemmija fl-Anness II.2, ir-riżultati tal-ittestjar tas-suq; u

(c) 

jekk il-promoturi tal-proġett jaqblu, proposta ssostanzjata għal allokazzjoni tal-ispejjeż transkonfinali.

Jekk proġett jiġi promoss minn diversi promoturi ta’ proġett, dawn għandhom jissottomettu t-talba ta’ investiment tagħhom b’mod konġunt.

Għal proġetti inklużi fl-ewwel lista tal-Unjoni, il-promoturi ta’ proġett għandhom jissottomettu t-talba ta’ investiment tagħhom sal-31 ta’ Ottubru 2013.

Kopja ta’ kull talba ta’ investiment għandha tiġi trażmessa għal skopijiet ta’ informazzjoni u mingħajr dewmien mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali lill-Aġenzija malli tasal.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Aġenzija għandhom iżommu l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

4.  
Fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tkun waslet l-aħħar talba ta’ investiment mingħand l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, wara li jikkonsultaw mal-promoturi tal-proġett ikkonċernati, jieħdu deċiżjonijiet ikkoordinati dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż tal-investiment li għandhom jiġu koperti minn kull operatur tas-sistema għall-proġett, kif ukoll dwar l-inklużjoni tagħhom fit-tariffi. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jiddeċiedu li jallokaw biss parti mill-ispejjeż jew jistgħu jiddeċiedu li jallokaw l-ispejjeż fuq pakkett ta’ diversi proġetti ta’ interess komuni.

Meta jkunu qed jallokaw l-ispejjeż, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu l-ammonti reali jew stmati:

— 
tal-kirjiet ta’ konġestjoni jew imposti oħra,
— 
id-dħul mill-mekkaniżmu ta’ kumpens għall-operaturi ta’ sistemi ta’ intertrasmissjoni stabbilit skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.

Fid-deċiżjoni dwar jekk għandhiex issir allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż, għandhom jiġu kkunsidrati l-ispejjeż u l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-proġetti fl-Istati Membri kkonċernati u l-possibbiltà li jkun hemm bżonn appoġġ finanzjarju.

Fid-deċiżjoni dwar jekk għandhiex issir allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali relevanti, f’konsultazzjoni mat-TSOs ikkonċernati, għandhom jipprovaw jilħqu ftehim reċiproku bbażat fuq l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 3(a) u (b) imma mhux limitat għaliha.

Jekk proġett ta’ interess komuni jkun ta’ mitigazzjoni għall-esternalitajiet negattivi, bħat-trasferimenti f’ċirku, u dak il-proġett ta’ interess komuni jiġi implimentat fl-Istat Membru minn fejn oriġinat din l-esternalità negattiva, tali mitigazzjoni m’għandhiex titqies bħala benefiċċju transkonfinali u għaldaqstant m’għandhiex tikkostitwixxi bażi għall-allokazzjoni tal-ispejjeż lit-TSO tal-Istati Membri milquta minn dawk l-esternalitajiet negattivi.

5.  
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, abbażi tal-allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż kif imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, jikkunsidraw l-ispejjeż attwali mġarrba minn TSO jew promotur ieħor ta’ proġett bħala riżultat tal-investimenti meta jistabbilixxu jew japprovaw it-tariffi skont l-Artikolu 37(1)(a) tad-Direttiva 2009/72/KE u l-Artikolu 41(1)(a) tad-Direttiva 2009/73/KE, sakemm dawn l-ispejjeż jikkorrispondu għal dawk ta’ operatur effiċjenti u strutturalment komparabbli.

Id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż għandha tiġi nnotifikata, mingħajr dewmien, mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali lill-Aġenzija, flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward tad-deċiżjoni. B’mod partikolari, l-informazzjoni għandha tinkludi r-raġunijiet dettaljati li abbażi tagħhom ikunu ġew allokati l-ispejjeż fost l-Istati Membri, bħalma huma dawn li ġejjin:

(a) 

evalwazzjoni tal-impatti identifikati, inklużi dawk li jikkonċernaw it-tariffi tan-netwerks, fuq kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati;

(b) 

evalwazzjoni tal-pjan ta’ negozju msemmi fil-paragrafu 3(b);

(c) 

l-esternalitajiet pożittivi reġjonali jew mifruxa fl-Unjoni kollha ġġenerati mill-proġett;

(d) 

ir-riżultat tal-konsultazzjoni tal-promoturi ta’ proġett ikkonċernati.

Id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż għandha tiġi ppubblikata.

6.  
Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati ma jkunux laħqu ftehim dwar it-talba ta’ investiment fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tkun waslet it-talba mingħand l-aħħar awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata, dawn għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija mingħajr dewmien.

F’dan il-każ jew fuq talba konġunta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati, id-deċiżjoni dwar it-talba ta’ investiment li tinkludi l-allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 3, kif ukoll il-metodu ta’ kif l-ispiża tal-investimenti hi riflessa fit-tariffi għandha tittieħed mill-Aġenzija fi żmien tliet xhur mid-data tar-riferiment lill-Aġenzija.

Qabel ma tieħu tali deċiżjoni, l-Aġenzija għandha tikkonsulta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati u l-promoturi ta’ proġett. Il-perijodu ta’ tliet xhur imsemmi fit-tieni subparagrafu jista’ jiġi estiż b’perijodu addizzjonali ta’ xahrejn meta jkun hemm bżonn iżjed informazzjoni mill-Aġenzija. Dak il-perijodu addizzjonali għandu jibda fil-jum wara l-wasla tal-informazzjoni kompluta.

Id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż għandha tiġi ppubblikata. L-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 713/2009 għandhom ikunu applikabbli.

7.  
Kopja tad-deċiżjonijiet kollha dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż, flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward ta’ kull deċiżjoni, għandha tiġi notifikata, mingħajr dewmien, mill-Aġenzija lill-Kummissjoni. Dik l-informazzjoni tista’ tiġi sottomessa f’forma aggregata. Il-Kummissjoni għandha żżomm il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
8.  
Din id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż m’għandhiex taffettwa d-dritt tat-TSOs li japplikaw u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li japprovaw bidliet għal aċċess għal netwerks skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2009/72/KE u tad-Direttiva 2009/73/KE, l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, u l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.
9.  

Dan l-Artikolu m’għandux japplika għall-proġetti ta’ interess komuni li jkunu rċevew:

(a) 

eżenzjoni mill-Artikoli 32, 33, 34 u l-Artikolu 41(6), (8) u (10) tad-Direttiva 2009/73/KE skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73/KE;

(b) 

eżenzjoni mill-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 jew eżenzjoni mill-Artikolu 32 u l-Artikolu 37(6) u (10) tad-Direttiva 2009/72/KE skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009;

(c) 

eżenzjoni skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/55/KE ( 1 ); jew

(d) 

eżenzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 ( 2 ).

Artikolu 13

Inċentivi

1.  
Meta promotur ta’ proġett iġarrab riskji akbar għall-iżvilupp, il-kostruzzjoni, l-operat jew il-manutenzjoni ta’ proġett ta’ interess komuni li jaqa’ taħt il-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.1(a), (b) u (d) u l-Anness II.2, meta mqabbla mar-riskji li jittieħdu normalment minn proġett ta’ infrastruttura komparabbli, l-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li jingħataw inċentivi xierqa lil dak il-proġett b’konformità mal-Artikolu 37(8) tad-Direttiva 2009/72/KE, l-Artikolu 41(8) tad-Direttiva 2009/73/KE, l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, u l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

L-ewwel subparagrafu m’għandux japplika fejn il-proġett ta’ interess komuni jkun irċieva:

(a) 

eżenzjoni mill-Artikoli 32, 33, 34 u l-Artikolu 41(6), (8) u (10) tad-Direttiva 2009/73/KE skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73/KE;

(b) 

eżenzjoni mill-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 jew eżenzjoni mill-Artikoli 32 u 37(6) u (10) tad-Direttiva 2009/72/KE skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009;

(c) 

eżenzjoni skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/55/KE; jew

(d) 

eżenzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003.

2.  
Id-deċiżjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-għoti tal-inċentivi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkunsidra r-riżultati tal-analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż abbażi tal-metodoloġija mfassla skont l-Artikolu 11 u b’mod partikolari l-esternalitajiet pożittivi reġjonali jew fl-Unjoni kollha ġġenerati mill-proġett. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom janalizzaw ulterjorment ir-riskji speċifiċi meħuda mill-promoturi ta’ proġett, il-miżuri tal-mitigazzjoni tar-riskju meħuda u l-ġustifikazzjoni ta’ dan il-profil tar-riskju fid-dawl tal-impatt pożittiv nett ipprovdut mill-proġett, meta mqabbel ma’ alternattiva ta’ riskju aktar baxx. Ir-riskji eliġibbli għandhom jinkludu b’mod partikolari riskji marbuta ma’ teknoloġiji ta’ trasmissjoni ġodda, kemm fuq l-art kif ukoll barra mill-kosta, riskji relatati mal-insuffiċjenza fil-kopertura tal-ispejjeż u riskji relatati mal-iżvilupp.
3.  

L-inċentiv mogħti bid-deċiżjoni għandu jikkunsidra n-natura speċifika tar-riskju sostnut u jista’ jkopri fost affarijiet oħra:

(a) 

ir-regoli għal investiment antiċipatorju; jew

(b) 

ir-regoli għar-rikonoxximent tal-ispejjeż imġarrba b’mod effiċjenti qabel l-ikkummissjonar tal-proġett; jew

(c) 

ir-regoli għall-provvista ta’ ritorn addizzjonali fuq il-kapital investit għall-proġett; jew

(d) 

kwalunkwe miżura oħra li hija meqjusa meħtieġa u xierqa.

4.  
Sal-31 ta’ Lulju 2013, kull awtorità regolatorja nazzjonali għandha tippreżenta lill-Aġenzija l-metodoloġija tagħha u l-kriterji użati għall-evalwazzjoni ta’ investimenti fi proġetti fl-infrastruttura tal-elettriku u l-gass u r-riskji akbar li jieħdu huma, fejn ikunu disponibbli.
5.  

Sal-31 ta’ Diċembru 2013, waqt li tqis kif dovut l-informazzjoni li tkun irċeviet skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-prattiki tajba u toħroġ rakkomandazzjonijiet bi qbil mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 713/2009 rigward:

(a) 

l-inċentivi msemmija fil-paragrafu 1 abbażi ta’ parametraġġ ta’ riferiment tal-aħjar prattika mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali;

(b) 

metodoloġija komuni li tevalwa r-riskji akbar sostnuti għal investimenti fi proġetti tal-infrastruttura tal-elettriku u l-gass.

6.  
Sal-31 ta’ Marzu 2014, kull awtorità regolatorja nazzjonali għandha tippubblika l-metodoloġija tagħha u l-kriterji użati għall-evalwazzjoni ta’ investimenti fi proġetti tal-infrastruttura tal-elettriku u l-gass u r-riskji akbar li tkun sostniet.
7.  
Fejn il-miżuri msemmijin fil-paragrafi 5 u 6 mhumiex biżżejjed biex tiġi żgurata implimentazzjoni f’waqtha tal-proġetti ta’ interess komuni, il-Kummissjoni tista’ toħroġ linji gwida dwar l-inċentivi stabbiliti f’dan l-Artikolu.



KAPITOLU V

FINANZJAMENT

Artikolu 14

Eliġibbiltà ta’ proġetti għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni

1.  
Proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.1, 2 u 4 huma eliġibbli għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal studji u strumenti finanzjarji.
2.  

Proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.1(a) sa (d) u l-Anness II.2, minbarra proġetti ta’ ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma, huma eliġibbli wkoll għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal xogħlijiet, jekk jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a) 

l-analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż speċifika għall-proġett skont l-Artikolu 12(3)(a) tipprovdi provi li jikkonċernaw l-eżistenza ta’ esternalitajiet pożittivi sinifikanti, bħas-sigurtà tal-provvista, is-solidarjetà jew l-innovazzjoni;

(b) 

il-proġett ikun irċieva deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż transkonfinali skont l-Artikolu 12; jew, fir-rigward tal-proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategorija mniżżla fl-Anness II.1(c) u li għaldaqstant ma jirċevux deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż transkonfinali, il-proġett għandu jimmira li jipprovdi servizzi bejn il-fruntieri, li jġib miegħu innovazzjoni teknoloġika u li jiżgura s-sikurezza tal-operazzjoni tal-grid transkonfinali;

(c) 

il-proġett ma jkunx kummerċjalment vijabbli skont il-pjan tan-negozju u evalwazzjonijiet oħra mwettqa, speċjalment minn investituri jew kredituri possibbli jew mill-awtorità regolatorja nazzjonali. Id-deċiżjoni dwar l-inċentivi u l-ġustifikazzjoni tagħha msemmija fl-Artikolu 13(2) għandha tittieħed meta tiġi evalwata l-vijabbiltà kummerċjali tal-proġett;

3.  
Proġetti ta’ interess komuni mwettqa b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(7)(d) għandhom ikunu eliġibbli wkoll għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal xogħlijiet jew jissodisfaw il-kriterji stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
4.  
Proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.1(e) u 4 għandhom ikunu eliġibbli wkoll għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal xogħlijiet, jekk il-promoturi tal-proġett ikkonċernati jkunu jistgħu juru b’mod ċar l-esternalitajiet pożittivi sinifikanti ġġenerati mill-proġetti u n-nuqqas ta’ vijabbiltà kummerċjali tagħhom, skont il-pjan ta’ negozju jew evalwazzjonijiet oħra mwettqa, speċfikament minn investituri jew kredituri possibbli jew, fejn ikun applikabbli, awtorità regolatorja nazzjonali.

Artikolu 15

Gwida għall-kriterji biex tingħata l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

Il-kriterji speċifiċi stipulati fl-Artikolu 4(2) u l-parametri stipulati fl-Artikolu 4(4) għandhom jissodisfaw ukoll ir-rwol ta’ objettivi għall-iskop li jiġu stabbiliti l-kriterji biex tingħata l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni fir-Regolament rilevanti dwar il-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa”.

Artikolu 16

L-eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 3 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin mill-15 ta’ Mejju 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem ta’ dan il-perijodu. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3.  
Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 3 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 3 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ [xahrejn] min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’[xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.



KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 17

Rapportar u evalwazzjoni

Sa mhux iktar tard mill-2017, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jipprovdi evalwazzjoni:

(a) 

tal-progress miksub għall-ippjanar, l-iżvilupp, il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar ta’ proġetti ta’ interess komuni magħżula skont l-Artikolu 3, u, fejn rilevanti, id-dewmien fl-implimentazzjoni u diffikultajiet oħra ffaċċjati;

(b) 

tal-fondi impenjati u żburżati mill-Unjoni għal proġetti ta’ inttal-fondi użati u żburżati mill-Unjoni għal proġetti ta’ interess komuni skont id-dispożizzjonijiet tar-[Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa”], imqabbla mal-valur totali tal-proġetti ta’ interess komuni ffinanzjati;eress komuni, imqabbla mal-valur totali tal-proġetti ta’ interess komuni ffinanzjati;

(c) 

għas-setturi tal-elettriku u l-gass, tal-evoluzzjoni tal-livell ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri, l-evoluzzjoni korrispondenti tal-prezzijiet tal-enerġija, kif ukoll l-għadd ta’ avvenimenti ta’ falliment tas-sistema tan-netwerk, il-kawżi tagħhom u l-ispiża ekonomika relatata;

(d) 

għall-għoti tal-permessi u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku, b’mod partikolari:

(i) 

tat-tul ta’ żmien totali medju u massimu tal-proċessi tal-għoti tal-permessi għall-proġetti ta’ interess komuni, inkluż it-tul ta’ żmien ta’ kull pass tal-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni, imqabbla maż-żmien previst mit-tragwardi ewlenin tal-bidu msemmija fl-Artikolu 10(4);

(ii) 

tal-livell ta’ oppożizzjoni ffaċċjat minn proġetti ta’ interess komuni (speċjalment l-għadd ta’ osservazzjonijiet bil-miktub waqt il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, l-għadd ta’ azzjonijiet għal rikors legali);

(iii) 

ta’ ħarsa ġenerali lejn l-aħjar prattiki u l-prattiki innovattivi fir-rigward tal-involviment tal-partijiet interessati u l-mitigazzjoni tal-impatt ambjentali waqt il-proċessi tal-għoti tal-permessi u l-implimentazzjoni tal-proġetti;

(iv) 

tal-effikaċja tal-iskemi previsti fl-Artikolu 8(3) rigward il-konformità mal-limiti ta’ żmien stipulati skont l-Artikolu 10;

(e) 

għat-trattament regolatorju, b’mod partikolari:

(i) 

tal-għadd ta’ proġetti ta’ interess komuni li ngħataw deċiżjoni dwar allokazzjoni ta’ spejjeż transkonfinali skont l-Artikolu 12;

(ii) 

tal-għadd u t-tip ta’ proġetti ta’ interess komuni li jkunu rċevew inċentivi speċifiċi skont l-Artikolu 13;

(f) 

tal-effikaċja ta’ dan ir-Regolament biex jikkontribwixxi għall-għanijiet għall-integrazzjoni tas-suq sal-2014 u l-2015, għall-objettivi klimatiċi u enerġetiċi għall-2020, u, fuq żmien itwal, għal bidla lejn ekonomija b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju sal-2050.

Artikolu 18

Informazzjoni u pubbliċità

Il-Kummissjoni, sa sitt xhur wara d-data meta tiġi adottata l-ewwel lista tal-Unjoni, għandha tistabbilixxi pjattaforma għat-trasparenza tal-infrastruttura li tkun faċilment aċċessibbli mill-pubbliku ġenerali, anke permezz tal-internet. Din il-pjattaforma għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

informazzjoni ġenerali, aġġornata, inkluża informazzjoni ġeografika, għal kull proġett ta’ interess komuni;

(b) 

il-pjan ta’ implimentazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5(1), għal kull proġett ta’ interess komuni;

(c) 

ir-riżultati ewlenin tal-analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż abbażi tal-metodoloġija mfassla skont l-Artikolu 11 għall-proġetti ta’ interess komuni kkonċernati, minbarra informazzjoni kummerċjalment sensittiva;

(d) 

il-lista tal-Unjoni;

(e) 

il-fondi allokati u żburżati mill-Unjoni għal kull proġett ta’ interess komuni.

Artikolu 19

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-għoti, il-kontinwazzjoni jew il-modifikazzjoni ta’ assistenza finanzjarja mogħtija mill-Kummissjoni abbażi ta’ sejħiet għal proposti mnedija taħt ir-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija ( 3 ) għall-proġetti elenkati fl-Annessi I u III għad-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE jew fid-dawl tal-miri, ibbażati fuq il-kategoriji rilevanti tan-nefqa għat-TEN-E, kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni ( 4 ).

Għall-proġetti ta’ interess komuni fil-proċess għall-għoti tal-permessi li għalihom promotur ta’ proġetti jkun ressaq fajl ta’ applikazzjoni qabel is-16 ta’ Novembru 2013, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III m’għandhomx japplikaw.

▼M4 —————

▼M5 —————

▼B

Artikolu 22

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 715/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 huwa emendat kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 8(10), il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a) 

jibni fuq pjanijiet ta’ investiment nazzjonali, waqt li jitqiesu l-pjanijiet ta’ investiment reġjonali kif imsemmijin fl-Artikolu 12(1), u, jekk ikun il-każ, l-aspetti tal-Unjoni tal-ippjanar tan-netwerk, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea ( *1 ); għandu jkun soġġett għal analiżi tal-benefiċċji meta mqabblin mal-ispejjeż permezz tal-metodoloġija stabbilita kif stipulat fl-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament.

(2) 

L-Artikolu 11 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Spejjeż

L-ispejjeż relatati mal-attivitajiet tal-ENTSO tal-Gass imsemmi fl-Artikoli 4 sa 12 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 għandhom jiġġarrbu mill-operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni u għandhom jitqiesu fil-kalkolu tat-tariffi. L-awtoritajiet regolatorji għandhom japprovaw dawn l-ispejjeż biss jekk ikunu raġonevoli u xierqa.”.

Artikolu 23

Tħassir

Id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE hija hawnhekk imħassra mill-1 ta’ Jannar 2014. M’għandhom jirriżultaw l-ebda drittijiet taħt dan ir-Regolament għall-proġetti elenkati fl-Annessi I u III għad-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE.

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2013 bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 14 u 15 li għandhom japplikaw mid-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament rilevanti dwar il-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa”.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

KURITURI U OQSMA PRIJORITARJI TAL-INFRASTRUTTURA TAL-ENERĠIJA

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kurituri u l-oqsma ta’ prijorità tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropej li ġejjin:

1.   KURITURI PRIJORITARJI TAL-ELETTRIKU

(1) Il-Grid Barra mill-Kosta tal-Ibħra tat-Tramuntana (“NSOG” — Northern Seas Offshore Grid): l-iżvilupp ta’ grid tal-elettriku integrata barra mill-kosta u l-interkonnetturi relatati fil-Baħar tat-Tramuntana, il-Baħar Irlandiż, il-Kanal Ingliż, il-Baħar Baltiku u l-ilmijiet fil-viċin għat-trasport tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija barra mill-kosta rinnovabbli lejn ċentri ta’ konsum u ħżin u għaż-żieda tal-iskambju tal-elettriku transkonfinali.

Stati Membri kkonċernati: il-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju Unit, l-Isvezja;

(2) Interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa (“NSI West Electricity”): interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri tar-reġjun u maż-żona tal-Mediterran, inkluża l-peniżola Iberika, speċjalment biex jintegraw l-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u jsaħħu l-infrastrutturi tal-grids interni biex titrawwem l-integrazzjoni tas-suq fir-reġjun.

Stati Membri kkonċernati: l-Awstrija, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, ir-Renju Unit, Spanja;

(3) Interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (“NSI East Electricity”): interkonnessjonijiet u linji interni fid-direzzjonijiet ta’ Tramuntana-Nofsinhar u Lvant-Punent biex jikkompletaw is-suq intern u jintegraw il-ġenerazzjoni minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

Stati Membri kkonċernati: l-Awstrija, il-Bulgarija, Ċipru, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Kroazja ( 5 ), il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, l-Ungerija;

(4) Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fl-elettriku (Baltic Energy Market Interconnection Plan “BEMIP tal-Elettriku”): interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri fir-reġjun Baltiku u r-rinfurzar ta’ infrastrutturi tal-grid interni skont dan, biex jintemm l-iżolament tal-Istati Baltiċi u biex titrawwem l-integrazzjoni tas-suq fost affarijiet oħra billi jkun hemm ħidma lejn l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fir-reġjun.

Stati Membri kkonċernati: id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, l-Isvezja.

2.   KURITURI PRIJORITARJI TAL-GASS

(5) Interkonnessjonijiet tal-gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa (“NSI West Gas”): infrastruttura tal-gass għal flussi tal-gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa biex ikomplu jiddiversifikaw ir-rotot tal-provvista u biex tiżdied il-kapaċità ta’ kunsinna ta’ gass fi żmien qasir.

Stati Membri kkonċernati: il-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, ir-Renju Unit, Spanja;

(6) Interkonnessjonijiet tal-gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fix-Xlokk tal-Ewropa (“NSI East Gas”): infrastruttura tal-gass għall-konnessjonijiet tal-gass reġjonali bejn ir-reġjun tal-Baħar Baltiku, l-Ibħra Adrijatiku u tal-Eġew, il-Baħar Mediterran tal-Lvant u l-Baħar l-Iswed u għat-tisħiħ tad-diversifikazzjoni u s-sigurtà tal-provvista tal-gass;

Stati Membri kkonċernati: l-Awstrija, il-Bulgarija, Ċipru, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Kroazja (5) , il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, l-Ungerija;

(7) Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar (“SGC”): infrastruttura għat-trasmissjoni ta’ gass mill-Baċir tal-Kaspju, l-Asja Ċentrali, il-Lvant Nofsani u l-Baċir Mediterranju tal-Lvant lill-Unjoni sabiex tissaħħaħ id-diversifikazzjoni tal-provvista tal-gass.

Stati Membri kkonċernati: l-Awstrija, il-Bulgarija, Ċipru, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Kroazja ( 6 ), il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, l-Ungerija;

(8) Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fil-gass (“BEMIP Gas”): infrastruttura tal-gass li ttemm l-iżolament tat-tliet Stati Baltiċi u l-Finlandja u d-dipendenza tagħhom fuq fornitur wieħed, li ssaħħaħ l-infrastrutturi tal-grids interni u li żżid id-diversifikazzjoni u s-sigurtà tal-provvisti fir-reġjun tal-Baħar Baltiku.

Stati Membri kkonċernati: id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, l-Isvezja.

3.   KURITUR PRIJORITARJU TAŻ-ŻEJT

(9) Konnessjonijiet tal-provvista taż-żejt fil-Lvant Ċentrali tal-Ewropa (“OSC”): interoperabbiltà tan-netwerk tal-pipelines taż-żejt fil-Lvant Ċentrali tal-Ewropa għaż-żieda tas-sigurtà tal-provvista u t-tnaqqis tar-riskji ambjentali.

Stati Membri kkonċernati: l-Awstrija, il-Ġermanja, il-Kroazja (6) , il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, l-Ungerija.

4.   OQSMA TEMATIĊI PRIJORITARJI

(10) Użu tal-grids intelliġenti: adozzjoni ta’ teknoloġiji ta’ grids intelliġenti fl-Unjoni li jintegraw b’mod effiċjenti l-imġiba u l-azzjonijiet tal-utenti kollha għan-netwerk tal-elettriku, b’mod partikolari l-ġenerazzjoni ta’ ammonti kbar ta’ elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli jew distribwiti u r-rispons għad-domanda mill-konsumaturi.

Stati Membri kkonċernati: kollha;

(11) Awtostradi tal-elettriku: l-ewwel awtostradi tal-elettriku sal-2020, fid-dawl tal-bini ta’ sistema ta’ awtostradi tal-elettriku fl-Unjoni li hija kapaċi:

(a) 

takkomoda l-ġenerazzjoni żejda tal-enerġija mir-riħ li qiegħda dejjem tiżdied fl-Ibħra tat-Tramuntana u l-Baltiku u madwarhom u żżid il-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli fil-Lvant u t-Tramuntana tal-Ewropa kif ukoll fl-Afrika ta’ Fuq;

(b) 

torbot dawn iċ-ċentri ġodda ta’ ġenerazzjoni mal-kapaċitajiet ta’ ħżin importanti fil-pajjiżi Nordiċi, fl-Alpi u f’reġjuni oħra b’ċentri ta’ konsum ewlenin, u

(c) 

tlaħħaq ma’ provvista tal-elettriku dejjem iżjed varjabbli u deċentralizzata u ma’ domanda flessibbli għall-elettriku.

Stati Membri kkonċernati: kollha;

(12) Netwerk transkonfinali tad-diossidu tal-karbonju: żvilupp ta’ infrastruttura għat-trasport tad-diossidu tal-karbonju bejn l-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi tal-viċinat biex ikunu jistgħu jiġu attivati l-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju.

Stati Membri kkonċernati: kollha.




ANNESS II

KATEGORIJI TAL-INFRASTRUTTURA TAL-ENERĠIJA

Il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija li għandhom jiġu żviluppati sabiex jiġu implimentati l-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija elenkati fl-Anness I huma dawn li ġejjin:

(1) 

fir-rigward tal-elettriku:

(a) 

il-fili għat-trasmissjoni ta’ vultaġġ għoli ’l fuq mill-art, jekk ikunu ġew iddisinjati għal vultaġġ ta’ 220 kV jew iżjed, u kejbils għat-trasmissjoni taħt l-art u taħt il-baħar, jekk ikunu ġew iddisinjati għal vultaġġ ta’ 150 kV jew iżjed;

(b) 

fir-rigward b’mod partikolari tal-awtostradi tal-elettriku; kwalunkwe tagħmir fiżiku ddisinjat biex jippermetti t-trasport tal-elettriku fuq il-livell ta’ vultaġġ għoli u għoli ħafna, bil-ħsieb li ammonti kbar ta’ elettriku ġġenerat jew maħżun fi Stat Membru jew f’diversi Stati Membri jew pajjiżi terzi jiġu konnessi mal-konsum tal-elettriku fuq skala kbira fi Stat Membru jew f’diversi Stati Membri;

(c) 

il-faċilitajiet għall-ħżin tal-elettriku li jintużaw għall-ħżin tal-elettriku fuq bażi temporanja jew permanenti f’infrastruttura jew siti ġeoloġiċi taħt l-art jew fuq l-art, sakemm dawn ikunu konnessi direttament ma’ fili għat-trasmissjoni b’vultaġġ għoli ddisinjati għal vultaġġ ta’ 110 kV jew iżjed;

(d) 

kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni essenzjali biex is-sistemi definiti fil-punti (a) sa (c) joperaw b’sikurezza, sigurtà u effiċjenza, inklużi s-sistemi ta’ protezzjoni, monitoraġġ u kontroll fil-livelli kollha tal-vultaġġ u fis-substazzjonijiet kollha;

(e) 

kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni, kemm fil-livell tat-trasmissjoni u kif ukoll tad-distribuzzjoni b’vultaġġ medju, li jimmira lejn komunikazzjoni diġitali bidirezzjonali, f’ħin reali jew viċin il-ħin reali, monitoraġġ u ġestjoni interattivi u intelliġenti tal-ġenerazzjoni, it-trasmissjoni, id-distribuzzjoni u l-konsum tal-elettriku fi ħdan netwerk tal-elettriku bl-għan li jiġi żviluppat netwerk li b’mod effiċjenti jintegra l-imġiba u l-azzjonijiet tal-utenti kollha konnessi miegħu — ġeneraturi, konsumaturi u dawk li jagħmlu t-tnejn — sabiex jiġu żgurati sistema tal-elettriku ekonomikament effiċjenti, sostenibbli, b’telf baxx u b’livelli għoljin ta’ kwalità, sigurtà tal-provvista u sikurezza;

(2) 

fir-rigward tal-gass:

(a) 

il-pipelines ta’ trasmissjoni għat-trasport tal-gass naturali u l-bijogass li jiffurmaw parti minn netwerk li jinkludi primarjament pipelines bi pressa għolja, apparti l-pipelines bi pressa għolja li jintużaw għal distribuzzjoni upstream jew lokali ta’ gass naturali;

(b) 

il-faċilitajiet għall-ħżin taħt l-art konnessi mal-imsemmija pipelines tal-gass bi pressa għolja;

(c) 

il-faċilitajiet ta’ riċeviment, ħżin u rigassifikazzjoni jew dekompressjoni għal gass naturali likwifikati (LNG) jew gass naturali kkompressat (CNG);

(d) 

kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni essenzjali biex is-sistema topera b’sikurezza, b’sigurtà u b’effiċjenza jew biex tippermetti kapaċità bidirezzjonali, inklużi l-istazzjonijiet ta’ kompressjoni;

(3) 

fir-rigward taż-żejt:

(a) 

il-pipelines użati għat-trasport ta’ żejt mhux maħdum;

(b) 

l-istazzjonijiet tal-ippumpjar u l-faċilitajiet ta’ ħżin meħtieġa għall-operazzjoni tal-pipelines għaż-żejt mhux maħdum;

(c) 

kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni essenzjali biex is-sistema inkwistjoni topera b’mod adattat, b’sigurtà u b’effiċjenza, inklużi s-sistemi ta’ protezzjoni, monitoraġġ u kontroll u l-apparat ta’ inverżjoni tal-fluss;

(4) 

fir-rigward tad-diossidu tal-karbonju:

(a) 

il-pipelines dedikati, minbarra netwerks ta’ pipelines upstream, użati għat-trasport ta’ diossidu tal-kabonju minn iżjed minn sors wieħed, jiġifieri installazzjonijiet industrijali (inklużi impjanti tal-enerġija) li jipproduċu gass tad-diossidu tal-karbonju mill-kombustjoni jew reazzjonijiet kimiċi oħra li jinvolvu komposti fossili jew mhux fossili li fihom il-karbonju, għall-finijiet tal-ħżin ġeoloġiku permanenti tad-diossidu tal-karbonju skont id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 );

(b) 

il-faċilitajiet għal-likwifikazzjoni u l-ħżin intermedju tad-diossidu tal-karbonju fil-prospettiva tat-trasport ulterjuri tiegħu. Dan ma jinkludix l-infrastruttura ġo formazzjoni ġeoloġika li tintuża għal ħżin ġeoloġiku permanenti tad-diossidu tal-karbonju skont id-Direttiva 2009/31/KE u l-faċilitajiet tal-wiċċ u ta’ injezzjoni assoċjati.

(c) 

kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni essenzjali biex is-sistema inkwistjoni topera b’mod xieraq, b’sigurtà u b’effiċjenza, inklużi s-sistemi ta’ protezzjoni, monitoraġġ u kontroll.




ANNESS III

LISTI REĠJONALI TA’ PROĠETTI TA’ INTERESS KOMUNI

1.   REGOLI GĦALL-GRUPPI

(1) Għall-proġetti relatati mal-elettriku li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.1, kull Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, tat-TSOs, kif ukoll il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-ENTSO tal-Elettriku.

Għall-proġetti relatati mal-gass li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.2, kull Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, tat-TSOs, kif ukoll il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-ENTSO tal-Gass.

Għall-proġetti relatati mat-trasport taż-żejt u d-diossidu tal-karbonju li jaqgħu fil-kategoriji msemmija fl-Anness II.3 u 4, kull Grupp għandu jkun magħmul minn rapprezentanti tal-Istati Membri, il-promoturi tal-proġetti kkonċernati minn kull prijorità rilevanti indikata fl-Anness I u l-Kummissjoni.

(2) Il-korpi deċiżjonali tal-Gruppi jistgħu jingħaqdu bejniethom. Il-Gruppi kollha jew il-korpi deċiżjonali kollha għandhom jiltaqgħu, meta jkun rilevanti, biex jiddiskutu t-temi li jkunu komuni għall-Gruppi kollha; it-tali temi jistgħu jinkludu kwistjonijiet rilevanti għall-konsistenza transreġjonali jew l-għadd ta’ proġetti proposti inklużi fl-abbozzi tal-listi reġjonali li jkunu fil-periklu li se jsiru inkontrollabbli.

(3) Kull Grupp għandu jorganizza l-ħidma tiegħu f’konformità mal-isforzi għall-kooperazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2009/72/KE, l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/73/KE, l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, u l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 u l-istrutturi eżistenti oħra ta’ kooperazzjoni reġjonali.

(4) Kull Grupp għandu jistieden, kif ikun xieraq bl-għan li tiġi implimentata l-prijorità rilevanti indikata fl-Anness I, il-promoturi ta’ proġett li potenzjalment ikun eliġibbli biex jintgħażel bħala proġett ta’ interess komuni, kif ukoll ir-rappreżentanti tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, tal-awtoritajiet regolatorji, u TSOs’ mill-pajjiżi kandidati tal-UE u l-pajjiżi li potenzjalment jistgħu jkunu kandidati, il-pajjiżi membri taż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, ir-rappreżentanti minn istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità tal-Enerġija, il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-pajjiżi li magħhom l-Unjoni tkun stabbilixxiet kooperazzjoni speċifika għall-qasam tal-enerġija. Id-deċiżjoni li jiġu mistiedna rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi għandha tkun ibbażata fuq kunsens.

(5) Kull Grupp għandu jikkonsulta mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet interessati rilevanti — u, jekk jitqies xieraq, mal-partijiet interessati direttament — inklużi l-produtturi, l-operaturi ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni, il-fornituri, il-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet tal-protezzjoni ambjentali. Il-Grupp jista’ jorganizza smigħ jew konsultazzjonijiet meta jkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

(6) Ir-regoli interni, lista aġġornata tal-organizzazzjonijiet membri, informazzjoni aġġornata regolarment dwar il-progress tal-ħidma, l-aġendi tal-laqgħat, kif ukoll il-konklużjonijiet u d-deċiżjonijiet finali ta’ kull Grupp għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni fuq il-pjattaforma għat-trasparenza msemmija fl-Artikolu 18.

(7) Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Gruppi għandhom jagħmlu ħilithom biex ikun hemm konsistenza bejn il-Gruppi differenti. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jiżguraw, meta jkun rilevanti, l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-ħidma kollha li tirrappreżenta interess interreġjonali bejn il-Gruppi kkonċernati.

Il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Aġenzija fil-Gruppi m’għandhiex tipperikola t-twettiq tal-objettivi u d-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament jew skont l-Artikoli 36 u 37 tad-Direttiva 2009/72/KE u l-Artikoli 40 u 41 tad-Direttiva 2009/73/KE, jew skont ir-Regolament (KE) Nru 713/2009.

2.   PROĊESS BIEX JIĠU STABBILITI LISTI REĠJONALI

(1) Il-promoturi ta’ proġett li jkun potenzjalment eliġibbli biex jintgħażel bħala proġett ta’ interess komuni li jkunu jixtiequ jiksbu l-istatus ta’ proġetti ta’ interess komuni għandhom iressqu applikazzjoni għall-għażla ta’ proġett bħala proġett ta’ interess komuni lill-Grupp li tkun tinkludi:

— 
valutazzjoni tal-proġetti tagħhom fir-rigward tal-kontribut għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet stabbiliti fl-Anness I,
— 
analiżi dwar l-issodisfar tal-kriterji rilevanti definiti fl-Artikolu 4,
— 
fir-rigward tal-proġetti li jkun laħqu grad suffiċjenti ta’ maturità, analiżi tal-benefiċċji meta mqabblin mal-ispejjeż speċifika għall-proġett, bi qbil mal-Artikoli 21 u 22 u abbażi tal-metodoloġiji żviluppati mill-ENTSO għall-Elettriku u l-ENTSO għall-Gass skont l-Artikolu 11, u
— 
kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti għall-evalwazzjoni tal-proġett.

(2) Id-destinatarji kollha għandhom iżommu l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

(3) Wara li tkun ġiet adottata l-ewwel lista tal-Unjoni, fir-rigward tal-listi kollha sussegwenti tal-Unjoni li jiġu adottati, il-proġetti proposti għall-ħżin u t-trasmissjoni tal-elettriku li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.1(a), (b) u (d) għandhom ikunu parti mill-aħħar pjan deċennali disponibbli għall-iżvilupp tan-netwerk tal-elettriku, żviluppat mill-ENTSO tal-Elettriku skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.

(4) Wara li tkun ġiet adottata l-ewwel lista tal-Unjoni, fir-rigward tal-listi kollha sussegwenti tal-Unjoni li jiġu adottati, il-proġetti proposti għall-infrastruttura tal-gass li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.2 għandhom ikunu parti mill-aħħar pjan deċennali disponibbli għall-iżvilupp tan-netwerk tal-gass, żviluppat mill-ENTSO tal-Gass skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

(5) Il-proposti għal proġetti li jitressqu biex jiġu inklużi fl-ewwel lista tal-Unjoni li ma jkunux ġew evalwati skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 għandhom jiġu vvalutati fil-livell tas-sistema tat-totalità tal-Unjoni:

— 
mill-ENTSO tal-Elettriku bi qbil mal-metodoloġija applikata fl-aħħar pjan deċennali disponibbli għall-iżvilupp tan-netwerk fir-rigward tal-proġetti li jaqgħu taħt l-Anness II.1(a), (b) u (d),
— 
mill-ENTSO tal-Gass jew minn parti terza b’mod konsistenti abbażi ta’ metodoloġija oġġettiva fir-rigward tal-proġetti li jaqgħu taħt l-Anness II.2.

Sas-16 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni għandha toħroġ Linji Gwida dwar il-kriterji li għandhom jiġu applikati mill-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass meta jkunu qed jiżviluppaw il-pjanijiet deċennali għall-iżvilupp tan-netwerk rispettivi tagħhom imsemmijin fil-punti (3) u (4) ta’ hawn fuq, sabiex tiżgura t-trattament ugwali u t-trasparenza tal-proċess.

(6) Il-proġetti proposti għat-trasport tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu fil-kategorija stabbilita fl-Anness II.4 għandhom jiġu ppreżentati bħala parti minn pjan, żviluppat minn tal-anqas żewġ Stati Membri, għall-iżvilupp ta’ infrastruttura għat-trasport u l-ħżin transkonfinali tad-diossidu tal-karbonju, li għandu jiġi ppreżentat mill-Istati Membri kkonċernati jew mill-entitajiet maħtura minn dawk l-Istati Membri lill-Kummissjoni.

(7) Fir-rigward tal-proġetti proposti li jaqgħu taħt il-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.1 u 2, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u jekk ikun hemm bżonn l-Aġenzija, għandhom, kull fejn ikun possibbli fil-kuntest tal-kooperazzjoni reġjonali (l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2009/72/KE, l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/73/KE), jikkontrollaw li l-kriterji u l-metodoloġija ta’ analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż ikunu qed jiġu applikati b’mod konsistenti u jevalwaw ir-rilevanza transkonfinali tagħhom. Huma għandhom jippreżentaw l-evalwazzjoni tagħhom lill-Grupp.

(8) Fir-rigward tal-proġetti proposti għat-trasport taż-żejt u tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu taħt il-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.3 u 4, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4. Għall-proġetti proposti tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu taħt il-kategorija stabbilita fl-Anness II.4, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll il-potenzjal għall-estensjoni futura biex tinkludi Stati Membri addizzjonali. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-evalwazzjoni tagħha lill-Grupp.

(9) Kull Stat Membru li proġett propost ma jkollux x’jaqsam mat-territorju tiegħu imma li jista’ jkollu impatt pożittiv nett potenzjali jew effett sinifikanti potenzjali fuqu, bħal fuq l-ambjent jew fuq l-operazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija fit-territorju tiegħu, jista’ jippreżenta opinjoni lill-Grupp fejn jispeċifika t-tħassib tiegħu;

(10) Il-korp deċiżjonali tal-Grupp għandu jeżamina, fuq talba ta’ Stat Membru tal-Grupp, ir-raġunijiet motivati ppreżentati minn Stat Membru skont l-Artikolu 3(3) talli ma jkunx approva proġett ta’ interess komuni relatat mat-territorju tiegħu.

(11) Il-Grupp għandu jiltaqa’ biex jeżamina u jikklassifika l-proġetti proposti, waqt li jqis l-evalwazzjoni tar-regolaturi, jew l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-proġetti għat-trasport taż-żejt u tad-diossidu tal-karbonju.

(12) L-abbozzi tal-listi reġjonali tal-proġetti proposti li jaqgħu taħt il-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.1 u 2 imfassla mill-Gruppi, flimkien ma’ kwalunkwe opinjoni kif speċifikat fil-punt (9), għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija sitt xhur qabel id-data ta’ adozzjoni tal-lista tal-Unjoni. L-abbozzi tal-listi reġjonali u l-opinjonijiet akkumpanjanti għandhom jiġu evalwati mill-Aġenzija fi żmien tliet xhur mid-data meta tirċevihom. L-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni dwar l-abbozzi tal-listi reġjonali, b’mod partikulari fir-rigward tal-applikazzjoni konsistenti tal-kriterji u tal-analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż bejn reġjun u ieħor. L-opinjoni tal-Aġenzija għandha tiġi adottata bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 713/2009.

(13) Fi żmien xahar mid-data meta jirċievi l-opinjoni tal-Aġenzija, il-korp deċiżjonali ta’ kull Grupp għandu jadotta l-lista reġjonali finali tiegħu, waqt li jirrispetta d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(3), abbażi tal-proposta tal-Gruppi u waqt li jqis l-opinjoni tal-Aġenzija u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ppreżentati bi qbil mal-punt (7), jew il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-proġetti għat-trasport taż-żejt u tad-diossidu tal-karbonju proposti bi qbil mal-punt (8). Il-Gruppi għandhom jippreżentaw il-listi reġjonali finali lill-Kummissjoni, flimkien ma’ kwalunkwe opinjoni kif speċifikat fil-punt (9).

(14) Jekk, abbażi tal-listi reġjonali li tirċievi, u wara li tkun qieset l-opinjoni tal-Aġenzija, l-għadd totali ta’ proġetti ta’ interess komuni proposti fuq il-lista tal-Unjoni jkun jaqbeż għadd maniġġabbli, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, wara li tkun ikkonsultat ma’ kull Grupp ikkonċernat, ma tinkludix fil-lista tal-Unjoni dawk il-proġetti li jkunu ġew ikklassifikati fl-iżjed pożizzjonijiet baxxi mill-Grupp ikkonċernat skont il-klassifika stabbilita skont l-Artikolu 4(4).




ANNESS IV

REGOLI U INDIKATURI LI JIKKONĊERNAW IL-KRITERJI TAL-PROĠETTI TA’ INTERESS KOMUNI

(1) Proġett b’impatt transkonfinali sinifikanti huwa proġett fit-territorju ta’ Stat Membru, li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

fir-rigward tat-trasmissjoni tal-elettriku, il-proġett iżid il-kapaċità ta’ trasferiment tal-grid, jew il-kapaċità disponibbli għall-flussi kummerċjali, fil-fruntiera ta’ dak l-Istat Membru ma’ Stat Membru jew diversi Stati Membri, jew fi kwalunkwe sezzjoni trażversali rilevanti oħra tal-istess kuritur ta’ trasmissjoni bl-effett li tiżdied din il-kapaċità ta’ trasferiment tal-grid transkonfinali, b’mill-inqas 500 Megawatt meta mqabbla mas-sitwazzjoni jekk ma jiġix ikkummissjonat il-proġett;

(b) 

fir-rigward tal-ħżin tal-elettriku, il-proġett jipprovdi kapaċità installata ta’ mill-inqas 225 MW u jkollu kapaċità ta’ ħżin li tippermetti ġenerazzjoni annwali netta tal-elettriku ta’ mill-inqas 250 GW-h fis-sena;

(c) 

fir-rigward tat-trasmissjoni tal-gass, il-proġett jikkonċerna investiment fil-kapaċitajiet ta’ inverżjoni tal-flussi jew jibdel il-kapaċità ta’ trasmissjoni tal-gass bejn il-fruntiera/i tal-Istati Membri kkonċernati b’mill-inqas 10 % meta mqabbla mas-sitwazzjoni qabel ikun ġie kkummissjonat il-proġett;

(d) 

fir-rigward tal-ħżin tal-gass jew tal-gass naturali likwifikat/kompressat, il-proġett ikun immirat biex iforni direttament jew indirettament lil mill-inqas żewġ Stati Membri jew biex jissodisfa l-istandard tal-infrastruttura (ir-regola N-1) fil-livell reġjonali bi qbil mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 );

(e) 

fir-rigward tal-grids intelliġenti, il-proġett ikun iddisinjat għal tagħmir u installazzjonijiet ta’ vultaġġ għoli u vultaġġ medju ddisinjati għal vultaġġ ta’ 10 kV jew iżjed. Ikun jinvolvi operaturi ta’ sistemi ta’ trasmissjoni u distribuzzjoni minn mill-inqas żewġ Stati Membri, li jkopru mill-inqas 50 000 utent li jiġġeneraw jew jikkunsmaw l-elettriku jew li jagħmlu t-tnejn li huma f’żona ta’ konsum ta’ mill-inqas 300 GW-h fis-sena, li minnhom mill-inqas 20 % joriġinaw minn riżorsi rinnovabbli li huma ta’ natura varjabbli.

(2) Fir-rigward tal-proġetti li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.1(a) sa (d), il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4 għandhom jiġu evalwati kif ġej:

(a) 

L-integrazzjoni tas-suq, il-kompetizzjoni u l-flessibbiltà tas-sistema għandhom jitkejlu f’konformità mal-analiżi li tkun saret fl-aħħar pjan deċennali disponibbli fl-Unjoni kollha għall-iżvilupp tan-netwerk tal-elettriku, speċjalment billi:

— 
jiġu kkalkolati, fir-rigward ta’ proġetti transkonfinali, l-impatt fuq il-kapaċità tal-grid li tittrasferixxi fluss tal-elettriku fiż-żewġ direzzjonijiet, imkejjel f’termini tal-ammont ta’ enerġija (f’megawatt), u l-kontribut tagħhom sabiex tintlaħaq il-kapaċità interkonnettiva minima ta’ 10 % tal-kapaċità ta’ produzzjoni installata jew, fir-rigward tal-proġetti b’impatt transkonfinali sinifikanti, l-impatt fuq il-kapaċità ta’ trasferiment tal-grid fil-fruntieri bejn l-Istati Membri rilevanti, bejn l-Istati Membri rilevanti u pajjiżi terzi jew fi ħdan l-Istati Membri rilevanti u fuq l-ibbilanċjar tad-domanda mal-provvista u l-operazzjonijiet tan-netwerk fl-Istati Membri rilevanti,
— 
jiġi vvalutat l-impatt, għaż-żona ta’ analiżi kif definita fl-Anness V.10, f’termini tal-ispejjeż għall-ġenerazzjoni u t-trasmissjoni fis-sistema kollha tal-enerġija u l-evoluzzjoni u l-konverġenza fil-prezzijiet tas-suq ipprovduti minn proġett f’xenarji differenti ta’ ppjanar, filwaqt li jiġu kkunsidrati b’mod partikolari l-varjazzjonijiet indotti fuq l-ordni ta’ mertu.
(b) 

It-trasmissjoni tal-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli lejn iċ-ċentri ta’ konsum u s-siti ta’ ħżin ewlenin għandha titkejjel f’konformità mal-analiżi li tkun saret fl-aħħar pjan deċennali disponibbli għall-iżvilupp tan-netwerk tal-elettriku disponibbli, speċjalment billi:

— 
fir-rigward tat-trasmissjoni tal-elettriku, jiġi stmat l-ammont tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli (skont it-teknoloġija, f’megawatts), li jkun konness u trażmess minħabba l-proġett, meta mqabbel mal-ammont tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni totali ppjanata minn dawn it-tipi ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli fl-Istat Membru kkonċernat fl-2020 skont il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali dwar l-enerġija rinnovabbli kif definiti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/28/KE,
— 
fir-rigward tal-ħżin tal-elettriku, tiġi mqabbla l-kapaċità ġdida pprovduta mill-proġett mal-kapaċità totali eżistenti għall-istess teknoloġija ta’ ħżin fiż-żona ta’ analiżi kif definita fl-Anness V.10.
(c) 

Is-sigurtà tal-provvista, l-interoperabbiltà u l-operazzjoni tas-sistemi b’sigurtà għandhom jitkejlu f’konformità mal-analiżi li tkun saret fl-aħħar pjan deċennali disponibbli għall-iżvilupp tan-netwerk tal-elettriku, speċjalment billi jiġi vvalutat l-impatt tal-proġett fuq it-telf tal-aspettativa tal-load għaż-żona ta’ analiżi kif definita fl-Anness V.10 f’termini ta’ adegwatezza tal-ġenerazzjoni u t-trasmissjoni għal sett ta’ perjodi ta’ load tipika, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-bidliet mistennija fl-avvenimenti estremi tat-temp relatati mal-klima u l-impatt tagħhom fuq ir-reżiljenza tal-infrastruttura. Fejn ikun applikabbli, għandu jitkejjel l-impatt tal-proġett fuq il-kontroll indipendenti u affidabbli tal-operazzjoni u s-servizzi tas-sistemi.

(3) Fir-rigward tal-proġetti li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.2, il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4 għandhom jiġu evalwati kif ġej:

(a) 

L-integrazzjoni u l-interoperabbiltà tas-suq għandhom jitkejlu billi jiġi kkalkulat il-valur addizzjonali tal-proġett għall-integrazzjoni tal-oqsma tas-suq u l-konverġenza tal-prezzijiet, għall-flessibbiltà globali tas-sistema, inkluż il-livell ta’ kapaċità offrut għal flussi inversi skont diversi xenarji.

(b) 

Il-kompetizzjoni għandha titkejjel abbażi tad-diversifikazzjoni, inkluż l-iffaċilitar tal-aċċess għal sorsi indiġeni tal-provvista, waqt li jiġi kkunsidrat suċċessivament: id-diversifikazzjoni tas-sorsi; id-diversifikazzjoni tal-kontropartijiet; id-diversifikazzjoni tar-rotot; l-impatt tal-kapaċità ġdida fuq l-indiċi Herfindahl-Hirschmann (HHI) ikkalkulat fil-livell tal-kapaċità għaż-żona ta’ analiżi kif definita fl-Anness V.10.

(c) 

Is-sigurtà tal-provvista tal-gass għandha titkejjel billi jiġi kkalkulat il-valur addizzjonali tal-proġett għar-reżiljenza fil-qasir u fit-tul tas-sistema tal-gass tal-Unjoni u għat-tisħiħ tal-flessibbiltà li s-sistema jkun fadlilha biex tittratta t-tħarbit fil-provvista lill-Istati Membri taħt diversi xenarji, kif ukoll il-kapaċità addizzjonali pprovduta mill-proġett imkejla fil-kuntest tal-istandard tal-infrastruttura (ir-regola N-1) fil-livell reġjonali bi qbil mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010.

(d) 

Is-sostenibbiltà għandha titkejjel bħala l-kontribut ta’ proġett biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, tiġi appoġġata l-ġenerazzjoni ta’ riżerva tal-elettriku rinnovabbli jew t-trasport tal-gass miksub permezz tal-elettriku u l-bijogass, filwaqt li jiġu kkunsidrati itl-bidliet mistennija fil-kundizzjonijiet klimatiċi.

(4) Fir-rigward tal-proġetti li jaqgħu taħt il-kategorija stabbilita fl-Anness II.1(e), kull funzjoni elenkata fl-Artikolu 4 għandha tiġi evalwata fil-konfront tal-kriterji li ġejjin:

(a)

Livell ta’ sostenibbiltà : Dan il-kriterju għandu jitkejjel billi jiġi vvalutat it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, u l-impatt ambjentali tal-infrastruttura tal-grid tal-elettriku,

(b)

Kapaċità ta’ trasmissjoni u distribuzzjoni tal-grids għall-konnessjoni u t-trasport tal-elettriku mill-utenti u lejhom : Dan il-kriterji għandu jitkejjel billi tiġi stmata l-kapaċità installata tar-riżorsi tal-enerġija distribwiti fin-netwerks ta’ distribuzzjoni, l-injezzjoni massima permissibbli tal-elettriku mingħajr riskji ta’ konġestjoni f’netwerks ta’ trasmissjoni, u l-enerġija li ma tkunx estratta minn sorsi rinnovabbli minħabba riskji ta’ konġestjoni jew sigurtà,

(c)

Konnettività tan-netwerk u aċċess għall-kategoriji kollha tal-utenti tan-netwerk : Dan il-kriterju għandu jitkejjel billi jiġu vvalutati l-metodi adottati għall-kalkolu tal-imposti u t-tariffi, kif ukoll l-istruttura tagħhom, għal min jiġġenera, min jikkonsma u min jagħmel it-tnejn li huma, u l-flessibbiltà operattiva pprovduta għall-ibbilanċjar dinamiku tal-elettriku fin-netwerk,

(d)

Sigurtà u kwalità tal-provvista : Dan il-kriterju għandu jitkejjel billi jiġi vvalutat il-proporzjon tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni disponibbli b’mod affidabbli mal-quċċata tad-domanda, is-sehem tal-elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli, l-istabbiltà tas-sistema tal-elettriku, it-tul ta’ żmien u l-frekwenza tal-interuzzjonijiet għal kull klijent, inkluż it-taqlib relatat mal-klima, u l-prestazzjoni tal-kwalità tal-vultaġġ,

(e)

Effiċjenza u kwalità tas-servizz fil-provvista tal-elettriku u l-operazzjoni tal-grid : Dan il-kriterju għandu jitkejjel billi jiġi vvalutat il-livell tat-telf fin-netwerks ta’ trasmissjoni u ta’ distribuzzjoni, il-proporzjon bejn id-domanda minima u massima għall-elettriku fuq żmien definit, il-parteċipazzjoni min-naħa tad-domanda fis-swieq tal-elettriku u f’miżuri għal użu effiċjenti tal-enerġija, il-perċentwal ta’ utilizzazzjoni (jiġifieri il-load medju) tal-komponenti tan-netwerk tal-elettriku, id-disponibbiltà tal-komponenti tan-netwerk (marbuta ma’ manutenzjoni ppjanata u mhux ippjanata) u l-impatt tagħha fuq il-prestazzjonijiet tan-netwerk, u d-disponibbiltà reali tal-kapaċità tan-netwerk fir-rigward tal-valur standard tiegħu,

(f)

Kontribuzzjoni għas-swieq transkonfinali tal-elettriku permezz tal-kontroll tal-flussi tal-loads għall-mitigazzjoni tat-trasferimenti f’ċirku u għaż-żieda tal-kapaċitajiet ta’ interkonnessjoni : Dan il-kriterju għandu jiġi stmat billi jiġi vvalutat il-proporzjon bejn il-kapaċità ta’ interkonnessjoni ta’ Stat Membru u d-domanda tiegħu għall-elettriku, l-isfruttament tal-kapaċitajiet ta’ interkonnessjoni, u l-kirjiet ta’ konġestjoni fil-livell tal-interkonnessjonijiet.

(5) Fir-rigward tal-proġetti relatati mat-trasport taż-żejt li jaqgħu taħt il-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.3, il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4 għandhom jiġu evalwati kif ġej:

(a) 

Is-sigurtà tal-provvista taż-żejt għandha titkejjel billi jiġi evalwat il-valur addizzjonali tal-kapaċità ġdida offruta minn proġett għar-reżiljenza fil-qasir u fit-tul tas-sistema u l-flessibbiltà li s-sistema jkun fadlilha biex tittratta t-tħarbit fil-provvista taħt diversi xenarji.

(b) 

L-interoperabbiltà għandha titkejjel billi jiġi evalwat sa liema livell il-proġett itejjeb l-operazzjoni tan-netwerk taż-żejt, b’mod partikolari billi jipprovdi l-possibbiltà ta’ flussi inversi.

(c) 

L-użu effiċjenti u sostenibbli tar-riżorsi għandu jitkejjel permezz ta’ valutazzjoni ta’ kemm jagħmel użu il-proġett minn infrastruttura diġà eżistenti u kemm jikkontribwixxi għall-minimizzazzjoni tal-piż u r-riskji relatati mal-ambjent u t-tibdil fil-klima.




ANNESS V

ANALIŻI TAL-BENEFIĊĊJI U L-ISPEJJEŻ TAS-SISTEMA TAL-ENERĠIJA KOLLHA

Il-metodoloġija għal analiżi armonizzata tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż tas-sistema tal-enerġija kollha fir-rigward tal-proġetti ta’ interess komuni għandha tissodisfa l-prinċipji li ġejjin stabbiliti f’dan l-Anness.

(1) Il-metodoloġija għandha tkun ibbażata fuq sett komuni ta’ data ta’ input li jirrapreżenta s-sistemi tal-elettriku u l-gass tal-Unjoni fis-snin n+5, n+10, n+15, u n+20, fejn n hija s-sena meta titwettaq l-analiżi. Dan is-sett ta’ data għandu jkun fih mill-inqas:

(a)

fir-rigward tal-elettriku : xenarji li jikkonċernaw id-domanda, il-kapaċitiajiet ta’ ġenerazzjoni skont it-tip ta’ fjuwil (bijomassa, enerġija ġeotermali, enerġija idroelettrika, gass, nukleari, żejt, fjuwil solidu, enerġija eolika, enerġija solari fotovoltaika, enerġija solari kkonċentrata, teknoloġiji rinnovabbli oħra) u l-lokazzjoni ġeografika tagħhom, il-prezzijiet tal-fjuwil (inklużi l-bijomassa, il-faħam, il-gass u ż-żejt), il-prezzijiet tad-diossidu tal-karbonju, il-kompożizzjoni tat-trasmissjoni u, jekk ikun rilevanti, in-netwerk ta’ distribuzzjoni u l-evoluzzjoni tiegħu, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-proġetti ġodda sinifikanti kollha ta’ ġenerazzjoni (inkluża l-kapaċità mgħammra għall-qbid tad-diossidu tal-karbonju), ta’ ħżin u ta’ trasmissjoni li għalihom tkun ittieħdet deċiżjoni dwar l-investiment finali u li jkunu waslu biex jiġu kkummissjonati sal-aħħar tas-sena n+5;

(b)

fir-rigward tal-gass : xenarji li jikkonċernaw id-domanda, l-importazzjonijiet, il-prezzijiet tal-fjuwil (inklużi l-faħam, il-gass u ż-żejt), il-prezzijiet tad-diossidu tal-karbonju, il-kompożizzjoni tan-netwerk ta’ trasmissjoni u l-evoluzzjoni tiegħu, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-proġetti ġodda kollha li għalihom tkun ittieħdet deċiżjoni dwar l-investiment finali u li jkunu waslu biex jiġu kkummissjonati sal-aħħar tas-sena n+5.

(2) Is-sett tad-data għandu jirrifletti l-liġi tal-Unjoni u l-leġislazzjonileġislazzjonijiet nazzjonali fis-seħħ dakinhar tal-analiżi. Is-settijiet tad-data li jintużaw fir-rigward tal-elettriku u l-gass rispettivament għandhom ikunu kompatibbli, speċjalment fir-rigward tal-preżunzjonijiet dwar il-prezzijiet u l-volumi f’kull suq. Is-sett tad-data għandu jiġi elaborat wara li jkunu ġew ikkonsultati formalment l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw il-partijiet interessati rilevanti kollha. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jiżguraw l-aċċess għad-data kummerċjali rikjesta mingħand partijiet terzi meta jkun applikabbli.

(3) Il-metodoloġija għandha tagħti gwida għall-iżvilupp u l-użu tal-immudellar tan-netwerk u tas-suq meħtieġ għall-analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż.

(4) L-analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż għandha tkun ibbażata fuq evalwazzjoni armonizzata tal-benefiċċji u l-ispejjeż għall-kategoriji differenti tal-proġetti analizzati, u għandha tkopri mill-inqas il-perijodu ta’ żmien imsemmi fil-punt (1).

(5) L-analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż għandha mill-inqas tikkunsidra l-ispejjeż li ġejjin: in-nefqa ta’ kapital, in-nefqa għall-operazzjoni u l-manutenzjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja tekniku tal-proġett u l-ispejjeż għad-dekummissjonament u l-ġestjoni tal-iskart, fejn ikun rilevanti. Il-metodoloġija għandha tagħti gwida fuq ir-rati ta’ skont li għandhom jintużaw għall-kalkoli.

(6) Fir-rigward tat-trasmissjoni u l-ħżin tal-elettriku, l-analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż għandha tal-anqas tikkunsidra l-impatt u l-kumpensi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, l-impatti fuq l-indikaturi definiti fl-Anness IV, u dawn l-impatti li ġejjin:

(a) 

l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u telf ta’ trasmissjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja tekniku tal-proġett;

(b) 

l-ispejjeż futuri għal investiment ġdid fil-ġenerazzjoni u t-trasmissjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja tekniku tal-proġett;

(c) 

il-flessibbiltà operattiva, inkluża l-ottimizzazzjoni tas-servizzi li jirregolaw l-enerġija u s-servizzi anċillari;

(d) 

ir-reżiljenza tas-sistema, li tinkludi r-reżiljenza għad-diżastri u l-klima, u s-sigurtà tas-sistema, speċjalment fir-rigward tal-infrastrutturi kritiċi Ewropej kif definiti fid-Direttiva 2008/114/KE.

(7) Fir-rigward tal-gass, l-analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż għandha mill-inqas tikkunsidra r-riżultati tal-ittestjar tas-suq, l-impatti fuq l-indikaturi definiti fl-Anness IV u l-impatti li ġejjin:

(a) 

Ir-reżiljenza għad-diżastri u l-klima, u s-sigurtà tas-sistema, speċjalment għall-infrastrutturi kritiċi Ewropej kif definiti fid-Direttiva 2008/114/KE;

(b) 

Il-konġestjoni fin-netwerk tal-gass.

(8) Fir-rigward tal-grids intelliġenti, l-analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż għandha tikkunsidra l-impatti fuq l-indikaturi definiti fl-Anness IV.

(9) Il-metodu dettaljat użat biex jiġu kkunsidrati l-indikaturi msemmija fil-punti 6 sa 8 għandu jiġi elaborat wara li jkunu ġew formalment ikkonsultati l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw il-partijiet interessati rilevanti kollha.

(10) Il-metodoloġija għandha tiddefinixxi l-analiżi li għandha titwettaq, abbażi tas-sett ta’ data ta’ input rilevanti, billi tidentifika l-impatti għal kull proġett jekk isir u jekk ma jsirx. Iż-żona ta’ analiżi ta’ proġett individwali għandha tkopri l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kollha li l-proġett ikun se jinbena fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri kollha li jkunu ġirien diretti u l-Istati Membri l-oħra kollha li l-proġett se jkollu impatt sinifikanti fuqhom.

(11) L-analiżi għandha tidentifika l-Istati Membri li fihom il-proġett ikollu impatti netti pożittivi (il-benefiċjarji) u dawk l-Istati Membri li fihom il-proġett ikollu impatt nett negattiv (dawk li jġarrbu l-ispejjeż). Kull analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla l-ispejjeż għandha tinkludi analiżijiet ta’ sensittività dwar is-sett ta’ data ta’ input, id-data meta jkunu ġew ikkummissjonati proġetti differenti fl-istess żona ta’ analiżi u parametri rilevanti oħra.

(12) L-operaturi ta’ sistemi ta’ trasmissjoni, ta’ sistemi ta’ ħżin u ta’ terminali ta’ gass naturali kkumpressat u likwifikat u ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni għandhom jiskambjaw l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi elaborata l-metodoloġija, inkluż l-immudellar rilevanti tan-netwerk u s-suq. Kull operatur ta’ sistema ta’ trasmissjoni jew distribuzzjoni li jiġbor informazzjoni f’isem operaturi oħra ta’ sistema ta’ trasmissjoni jew distribuzzjoni għandu jirritorna r-riżultati tal-ġbir tad-data lill-operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni u distribuzzjoni parteċipanti.

(13) Fir-rigward tal-mudell komuni għas-suq u għan-netwerk tal-elettriku u tal-gass stipulat fil-paragrafu 8 tal-Artikolu 11, is-sett ta’ data ta’ input msemmi fil-punt 1 għandu jkopri s-snin n+10, n+20 u n+30, u l-mudell għandu jippermetti li ssir valutazzjoni sħiħa tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali, b’mod partikolari bl-inklużjoni tal-ispejjeż esterni bħal dawk relatati mal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u l-emissjonijiet ta’ sustanzi konvenzjonali li jniġġsu l-arja jew is-sigurtà tal-provvista.




ANNESS VI

LINJI GWIDA DWAR IT-TRASPARENZA U L-PARTEĊIPAZZJONI TAL-PUBBLIKU

(1) Il-manwal tal-proċeduri msemmi fl-Artikolu 9(1) għandu mill-inqas jispeċifika:

(a) 

il-liġi rilevanti li fuqha jkunu bbażati d-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet għat-tipi differenti ta’ proġetti ta’ interess komuni rilevanti, inkluża l-liġi ambjentali;

(b) 

id-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet rilevanti li għandhom jinkisbu;

(c) 

l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-Awtorità Kompetenti, l-awtoritajiet l-oħra u l-partijiet interessati ewlenin ikkonċernati;

(d) 

il-fluss tax-xogħol, b’deskrizzjoni ta’ kull stadju fil-proċess, inkluż kalendarju indikattiv u ħarsa ġenerali fil-qosor lejn il-proċess deċiżjonali;

(e) 

informazzjoni dwar il-kamp ta’ applikazzjoni, l-istruttura u l-livell ta’ dettall tad-dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati flimien mal-applikazzjoni għal deċiżjonijiet, inkluża lista ta’ verifika;

(f) 

l-istadji u l-mezzi biex il-pubbliku ġenerali jipparteċipa fil-proċess.

(2) L-iskeda dettaljata msemmija fl-Artikolu 10(4)(b) għandha tispeċifika tal-anqas dan li ġej:

(a) 

id-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet li għandhom jinkisbu;

(b) 

l-awtoritajiet, il-partijiet interessati, u l-pubbliku li x’aktarx ikunu kkonċernati;

(c) 

l-istadji individwali tal-proċedura u t-tul tagħhom;

(d) 

it-tragwardi ewlenin li għandhom jintlaħqu u l-iskadenzi tagħhom fid-dawl tad-deċiżjoni komprensiva li għandha tittieħed;

(e) 

ir-riżorsi ppjanati mill-awtoritajiet u l-ħtiġijiet possibbli għal riżorsi addizzjonali.

(3) Biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess tal-għoti tal-permessi u biex jiġu żgurati minn qabel it-tgħarrif u d-djalogu mal-pubbliku, għandhom jiġu applikati l-prinċipji li ġejjin:

(a) 

Il-partijiet interessati milquta minn proġett ta’ interess komuni, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali rilevanti, is-sidien ta’ artijiet u ċ-ċittadini li jgħixu fl-inħawi tal-proġett, il-pubbliku ġenerali u l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom, għandhom jiġu informati u kkonsultati b’mod estensiv fi stadju bikri, meta jkun għadu jista’ jitqies it-tħassib potenzjali tal-pubbliku u b’mod miftuħ u trasparenti. Fejn ikun rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tappoġġa b’mod attiv l-attivitajiet imwettqa mill-promotur tal-proġett.

(b) 

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ konsultazzjoni pubblika għall-proġetti ta’ interess komuni jiġu raggruppati flimkien fejn ikun possibbli. Kull konsultazzjoni pubblika għandha tkopri s-suġġetti kollha rilevanti għall-istadju partikolari tal-proċedura, u suġġett partikolari wieħed rilevanti għal dak l-istadju partikolari tal-proċedura m’għandux jiġi indirizzat f’iżjed minn konsultazzjoni pubblika waħda; madankollu, tista’ ssir konsultazzjoni pubblika waħda f’aktar minn post ġeografiku wieħed. Is-suġġetti indirizzati f’konsultazzjoni pubblika għandhom jiġu indikati b’mod ċar fin-notifika tal-konsultazzjoni pubblika.

(c) 

Il-kummenti u l-oġġezzjonijiet għandhom ikunu ammissibbli mill-bidu tal-konsultazzjoni pubblika sad-data tal-iskadenza biss.

(4) Il-kunċett ta’ parteċipazzjoni tal-pubbliku għandu mill-inqas jinkludi informazzjoni dwar:

(a) 

il-partijiet interessati kkonċernati u indirizzati;

(b) 

il-miżuri previsti, inklużi l-indikazzjonijiet ġenerali għall-postijiet u d-dati proposti għal-laqgħat iddedikati;

(c) 

il-kalendarju;

(d) 

ir-riżorsi umani allokati għall-kompiti rispettivi.

(5) Fil-kuntest tal-konsultazzjoni pubblika li għandha titwettaq qabel ma jiġi ppreżentat il-fajl ta’ applikazzjoni, il-partijiet rilevanti għandhom mill-inqas:

(a) 

jippubblikaw fuljett ta’ informazzjoni ta’ mhux iżjed minn 15-il paġna, li jagħti ħarsa ġenerali, b’mod ċar u konċiż, lejn l-iskop u l-kalendarju preliminari tal-proġett, il-pjan ta’ żvilupp tal-grid nazzjonali, ir-rotot alternattivi kkunsidrati, l-impatti mistennija, inklużi dawk ta’ natura transkonfinali, u l-miżuri ta’ mitigazzjoni possibbli, li għandu jiġi ppubblikat qabel ma tibda l-konsultazzjoni; il-fuljett ta’ informazzjoni għandu barra minn hekk jelenka l-indrizzi fuq l-internet tal-pjattaforma għat-trasparenza msemmija fl-Artikolu 18 u tal-manwal tal-proċeduri msemmi fil-punt (1);

(b) 

jinfurmaw lill-partijiet interessati kollha milquta dwar il-proġett permezz tas-sit elettroniku msemmi fl-Artikolu 9(7) u permezz ta’ mezzi oħra ta’ informazzjoni xierqa;

(c) 

jistiednu, bil-miktub, lill-partijiet interessati milquta għal laqgħat iddedikati, li fihom għandu jiġi diskuss it-tħassib tagħhom.

(6) Is-sit elettroniku tal-proġett għandu jagħmel disponibbli bħala minimu dawn li ġejjin:

(a) 

il-fuljett ta’ informazzjoni msemmi fil-punt (5);

(b) 

sommarju mhux tekniku li jiġi aġġornat regolarment ta’ mhux iżjed minn 50 paġna li jirrifletti l-istatus attwali tal-proġett u jindika b’mod ċar, fil-każ ta’ aġġornamenti, il-bidliet fil-verżjonijiet preċedenti;

(c) 

l-ippjanar tal-proġett u tal-konsultazzjoni pubblika, b’indikazzjoni ċara tad-dati u l-postijiet tal-konsultazzjonijiet u s-smigħ pubbliċi u t-temi previsti rilevanti għal dak is-smigħ;

(d) 

id-dettalji ta’ kuntatt fejn jista’ jinkiseb is-sett sħiħ tad-dokumenti tal-applikazzjoni;

(e) 

id-dettalji ta’ kuntatt fejn jistgħu jiġu trażmessi kummenti u oġġezzjonijiet waqt il-konsultazzjonijiet pubbliċi.

▼M7




ANNESS VII

IL-LISTA TAL-UNJONI TA’ PROĠETTI TA’ INTERESS KOMUNI (“IL-LISTA TAL-UNJONI”),

imsemmija fl-Artikolu 3(4)

A.    IL-PRINĊIPJI APPLIKATI FIT-TFASSIL TAL-LISTA TAL-UNJONI

(1)    Raggruppamenti ta’ PCIs

Ċerti PCIs jagħmlu parti minn raggruppament minħabba n-natura interdipendenti tagħhom, u minħabba li jikkompetu, jew potenzjalment jikkompetu, ma’ xulxin. Dawn it-tipi ta’ raggruppament ta’ PCIs huma stabbiliti kif ġej:

(a) 

raggruppament ta’ PCIs interdipendenti huwa ddefinit bħala “Raggruppament X, inkluż il-PCIs li ġejjin:”. Dan it-tip ta’ raggruppament ġie fformat biex jidentifika l-PCIs li huma kollha meħtieġa biex jiġu indirizzati l-istess ostakli transfruntiera, u biex jinħolqu sinerġiji jekk il-proġetti jiġu implimentati flimkien. F’dan il-każ, il-PCIs kollha għandhom jiġu implimentati biex jinkisbu l-benefiċċji mal-UE kollha;

(b) 

raggruppament ta’ PCIs li potenzjalment jikkompetu ma’ xulxin huwa ddefinit bħala “Raggruppament X, inkluż PCI wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:”. Dan it-tip ta’ raggruppament jirrifletti inċertezza dwar il-kobor tal-ostakli transfruntiera. F’dan il-każ, mhux il-PCIs kollha inklużi fir-raggruppament iridu jiġu implimentati. Huwa f’idejn is-suq li jiddetermina jekk PCI wieħed, diversi PCIs jew il-PCIs kollha għandhomx jiġu implimentati, soġġetti għall-approvazzjonijiet regolatorji, tal-permessi u tal-ippjanar meħtieġa. Il-ħtieġa għall-PCIs għandha tiġi vvalutata mill-ġdid fil-proċess sussegwenti tal-identifikazzjoni tal-PCIs, inkluż f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħtiġijiet ta’ kapaċità; kif ukoll

(c) 

raggruppament ta’ PCIs li jikkompetu ma’ xulxin huwa ddefinit bħala “Raggruppament X, inkluż wieħed mill-PCIs li ġejjin:”. Dan it-tip ta’ raggruppament jindirizza l-istess ostakli. Madankollu, il-kobor tal-ostakli huwa aktar ċert milli fil-każ ta’ raggruppament ta’ PCIs li potenzjalment jikkompetu ma’ xulxin, u għalhekk għandu jiġi implimentat PCI wieħed biss. Huwa f’idejn is-suq li jiddetermina liema PCI għandu jiġi implimentat, soġġett għall-approvazzjonijiet regolatorji, tal-permessi u tal-ippjanar meħtieġa. Fejn meħtieġ, il-bżonn ta’ PCIs għandu jiġi vvalutat mill-ġdid fi proċess sussegwenti ta’ identifikazzjoni ta’ PCI.

Il-PCIs kollha huma soġġetti għall-istess drittijiet u obbligi stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013.

(2)    It-trattament tas-substazzjonijiet u l-istazzjonijiet tal-kompressuri

Is-substazzjonijiet u l-istazzjonijiet tal-elettriku back-to-back u l-istazzjonijiet tal-kompressuri tal-gass jitqiesu bħala partijiet tal-PCIs jekk ikunu jinsabu ġeografikament fuq il-linji tat-trażmissjoni. Is-substazzjonijiet, l-istazzjonijiet back-to-back u l-istazzjonijiet tal-kompressuri jitqiesu bħala PCIs awtonomi u huma espliċitament elenkati fil-lista tal-Unjoni jekk il-pożizzjoni ġeografika tagħhom tkun differenti mil-linji tat-trażmissjoni. Dawn huma soġġetti għad-drittijiet u għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 347/2013.

(3)    Proġetti li ma għadhomx meqjusa PCIs u proġetti li saru parti minn PCIs oħra

(a) 

Għadd ta’ proġetti inklużi fil-listi tal-Unjoni stabbiliti bir-Regolament Delegat (UE) Nru 1391/2013, bir-Regolament Delegat (UE) 2016/89, bir-Regolament Delegat (UE) 2018/540 u bir-Regolament Delegat (UE) 2020/389 ma għadhomx jitqiesu PCIs għal raġuni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

— 
il-proġett diġà ġie kkummissjonat jew se jiġi kkummissjonat sa Marzu 2022 u għalhekk ma jkunx jibbenefika mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 347/2013;
— 
skont data ġdida, il-proġett ma jissodisfax il-kriterji ġenerali;
— 
promotur ma jkunx issottometta mill-ġdid il-proġett fil-proċess tal-għażla għal din il-lista tal-Unjoni;
— 
Stat Membru li t-territorju tiegħu huwa relatat mal-proġett ma tax l-approvazzjoni tiegħu; jew
— 
il-proġett ġie kklassifikat f’pożizzjoni aktar baxxa minn PCIs kandidati oħrajn fil-proċess tal-għażla.

Dawn il-proġetti (bl-eċċezzjoni tal-proġetti kkummissjonati jew li se jiġu kkummissjonati sa Marzu 2022) jistgħu jitqiesu għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni li jmiss jekk ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista tal-Unjoni attwali ma jibqgħux japplikaw.

Tali proġetti mhumiex PCIs, iżda huma elenkati għal raġunijiet ta’ trasparenza u ċarezza bin-numri ta’ PCI oriġinali tagħhom fl-Anness VII(C) bħala “Proġetti li ma għadhomx meqjusa PCIs”.

(b) 

Barra minn hekk, ċerti proġetti inklużi fil-listi tal-Unjoni stabbiliti bir-Regolament Delegat (UE) Nru 1391/2013 u bir-Regolament Delegat (UE) 2016/89 saru parti integrali minn (raggruppamenti ta’) PCIs oħra waqt li l-proċess ta’ implimentazzjoni kien għaddej.

Tali proġetti ma għadhomx jitqiesu PCIs indipendenti, iżda huma elenkati għal raġunijiet ta’ trasparenza u ċarezza bin-numri ta’ PCI oriġinali tagħhom fl-Anness VII(C) bħala “Proġetti li issa huma parti integrali minn PCIs oħra”.

B.    IL-LISTA TAL-UNJONI TA’ PROĠETTI TA’ INTERESS KOMUNI

(1)    Il-Kuritur ta’ Prijorità “Grilja lil hinn mill-Kosta tal-Pajjiżi tal-Baħar tat-Tramuntana” (“NSOG”)



Nru.

Definizzjoni

1.6

L-interkonnessjoni bejn Franza u l-Irlanda bejn La Martyre (FR) u Great Island jew Knockraha (IE) [attwalment magħrufa bħala “Celtic Interconnector”]

1.19

Ċentru wieħed jew aktar fil-Baħar tat-Tramuntana b’interkonnetturi ma’ pajjiżi ġirien tal-Baħar tat-Tramuntana (id-Danimarka, il-Ġermanja, in-Netherlands) [attwalment magħruf bħala “North Sea Wind Power Hub”]

1.21

Il-Ħżin ta’ Arja Kkompressata tal-Green Hydrogen Hub (DK)

(2)    Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa” (“NSI West Electricity”)



Nru.

Definizzjoni

2.4

L-interkonnessjoni bejn Codrongianos (IT), Lucciana (Korsika, FR) u Suvereto (IT) [attwalment magħrufa bħala “SACOI 3”]

2.7

L-interkonnessjoni bejn Aquitaine (FR) u l-Pajjiż Bask (ES) [attwalment magħrufa bħala “Biscay Gulf”]

2.9

Il-linja interna bejn Osterath u Philippsburg (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tal-Punent [attwalment magħrufa bħala “Ultranet”]

2.10

Il-linja interna bejn Brunsbüttel/Wilster u Grοβgartach/Bergrheinfeld-West (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar [attwalment magħrufa bħala “Suedlink”]

2.14

L-interkonnessjoni bejn Thusis/Sils (CH) u Verderio Inferiore (IT) [attwalment magħrufa bħala “Greenconnector”]

2.16

Ir-raggruppament tal-linji interni fil-Portugall, inkluż il-PCIs li ġejjin:

2.16.1  Il-linja interna bejn Pedralva u Sobrado (PT), li qabel kienu ddeżinjati bħala Pedralva u Alfena (PT)

2.16.3  Il-linja interna bejn Vieira do Minho, Ribeira de Pena u Feira (PT), li qabel kienu ddeżinjati bħala Frades B, Ribeira de Pena u Feira (PT)

2.17

L-interkonnessjoni bejn il-Portugall u Spanja bejn Beariz — Fontefría (ES), Fontefría (ES) — Ponte de Lima (PT) (li qabel kienet Vila Fría/Viana do Castelo) u Ponte de Lima — Vila Nova de Famalicão (PT) (li qabel kienet Vila do Conde) (PT), inklużi substazzjonijiet fi Beariz (ES), Fontefría (ES) u Ponte de Lima (PT)

2.18

Iż-żieda fil-kapaċità tal-ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f’Kaunertal, Tyrol (AT)

2.23

Il-linji interni fil-fruntiera tat-Tramuntana tal-Belġju bejn Zandvliet u Lillo-Liefkenshoek (BE), u bejn Liefkenshoek u Mercator, inkluż substazzjoni f’Lillo (BE) [attwalment magħrufin bħala “BRABO II + III”]

2.27

2.27.1  L-interkonnessjoni bejn Aragona (ES) u l-Pirenej Atlantiċi (FR) [attwalment magħrufa bħala “Pyrenean crossing 2”]

2.27.2  L-interkonnessjoni bejn Navarra (ES) u Landes (FR) [attwalment magħrufa bħala “Pyrenean crossing 1”]

2.28

2.28.2  Il-ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f’Navaleo (ES)

2.28.5  Purifikazzjoni – Ħżin tal-Enerġija Idroelettrika Ppumpjata ta’ Velilla del Río Carrión (ES)

2.29

L-Impjant Idroelettriku f’Silvermines (IE)

2.30

Il-ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f’Riedl (DE)

2.31

Ir-raggruppament ta’ linji interni fil-Ġermanja, inkluż il-PCIs li ġejjin:

2.31.1  Il-linja interna bejn Emden-Lvant u Osterath biex tiżdied il-kapaċità mit-Tramuntana tal-Ġermanja sar-Rheinland

2.31.2  Il-linji interni bejn Heide/Punent u Polsum biex tiżdied il-kapaċità mit-Tramuntana tal-Ġermanja saż-Żona tar-Ruhr

2.31.3  Il-linji interni bejn Wilhelmshaven u Uentrop biex tiżdied il-kapaċità mit-Tramuntana tal-Ġermanja saż-Żona tar-Ruhr

2.32

L-interkonnessjoni bejn Lonny (FR) u Gramme (BE)

2.33

L-interkonnessjoni bejn Sqallija (IT) u t-Tuneżija (TU) [attwalment magħrufa bħala “ELMED”] (Nru. 3.27 fuq ir-raba’ lista tal-PCIs)

(3)    Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Ewropa” (“NSI East Electricity”)



Nru.

Definizzjoni

3.1

Ir-raggruppament tal-Awstrija — il-Ġermanja, inkluż il-PCIs li ġejjin:

3.1.1  L-interkonnessjoni bejn St. Peter (AT) u Isar (DE)

3.1.2  Il-linja interna bejn St. Peter u Tauern (AT)

3.1.4  Il-linja interna bejn Westtirol u Zell-Ziller (AT)

3.10

Ir-raggruppament ta’ Iżrael — Ċipru — il-Greċja [attwalment magħruf bħala “EUROASIA Interconnector”], inkluż il-PCIs li ġejjin:

3.10.1  L-interkonnessjoni bejn Hadera (IL) u Kofinou (CY)

3.10.2  L-interkonnessjoni bejn Kofinou (CY) u Korakia, Kreta (EL)

3.11

Ir-raggruppament ta’ linji interni fiċ-Ċekja, inkluż il-PCIs li ġejjin:

3.11.1  Il-linja interna bejn Vernerov u Vitkov (CZ)

3.11.2  Il-linja interna bejn Vitkov u Prestice (CZ)

3.11.3  Il-linja interna bejn Prestice u Kocin (CZ)

3.11.4  Il-linja interna bejn Kocin u Mirovka (CZ)

3.12

Il-linja interna fil-Ġermanja bejn Wolmirstedt u Isarto li żżid il-kapaċità ta’ trażmissjoni interna bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar [attwalment magħrufa bħala SuedOstLink]

3.14

It-tisħiħ intern fil-Polonja [parti mir-raggruppament attwalment magħruf bħala “GerPol Power Bridge”], inkluż il-PCIs li ġejjin:

3.14.2  Il-linja interna bejn Krajnik u Baczyna (PL)

3.14.3  Il-linja interna bejn Mikułowa u Świebodzice (PL)

3.14.4  Il-linja interna bejn Baczyna u Plewiska (PL)

3.22

Ir-raggruppament tar-Rumanija — is-Serbja [attwalment magħruf bħala “Mid Continental East Corridor”], inkluż il-PCIs li ġejjin:

3.22.1  L-interkonnessjoni bejn Resita (RO) u Pancevo (RS)

3.22.2  Il-linja interna bejn Portile de Fier u Resita (RO)

3.22.3  Il-linja interna bejn Resita u Timisoara/Sacalaz (RO)

3.22.4  Il-linja interna bejn Arad u Timisoara/Sacalaz (RO)

 

 

3.24

Il-ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f’Amfilochia (EL)

3.28

Il-linja interna fl-Awstrija bejn Lienz u Obersielach

(4)    Il-Kuritur ta’ Prijorità “Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija” (“BEMIP Electricity”)



Nru.

Definizzjoni

4.4

4.4.2  Il-linja interna bejn Ekhyddan u Nyboro/Hemsjö (SE)

4.5

4.5.2  Il-linja interna bejn Stanisławów u Ostrołęka (PL)

4.6

Il-ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma fl-Estonja

4.8

L-integrazzjoni u s-sinkronizzazzjoni tas-sistema tal-elettriku tal-Istati Baltiċi man-networks Ewropej, inkluż il-PCIs li ġejjin:

4.8.1  L-interkonnessjoni bejn Tartu (EE) u Valmiera (LV)

4.8.2  Il-linja interna bejn Balti u Tartu (EE)

4.8.3  L-interkonnessjoni bejn Tsirguliina (EE) u Valmiera (LV)

4.8.4  Il-linja interna bejn Viru u Tsirguliina (EE)

4.8.7  Il-linja interna bejn Paide u Sindi (EE)

4.8.8  Il-linja interna bejn Vilnius u Neris (LT)

4.8.9  Aktar aspetti ta’ infrastruttura relatati mal-implimentazzjoni tas-sinkronizzazzjoni tas-sistema tal-Istati Baltiċi man-network Ewropew kontinentali

4.8.10  L-interkonnessjoni bejn il-Litwanja u l-Polonja [attwalment magħrufa bħala “Harmony Link”]

4.8.13  Substazzjon ġdid ta’ 330 kV f’Mūša (LT)

4.8.14  Il-linja interna bejn Bitenai u KHAE (LT)

4.8.15  Substazzjon ġdid ta’ 330 kV f’Darbėnai (LT)

4.8.16  Il-linja interna bejn Darbenai u Bitenai (LT)

4.8.18  Il-linja interna bejn Dunwo u Żydowo Kierzkowo (PL)

4.8.19  Il-linja interna bejn Piła Krzewina u Żydowo Kierzkowo (PL)

4.8.20  Il-linja interna bejn Krajnik u Morzyczyn (PL)

4.8.21  Il-linja interna bejn Morzyczyn-Dunowco-Słupsk-Żarnowiec (PL)

4.8.22  Il-linja interna bejn Żarnowiec-Gdańsk/Gdańsk Przyjaźńska Gdańsk Błonia (PL)

4.8.23  Il-kondensaturi tas-sinkronizzazzjoni, li jipprovdu inerzja, stabbiltà tal-vultaġġ, stabbiltà tal-frekwenza u enerġija f’ċirkwit kort fil-Litwanja, fil-Latvja u fl-Estonja

4.10

Ir-raggruppament tal-Finlandja – l-Iżvezja [attwalment magħruf bħala “Third interconnection Finland – Sweden”], inkluż il-PCIs li ġejjin:

4.10.1  L-interkonnessjoni bejn it-Tramuntana tal-Finlandja u t-Tramuntana tal-Iżvezja

4.10.2  Il-linja interna bejn Keminmaa u Pyhänselkä (FI)

4.11

L-interkonnessjoni bejn il-Latvja u l-Iżvezja mill-Gotland [attwalment magħruf bħala “LaSGo Link”]

(5)    Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa” (“NSI West Gas”)



Nru.

Definizzjoni

5.19

Il-konnessjoni bejn Malta u n-network tal-gass Ewropew — interkonnessjoni tal-pipeline mal-Italja f’Gela

(6)    Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Gass Tramuntana-Nofsinhar fl-Ewropa tal-Lvant Ċentrali u fl-Ewropa tax-Xlokk” (“NSI East Gas”)



Nru.

Definizzjoni

6.2

6.2.13  L-iżvilupp u t-titjib tal-kapaċità ta’ trażmissjoni ta’ interkonnettur bejn is-Slovakkja u l-Ungerija

6.8

Ir-raggruppament tal-iżvilupp u t-tisħiħ tal-infrastruttura li jiffaċilitaw il-Balkan Gas Hub, inklużi l-PCIs li ġejjin:

6.8.1  L-interkonnessjoni bejn il-Greċja — il-Bulgarija [attwalment magħrufa bħala “IGB”] bejn Komotini (EL) u Stara Zagora (BG) u l-istazzjon tal-kompressur f’Kipi (EL)

6.8.2  Ir-riabilitazzjoni, il-modernizzazzjoni u l-espansjoni tas-sistema tat-trażmissjoni Bulgara

6.8.3  L-interkonnessjoni tal-gass bejn il-Bulgarija — is-Serbja [attwalment magħrufa bħala “IBS”]

6.20

Iż-żieda fil-kapaċità tal-ħżin tar-raggruppament fix-Xlokk tal-Ewropa, inklużi wieħed jew aktar minn dawn il-PCIs li ġejjin:

6.20.2  L-espansjoni tal-UGS f’Chiren (BG)

6.20.3  Il-faċilità tal-UGS fin-Nofsinhar ta’ Kavala u l-istazzjon tal-kejl u tar-regolazzjoni (EL)

u wieħed mill-PCIs li ġejjin:

6.20.4  Il-ħżin tal-gass ta’ Depomures fir-Rumanija

6.20.7  Il-ħżin tal-gass ta’ taħt l-art ta’ Bilciuresti

6.24

Iż-żieda fil-kapaċità bejn ir-Rumanija u l-Ungerija (attwalment magħrufa bħala “ROHU/BRUA”) biex tippermetti l-kapaċità bidirezzjonali ta’ 4,4 bcm/a, u li tinkludi riżorsi ġodda mill-Baħar l-Iswed:

6.24.4  ROHU/BRUA – it-tieni fażi, inkluż:

— L-espansjoni tal-kapaċità tat-trażmissjoni fir-Rumanija minn Recas sa Horia lejn l-Ungerija sa 4,4 bcm/a u l-espansjoni tal-istazzjonijiet tal-kompressuri f’Podisor, Bibesti u Jupa

— Il-Pipeline tal-kosta tal-Baħar l-Iswed — Podișor (RO) għall-akkwiżizzjoni tal-gass tal-Baħar l-Iswed

— Il-fluss fid-direzzjoni opposta bejn ir-Rumanija u l-Ungerija: Sezzjoni Ungeriża, l-istazzjon tal-kompressur tat-tieni stadju f’Csanádpalota (HU)

6.26

6.26.1  Ir-raggruppament tal-Kroazja is-Slovenja f’Rogatec, inkluż:

— L-interkonnessjoni bejn il-Kroazja — is-Slovenja (Lučko — Zabok — Rogatec)

— L-istazzjon tal-kompressur ta’ Kidričevo, it-tieni fażi tal-ammeljorament (SI)

— L-ammeljorament tal-interkonnessjoni ta’ Rogatec

6.27

LNG Gdansk (PL)

(7)    Il-Kuritur ta’ Prijorità “Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar” (“SGC”)



Nru.

Definizzjoni

7.3

Ir-raggruppament ta’ PCIs tal-infrastruttura biex jinġieb gass ġdid mir-riżervi tal-gass tal-Lvant tal-Mediterran, inkluż:

7.3.1  Pipeline mir-riżervi tal-gass tal-Lvant tal-Mediterran lejn il-Greċja kontinentali li jgħaddi minn Ċipru u minn Kreta [attwalment magħruf bħala “EastMed Pipeline”], bi stazzjon tal-kejl u tar-regolazzjoni f’Megalopoli

u l-PCIs li ġejjin dipendenti minnu:

7.3.3  Pipeline tal-gass li jikkollega l-Greċja u l-Italja [attwalment magħruf bħala “Poseidon Pipeline”]

7.3.4  It-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ trażmissjoni interna fl-Italja, inkluż it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ trażmissjoni interna Nofsinhar-Tramuntana [attwalment magħrufa bħala “Adriatica Line”] u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ trażmissjoni interna fir-reġjun tal-Puglia [Matagiola — Massafra pipeline]

7.5

L-iżvilupp tal-infrastruttura tal-gass f’Ċipru [attwalment magħruf bħala “Cyprus Gas2EU”]

(8)    Il-Kuritur ta’ Prijorità “Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fil-Gass” (“BEMIP Gas”)



Nru.

Definizzjoni

8.2

L-ammeljorament tal-infrastruttura ta’ raggruppament fir-reġjun tal-Lvant tal-Baħar Baltiku, inklużi l-PCIs li ġejjin:

8.2.1  It-titjib tal-interkonnessjoni l-Latvja — il-Litwanja

8.2.4  It-titjib tal-Ħżin tal-Gass Taħt l-Art ta’ Inčukalns (LV)

8.3

Ir-raggruppament tal-infrastruttura, inkluż il-PCIs li ġejjin [attwalment magħrufin bħala “Baltic Pipe”]:

8.3.1  It-tisħiħ tal-interkonnessjoni Nybro — il-Polonja/id-Danimarka

8.3.2  L-interkonnessjoni bejn il-Polonja — id-Danimarka

(9)    Il-Kuritur ta’ Prijorità “Konnessjonijiet tal-Provvista taż-Żejt fil-Lvant Ċentrali tal-Ewropa” (“OSC”)

L-ebda proġett taż-żejt ma ġie sottomess għal-lista tal-Proġetti ta’ Interess Komuni.

(10)    Iż-Żona Tematika ta’ Prijorità “Implimentazzjoni tal-Grilji Intelliġenti”



Nru.

Definizzjoni

10.4

ACON (CZ, SK) (Again COnnected Networks) irawwem l-integrazzjoni tas-swieq tal-elettriku Ċeki u Slovakki billi jżid l-effiċjenza tan-networks ta’ distribuzzjoni filwaqt li jżid il-kapaċità transfruntiera fil-livell ta’ DSO.

10.7

Danube InGrid (HU, SK) itejjeb il-koordinazzjoni transfruntiera tal-ġestjoni tan-network tal-elettriku, b’enfasi fuq il-ġbir u l-iskambju ta’ data aktar intelliġenti

10.10

CARMEN (HU, RO) itejjeb l-effiċjenza operattiva u l-kwalità tas-servizz tan-network ta’ distribuzzjoni u jippermetti flussi tal-elettriku siguri mill-ġenerazzjoni rinnovabbli ġdida.

10.11

Gabreta (CZ, DE) itejjeb l-ottimizzazzjoni tas-sistema billi jikseb u jiskambja l-informazzjoni f’ħin reali, itejjeb il-kejl u l-monitoraġġ tal-grilja u jżid il-flessibbiltà u l-kapaċità ta’ ospitar għall-ġenerazzjoni rinnovabbli.

10.12

Green Switch (AT, HR, SI) jottimizza l-użu tal-infrastruttura eżistenti u jintegra b’mod effiċjenti teknoloġiji ġodda biex tiżdied il-kapaċità ta’ ospitar, l-integrazzjoni effiċjenti ta’ tagħbijiet ġodda u jtejjeb il-kwalità u s-sigurtà tal-provvista.

(11)    Iż-Żona Tematika ta’ Prijorità “Awtostradi tal-Elettriku”

L-ebda proġett ma ġie ttikkettat darbtejn bħala Proġett ta’ Interess Komuni tal-awtostradi tal-elettriku.

(12)    Qasam Tematiku ta’ Prijorità tan-Network Transfruntier tad-Diossidu tal-Karbonju



Nru.

Definizzjoni

12.3

CO2 TransPorts għandu l-għan li jistabbilixxi infrastruttura li tiffaċilita l-qbid, it-trasport u l-ħżin fuq skala kbira ta’ CO2 minn Rotterdam, Antwerp u l-Port tal-Baħar tat-Tramuntana

12.4

Il-proġett Northern Lights — proġett kummerċjali ta’ konnessjoni ta’ trasport transfruntiera tad-CO2 bejn diversi inizjattivi ta’ qbid Ewropej (ir-Renju Unit, l-Irlanda, il-Belġju, in-Netherlands, Franza, l-Iżvezja) u t-trasport tad-CO2 maqbud bil-vapur għal sit ta’ ħżin fuq il-blata kontinentali Norveġiża

12.5

Il-proġett Athos jipproponi infrastruttura għat-trasport tad-CO2 minn żoni industrijali fin-Netherlands u huwa miftuħ għall-idea li jirċievi CO2 addizzjonali minn oħrajn, bħall-Irlanda u l-Ġermanja li qed jiżviluppaw struttura ta’ trasport ta’ volum għoli interoperabbli transfruntiera u ta’ aċċess miftuħ.

12.7

Aramis – proġett transfruntier tat-trasport u l-ħżin tad-CO2 (il-konsum mill-emittenti fiż-żona tal-port ta’ Rotterdam u l-ħżin fil-post fuq il-blata kontinentali Olandiża)

12.8

Dartagnan - HUB multimodali ta’ esportazzjoni tad-CO2 minn Dunkirk u ż-żona interna tagħha (emittenti mir-raggruppament industrijali taż-żona ta’ Dunkirk, Franza bi ħżin fit-territorji tal-pajjiżi tal-Baħar tat-Tramuntana, fejn disponibbli)

12.9

L-interkonnettur tas-CCS bejn il-Polonja u l-UE (emittenti mir-raggruppament industrijali fiż-żona madwar Gdansk, il-Polonja bi ħżin fit-territorji tal-pajjiżi tal-Baħar tat-Tramuntana, fejn disponibbli)

C.    LISTI TAL-“PROĠETTI LI MA GĦADHOMX JITQIESU PCIS” U TAL-“PROĠETTI LI SARU PARTI INTEGRALI MINN PCIS OĦRA”

(1)    Il-Kuritur ta’ Prijorità “Grilja lil hinn mill-Kosta tal-Pajjiżi tal-Baħar tat-Tramuntana” (“NSOG”)



Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

1.1.1

1.1.2

1.1.3

1.2

1.3.1

1.3.2

1.4.1

1.4.2

1.4.3

1.5

1.7.1

1.7.2

1.7.3

1.7.4

1.7.5

1.8

1.9.1

1.9.2

1.9.3

1.9.4

1.9.5

1.9.6

1.10.1

1.10.2

1.11.1

1.11.2

1.11.3

1.11.4

1.12.1

1.12.2

1.12.3

1.12.4

1.12.5

1.13

1.14

1.15

1.16

1.17

1.18

1.20

(2)    Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa” (“NSI West Electricity”)



Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

2.1

2.2.1

2.2.2

2.2.3

2.3.1

2.3.2

2.5.1

2.5.2

2.6

2.8

2.11.1

2.11.2

2.11.3

2.12

2.13.1

2.13.2

2.14

2.15.1

2.15.2

2.15.3

2.15.4

2.16.2

2.19

2.20

2.21

2.22

2.24

2.25.1

2.25.2

2.26

2.28.3

2.28.4



Proġetti li saru parti integrali minn PCIs oħra

Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett

Numru ta’ PCI li fih il-proġett issa ġie integrat

2.1

3.1.4

(3)    Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Ewropa” (“NSI East Electricity”)



Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

3.1.3

3.2.1

3.2.3

3.3

3.4

3.5.1

3.5.2

3.6.1

3.6.2

3.7

3.8

3.9

3.11.5

3.13

3.14.1

3.15.1

3.15.2

3.16

3.17

3.18.1

3.18.2

3.19.2

3.19.3

3.20.1

3.20.2

3.21

3.23

3.25

3.26



Proġetti li saru parti integrali minn PCIs oħra

Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett

Numru ta’ PCI li fih il-proġett issa ġie integrat

3.27

2.33

(4)    Il-Kuritur ta’ Prijorità “Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija” (“BEMIP Electricity”)



Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

4.1

4.2

4.4.1

4.5.1

4.5.3

4.5.4

4.5.5

4.7

4.8.6

4.8.11

4.8.12

4.8.17



Proġetti li saru parti integrali minn PCIs oħra

Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett

Numru ta’ PCI li fih il-proġett issa ġie integrat

4.3

4.8.9

4.9

4.8.9

(5)    Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa” (“NSI West Gas”)



Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

5.1.1

5.1.2

5.1.3

5.2

5.3

5.4.1

5.4.2

5.5.1

5.5.2

5.6

5.7.1

5.7.2

5.9

5.12

5.13

5.14

5.15.1

5.15.2

5.15.3

5.15.4

5.15.5

5.16

5.17.1

5.17.2

5.18

5.20

5.21



Proġetti li saru parti integrali minn PCIs oħra

Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett

Numru ta’ PCI li fih il-proġett issa ġie integrat

5.8.1

5.5.2

5.8.2

5.5.2

(6)    Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Gass Tramuntana-Nofsinhar fl-Ewropa tal-Lvant Ċentrali u fl-Ewropa tax-Xlokk” (“NSI East Gas”)



Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

6.2.1

6.2.2

6.3

6.5.1

6.5.3

6.5.4

6.5.5

6.7

6.8.3

6.9.1

6.9.2

6.9.3

6.11

6.12

6.16

6.17

6.19

6.20.1

6.20.5

6.20.6

6.21

6.22.1

6.22.2

6.23

6.24.1

6.25.2



Proġetti li saru parti integrali minn PCIs oħra

Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett

Numru ta’ PCI li fih il-proġett issa ġie integrat

6.1.1

6.2.10

6.1.2

6.2.11

6.1.3

6.2.11

6.1.4

6.2.11

6.1.5

6.2.11

6.1.6

6.2.11

6.1.7

6.2.11

6.1.8

6.2.2

6.1.9

6.2.11

6.1.10

6.2.2

6.1.11

6.2.2

6.1.12

6.2.12

6.2.3

6.2.2

6.2.4

6.2.2

6.2.5

6.2.2

6.2.6

6.2.2

6.2.7

6.2.2

6.2.8

6.2.2

6.2.9

6.2.2

6.5.2

6.5.6

6.6

6.26.1

6.8.4

6.25.4

6.13.1

6.24.4

6.13.2

6.24.4

6.13.3

6.24.4

6.14

6.24.1

6.15.1

6.24.10

6.15.2

6.24.10

6.18

7.3.4

6.24.2

6.24.1

6.24.3

6.24.1

6.24.5

6.24.4

6.24.6

6.24.4

6.24.7

6.24.4

6.24.8

6.24.4

6.24.9

6.24.4

6.25.3

6.24.10

6.26.2

6.26.1

6.26.3

6.26.1

6.26.4

6.26.1

6.26.5

6.26.1

6.26.6

6.26.1

(7)    Il-Kuritur ta’ Prijorità “Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar” (“SGC”)



Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

7.1.1

7.1.2

7.1.3

7.1.5

7.1.7

7.2.1

7.2.2

7.2.3

7.4.1

7.4.2



Proġetti li saru parti integrali minn PCIs oħra

Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett

Numru ta’ PCI li fih il-proġett issa ġie integrat

7.1.6

7.1.3

7.1.4

7.3.3

7.3.2

7.5

(8)    Il-Kuritur ta’ Prijorità “Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fil-Gass” (“BEMIP Gas”)



Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

8.1.2.1

8.1.2.2

8.1.2.3

8.1.2.4

8.2.3

8.4

8.5

8.6

8.8

(9)    Il-Kuritur ta’ Prijorità “Konnessjonijiet tal-Provvista taż-Żejt fil-Lvant Ċentrali tal-Ewropa” (“OSC”)



Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

9.1

9.2

9.3

9.4

9.5

9.6

(10)    Iż-Żona Tematika ta’ Prijorità “Implimentazzjoni tal-Grilji Intelliġenti”



Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

10.1

10.2

10.3

10.5

10.6

10.8

10.9

(11)    Iż-Żona Tematika ta’ Prijorità “Awtostradi tal-Elettriku”



Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

1.3

1.5

1.6

1.7

1.8

1.10

1.14

1.15

1.16

1.20

2.13

(12)    Qasam Tematiku ta’ Prijorità tan-Network Transfruntier tad-Diossidu tal-Karbonju



Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

12.1

12.2

12.6

▼B




Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-proġetti ta’ interess komuni għal għajnuna finanzjarja tal-UE fil-kuntest tal-infrastrutturi trans-Ewropej tal-enerġija (Kapitolu V tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ))

Il-Kummissjoni tissottolinja li hija tqis importanti li l-appoġġ mill-UE u sorsi nazzjonali jestendi għal għotjiet għal xogħlijiet biex tkun tista’ titwettaq l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni li jsaħħu d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista tal-enerġija, ir-rotot u l-kontropartijiet. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tagħmel proposti f’din id-direzzjoni abbażi tal-esperjenza miksuba mill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ interess komuni fil-kuntest tar-rapport previst fl-Artikolu 17 tar-Regolament dwar linji gwida infrastrutturi trans-Ewropej tal-enerġija.



( 1 ) Id-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali (ĠU L 176, 15.7.2003, p. 57).

( 2 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku (ĠU L 176, 15.7.2003, p. 1).

( 3 ) ĠU L 162, 22.6.2007, p. 1.

( 4 ) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

( *1 ) ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39.”;

( 5 ) Soġġett għad-data tal-adeżjoni tal-Kroazja, minn din id-data.

( 6 ) Soġġett għad-data tal-adeżjoni tal-Kroazja, minn din id-data.

( 7 ) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114.

( 8 ) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 1.

( 9 ) Ara paġna 39 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.