2011L0092 — MT — 15.05.2014 — 001.003
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
DIRETTIVA 2011/92/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (kodifikazzjoni) (ĠU L 026 28.1.2012, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
L 124 |
1 |
25.4.2014 |
Ikkoreġut b'
DIRETTIVA 2011/92/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Diċembru 2011
dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent
(kodifikazzjoni)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 1 ),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja ( 2 ),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent ( 3 ) ġiet emendata kemm-il darba ( 4 ) b'mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. |
(2) |
Skont l-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent hija msejsa fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq il-prinċipji li għandha tittieħed azzjoni preventiva, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità, tissewwa f'ras il-għajn u li min iniġġes għandu jħallas. Effetti fuq l-ambjent għandhom jitqiesu kemm jista' jkun kmieni fil-proċessi tal-ippjanar tekniku u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. |
(3) |
Il-prinċipji tal-istima ta’ effetti ambjentali għandhom ikunu armonizzati, b'mod partikolari sa fejn jirreferu għall-proġetti li għandhom ikunu suġġetti għal stima, l-obbligi prinċipali tal-iżviluppaturi u l-kontenut tal-istima. L-Istati Membri jistgħu jippreskrivu regoli iktar stretti sabiex iħarsu l-ambjent. |
(4) |
Iktar minn hekk, huwa meħtieġ li jinkiseb wieħed mill-objettivi tal-Unjoni fl-isfera tal-ħarsien tal-ambjent u l-kwalità tal-ħajja. |
(5) |
Il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni tinkludi dispożizzjonijiet li jgħinu lill-awtoritajiet pubbliċi u korpi oħra biex jieħdu deċiżjonijiet li jista' jkollhom effett sinifikanti fuq l-ambjent kif ukoll fuq is-saħħa u l-ġid personali. |
(6) |
Prinċipji ġenerali għall-istima ta’ effetti ambjentali għandhom ikunu stabbiliti bil-ħsieb li jissupplixxu u jikkoordinaw proċeduri ta’ kunsens għall-iżvilupp li jirregolaw proġetti pubbliċi u privati li aktarx jista'jikollhom effett qawwi fuq l-ambjent. |
(7) |
Kunsens għall-iżvilupp għal proġetti pubbliċi u privati li aktarx ikollhom effett sinifikanti fuq l-ambjent għandu jingħata biss wara li tkun saret stima minn qabel tal-effetti ambjentali sinifikanti probabbli ta’ dawk il-proġetti. Dik l-istima għandha titmexxa fuq il-bażi tal-informazzjoni xierqa mogħtija mill-iżviluppatur, li tista' tkun supplementata mill-awtoritajiet u mill-pubbliku li x'aktarx ikun ikkonċernat bil-proġett inkwistjoni. |
(8) |
Proġetti li jappartienu lil ċerti tipi għandhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent u dawk il-proġetti għandhom, bħala regola, jkunu suġġetti għal stima sistematika. |
(9) |
Proġetti ta’ tipi oħra jista' ma jkollomx effetti sinifikanti fuq l-ambjent f'kull każ u dawk il-proġetti għandhom ikunu stmati fejn l-Istati Membri jaħsbu li x'aktarx li jkollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent. |
(10) |
L-Istati Membri jistgħu jwaqqfu livelli jew kriterji bil-għan li jistabbilixxu liema minn dawn il-proġetti għandhom jiġu soġġetti għal stima fuq il-bażi tal-importanza tal-effetti tagħhom fuq l-ambjent. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu meħtieġa li jeżaminaw proġetti li jaqgħu taħt dawk il-livelli jew 'il barra minn dawk il-kriterji fuq il-bażi ta’ każ b'każ. |
(11) |
Huma u jistabbilixxu tali livelli jew kriterji jew jeżaminaw il-proġetti fuq il-bażi ta’ każ b'każ, bil-għan li jistabbilixxu liema proġetti għandhom ikunu soġġetti għal stima fuq il-bażi tal-effetti sinifikanti tagħhom fuq l-ambjent, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kriterji rilevanti tal-għażla stabbiliti f'din id-Direttiva. B'mod konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-Istati Membri huma fl-aħjar pożizzjoni biex japplikaw dawk il-kriterji f'okkażjonijiet speċifiċi. |
(12) |
Għal proġetti li huma suġġetti għal stima, ċertu ammont minimu ta’ informazzjoni għandu jingħata, dwar il-proġett u l-effetti tiegħu. |
(13) |
►C1 Huwa xieraq li tiġi stabbilita proċedura sabiex tgħin lill-iżviluppatur jikseb opinjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti dwar il- kontenut u d-daqs tat-tagħrif li għandu jiġi preċiżat u fornit għall-istima. ◄ L-Istati Membri, fil-qafas ta’ din il-proċedura, jistgħu jeħtieġu li l-iżviluppatur jipprovdi, fost ħwejjeġ oħra, alternattivi għall-proġetti li għalihom ikun beħsiebu jissottometti applikazzjoni. |
(14) |
L-effetti ta’ proġett fuq l-ambjent għandhom ikunu stmati biex iqisu itħassib għall-ħarsien tas-saħħa umana, issir kontribuzzjoni permezz ta’ ambjent aħjar għall-kwalità tal-ħajja, tkun żgurata żamma tad-diversità ta’ speċji u tinżamm il-kapaċità reproduttiva tal-ekosistema bħala riżors bażiku għall-ħajja. |
(15) |
Huwa xieraq li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet imsaħħa li jirrigwardaw l-istima tal-impatt fuq l-ambjent f'kuntest transkonfinali sabiex jitqiesu l-iżviluppi fuq livell internazzjonali. Il-Komunità ffirmat il-Konvenzjoni dwar l-Istima tal-Impatt fuq l-Ambjent f'Kuntest Transkonfinali fil-25 ta’ Frar 1991, u rratifikatha fl-24 ta’ Ġunju 1997. |
(16) |
Il-parteċipazzjoni pubblika effettiva fit-teħid tad-deċiżjonijiet tgħin lill-pubbliku li jesprimi, u lil min jagħmel id-deċiżjoni li jqis, l-opinjonijiet u t-tħassib li jistgħu jkunu rilevanti għal dawn id-deċiżjonijiet, biex b'hekk jiżdiedu l-kontabbiltà u t-trasparenza tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u jikkontribwixxu għall-konoxxenza tal-pubbliku tal-kwistjonijiet ambjentali u l-appoġġ għad-deċiżjonijiet meħuda. |
(17) |
Il-parteċipazzjoni, inkluża l-parteċipazzjoni mill-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u l-gruppi, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippomwovu l-protezzjoni ambjentali, għandha għalhekk tiġi inkoraġġita, inkluża, fost ħwejjeġ oħra, l-edukazzjoni tal-pubbliku li tippromwovi l-ambjent. |
(18) |
Il-Komunità Ewropea ffirmat il-Konvenzjoni tal-UN/ECE dwar Aċċess għat-Tagħrif, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (“il-Konvenzjoni ta’ Århus”) fil-25 ta’ Ġunju 1998 u rratifikatha fis-17 ta’ Frar 2005. |
(19) |
Fost l-objettivi tal-Konvenzjoni ta’ Århus hemm ix-xewqa li jiġu ggarantiti d-drittijiet tal-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet f'materji ambjentali sabiex jikkontribwixxu għall-protezzjoni tad-dritt għall-għixien f'ambjent li huwa adegwat għas-saħħa u l-ġid personali. |
(20) |
L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Århus jipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika fid-deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet speċifiċi elenkati fl-Anness I tagħha u dwar l-attivitajiet mhux hekk elenkati li jista' jkollhom effett sinifikanti fuq l-ambjent. |
(21) |
L-Artikolu 9(2) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Århus jipprovdi aċċess għall-proċeduri ġudizzjarji jew proċeduri oħra sabiex tiġi kkontestata l-legalità sostantiva jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet soġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku tal-Artikolu 6 ta’ dik il-Konvenzjoni. |
(22) |
Madankollu, din id-Direttiva m'għandhiex tkun applikata għal proġetti li d-dettalji tagħhom huma adottati b'att leġiżlattiv nazzjonali speċifiku, ladarba l-objettivi ta’ din id-Direttiva, inkluża dik li tiġi ssupplimentata l-informazzjoni, jinkisbu permezz tal-proċess leġiżlattiv. |
(23) |
Barra min hekk, jista' jkun xieraq f'każijiet eċċezzjonali li proġett speċifiku jkun eżentat mill-proċeduri ta’ stima preskritti b'din id-Direttiva, suġġett għal forniment ta’ informazzjoni xierqa lill-Kummissjoni u lill-pubbliku konċernat. |
(24) |
Ġaladarba l-objettivi ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi. |
(25) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness V, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-istima tal-effetti ambjentali ta’ dawk il-proġetti pubbliċi u privati li aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent.
2. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) “proġett” tfisser:
— l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ stallazzjonijiet jew skemi oħra,
— interventi oħra fil-madwar u fil-pajsaġġ naturali inklużi dawk li jinvolvu l-estrazzjoni ta’ riżorsi naturali;
(b) “żviluppatur” tfisser l-applikant għal awtorizzazzjoni għal proġett privat jew l-awtorità pubblika li tibda proġett;
(c) “kunsens għall-iżvilupp” tfisser id-deċiżjoni tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li tagħti d-dritt lill-iżviluppatur biex jipproċedi bil-proġett;
(d) “pubbliku” tfisser persuna jew iktar naturali jew legali, u, skont il-leġiżlazzjoni jew il-prassi nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom;
(e) “pubbliku kkonċernat” tfisser il-pubbliku affettwat jew x'aktarx li jiġi affettwat bil-proċeduri dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 2(2) jew li għandu interess fihom. Għall-għanijiet ta’ din id-definizzjoni, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent u jissodisfaw kull rekwiżit taħt il-liġijiet nazzjonali għandhom jitqiesu li għandhom interess;
(f) “awtorità jew awtoritajiet kompetenti” tfisser dik l-awtorità jew dawk l-awtoritajiet li l-Istati Membri jaħtru bħala responsabbli sabiex iwettqu d-dmirijiet li joħorġu minn din id-Direttiva;
(g) “valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent” tfisser il-proċess li jikkonsisti minn:
(i) it-tħejjija ta' rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent mill-iżviluppatur, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) u (2);
(ii) it-twettiq ta' konsultazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 6 u, fejn rilevanti, l-Artikolu 7;
(iii) l-eżami mill-awtorità kompetenti tat-tagħrif preżentat fir-rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent u kwalunkwe tagħrif addizzjonali provdut, fejn neċessarju, mill-iżviluppatur skont l-Artikolu 5(3), u kwalunkwe tagħrif rilevanti riċevut mill-konsultazzjonijiet taħt l-Artikoli 6 u 7;
(iv) il-konklużjoni motivata mill-awtorità kompetenti fuq l-effetti sinifikattivi tal-proġett fuq l-ambjent, fid-dawl tar-riżultati tal-eżami msemmi fil-punt (iii) u, fejn xieraq, l-eżami addizzjonali tagħha; u
(v) l-integrazzjoni tal-konklużjoni motivata tal-awtorità kompetenti fi kwalunkwe deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 8a.
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fuq bażi ta' każ każ u jekk previst mil-liġi nazzjonali, li ma japplikawx din id-Direttiva għall-proġetti, jew partijiet minn proġetti, li jkollhom id-difiża bħala l-għan ewlieni tagħhom jew proġetti li l-uniku għan tagħhom ikun ir-rispons għal emerġenzi, jekk jidhrilhom li tali applikazzjoni jkollha effett ħażin fuq dawk l-għanijiet.
▼M1 —————
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li, qabel ma jingħata l-kunsens għall-iżvilupp, il- proġetti li x'aktarx ikun sejjer ikollhom impatt sinifikattiv fuq l-ambjent minħabba, fost ħwejjeġ oħra, tan-natura, id-daqs u l- lokalizzazzjoni tagħhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit li jkun hemm kunsens għall-iżvilupp u valutazzjoni rigward l-effetti tagħhom fuq l-ambjent. Dawk il-proġetti huma ddefiniti fl-Artikolu 4.
2. Il-valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent tista' tkun integrata fil- proċeduri eżistenti għal kunsens għall-iżvilupp għal proġetti fl-Istati Membri, jew, fin-nuqqas ta' dan, fi proċeduri oħra jew fi proċeduri li għandhom ikunu stabbiliti biex ikun hemm konformità mal- għanijiet ta' din id-Direttiva.
3. Fil-każ ta' proġetti li għalihom l-obbligu li jitwettqu valutazzjonijiet tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament minn din id-Direttiva u mid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE ( 5 ) u/jew id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ikun xieraq, ikunu provduti proċeduri koordinati u/jew konġunti li jissodisfawir-rekwiżiti ta' dik il-leġislazzjoni tal-Unjoni.
Fil-każ ta' proġetti li għalihom l-obbligu li jitwettqu valutazzjonijiet tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament kemm minn din id-Direttiva kif ukoll minn leġislazzjoni tal-Unjoni li mhijiex id-Direttivi msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jipprovvdu għal proċeduri koordinati u/jew konġunti.
Taħt il-proċedura koordinata msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Istati Membri għandhom jipprovaw jikkoordinaw id-diversi valutazzjonijiet individwali tal-impatt ta' proġett partikolari fuq l-ambjent, li jkunu meħtieġa mil-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni, billi jaħtru awtorità għal dan l-iskop, mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni kuntrarja li tinsab f'leġislazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.
Taħt il-proċedura konġunta msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Istati Membri għandhom jipprovaw jipprovdu valutazzjoni waħda tal-impatti fuq l-ambjent ta' proġett partikolari, meħtieġa mil-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni, mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni kuntrarja li tinsab f'leġislazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida fil-qasam tat-twaqqif ta' proċeduri koordinati jew konġunti għall-proġetti li huma simultanjament suġġetti għal valutazzjonijiet kemm taħt din id-Direttiva kif ukoll taħt id-Direttivi 92/43/KEE, 2000/60/KE, 2009/147/KE u 2010/75/UE.
4. Bla ħsara għall-Artikolu 7, l-Istati Membri jistgħu, f'każijiet eċċezzjonali, jeżentaw proġett speċifiku mid-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, meta l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet tinċidi b'mod ħażin fuq l-iskop tal-proġett, bil-kundizzjoni li l-objettivi ta' din id-Direttiva jiġu sodisfatti.
F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom:
(a) jikkunsidraw jekk għamla oħra ta’ stima tkunx approprjata;
(b) jagħmlu disponibbli għall-pubbliku kkonċernat it-tagħrif miksub taħt għamliet oħra tal-istima msemmija fil-punt (a), it-tagħrif li jkollu x'jaqsam mad-deċiżjoni dwar l-għotja tal-eżenzjoni u r-raġunijiet għaliex tkun ġiet mogħtija;
(c) jinformaw lill-Kummissjoni, qabel ma jingħata kunsens, bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-eżenzjoni mogħtija, u jipprovduha bl-informazzjoni li jkunu għamlu disponibbli, fejn japplika, liċ-ċittadini tagħhom stess.
Il-Kummissjoni għandha immedjatament tibgħat id-dokumenti li tkun irċeviet lill-Istati Membri l-oħra.
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta ta’ kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.
5. Bla ħsara għall-Artikolu 7, f'każijiet fejn proġett huwa adottat b'att leġislattiv nazzjonali speċifiku, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw dak il-proġett mid-dispożizzjonijiet relatati mal-konsultazzjoni pubblika stabbiliti f'din id-Direttiva, bil-kundizzjoni li l-objettivi ta' din id-Direttiva jiġu sodisfatti.
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe każ ta' applikazzjoni tal-eżenjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu kull sentejn mis-16 ta' Mejju 2017
Artikolu 3
1. Il-valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent għandha tidentifika, tiddeskrivi u tistma b'mod xieraq, fid-dawl ta' kull każ individwali, l-effetti sinifikattivi, diretti u indiretti, ta' proġett fuq il-fatturi li ġejjin:
(a) il-popolazzjoni u s-saħħa tal-bniedem;
(b) il-bijodiversità, b'attenzjoni partikolari għal speċijiet u ambjenti protetti skont id-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE;
(c) l-art, il-ħamrija, l-ilma, l-arja u l-klima;
(d) l-assi materjali, il-wirt kulturali u l-pajsaġġ;
(e) l-interazzjoni bejn il-fatturi msemmija fil punti (a) sa (d).
2. L-effetti msemmija fil-paragrafu 1 fuq il-fatturi msemmija fih għandhom jinkludu l-effetti previsti, li ġejjin mill-vulnerabbiltà tal-proġett għar-riskji ta' inċidenti kbar u/jew diżastri li huma rilevanti għall-proġett ikkonċernat.
Artikolu 4
1. Bla ħsara għall-Artikolu 2(4), il-proġetti mniżżla fl-Anness I għandhom jiġu soġġetti għall-stima b'mod konformi mal-Artikoli 5 sa 10.
2. Bla ħsara għall-Artikolu 2(4), għall-proġetti mniżżla fil-lista fl-Anness II, Stati Membri għandhom jistabbilixxu jekk il-proġett għandux jiġi soġġett għal stima b'mod konformi mal-Artikoli 5 sa 10. L-Istati Membri għandhom jagħmlu dik id-determinazzjoni permezz ta':
(a) eżami każ b'każ,
jew
(b) livelli jew kriterji stabbiliti mill-Istat Membru.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li japplikaw iż-żewġ proċeduri msemmija fil-punti (a) u (b).
3. Fejn issir analiżi każ b'każ jew jiġu stabbiliti parametri jew kriterji għall-fini tal-paragrafu 2, għandhom jitqiesu l-kriterji tal-għażla rilevanti ddikjarati fl-Anness III. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu livelli massimi jew kriterji biex jiddeterminaw meta ma jkunx hemm bżonn li proġetti jgħaddu jew mid-determinazzjoni taħt il-paragrafi 4 u 5 jew minn valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent, u/jew limiti massimi jew kriterji biex jiddeterminaw meta proġetti jkunu f'kull każ suġġetti għal valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent mingħajr ma jgħaddu minn determinazzjoni kif stabbilit fil-paragrafi 4 u 5.
4. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jeħtieġu determinazzjoni għal proġetti elenkati fl-Anness II, l-iżviluppatur għandu jipprovdi tagħrif dwar il-karatteristiċi tal-proġett u l-effetti sinifikattivi li dan x'aktarx ikollu fuq l-ambjent. Il-lista dettaljata tat-tagħrif li għandu jiġi pprovdut hija speċifikata fl-Anness II.A. L-iżviluppatur għandu jieħu kont, fejn rilevanti, tar-riżultati disponibbli ta' valutazzjonijiet rilevanti oħra tal-effetti fuq l-ambjent imwettqa b'mod konformi ma' leġislazzjoni tal-Unjoni barra minn din id-Direttiva. L-iżviluppatur jista' wkoll jipprovdi deskrizzjoni ta' kwalunkwe element tal-proġett u/jew miżuri intiżi sabiex jiġu evitati jew impediti dawk li jistgħu altrimenti jkunu effetti sinifikattivi ħżiena fuq l-ambjent.
5. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel id-determinazzjoni tagħha, abbażi tat-tagħrif ipprovdut mill-iżviluppatur f'konformità mal-paragrafu 4 filwaqt li tqis, meta jkun rilevanti, ir-riżultati ta' verifiki preliminari jew valutazzjonijiet tal-effetti fuq l-ambjent imwettqa b'mod konformi ma' leġislazzjoni tal-Unjoni barra minn din id-Direttiva. Id-determinazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku u:
(a) fejn jiġi deċiż li hija meħtieġa valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent, tiddikjara r-raġunijiet prinċipali għaliex kienet meħtieġa tali valutazzjoni b'riferiment għall-kriterji rilevanti elenkati fl-Anness III; jew
(b) fejn jiġi deċiż li mhijiex meħtieġa valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent, tiddikjara r-raġunijiet prinċipali għaliex ma kinitx meħtieġa tali valutazzjoni b'riferiment għall-kriterji rilevanti elenkati fl-Anness III, u fejn proposta mill-iżviluppatur, tiddikarja kwalunkwe element tal-proġett u/jew miżura previsti sabiex jiġu evitati jew impediti dawk li jistgħu altrimenti jkunu effetti sinifikattivi ħżiena fuq l-ambjent.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tagħmel id-determinazzjoni tagħha kemm jista' jkun malajr u f'perjodu li ma jaqbiżx 90 ġurnata mid-data meta l-iżviluppatur ssottometta t-tagħrif kollu meħtieġ b'mod konformi mal-paragrafu 4. F'każijiet eċċezzjonali, pereżempju dawk relatati man-natura, il-kumplessità, il-post u d-daqs tal-proġett, l-awtorità kompetenti tista' testendi dik l-iskadenza biex tasal għad-determinazzjoni tagħha; f'dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma bil-miktub l-iżviluppatur bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni u d-data sa meta hija mistennija d-determinazzjoni tagħha.
Artikolu 5
1. Fejn tkun meħtieġa valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent, l-iżviluppatur għandu jħejji u jippreżenta rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent. It-tagħrif li għandu jiġi provdut mill-iżviluppatur għandu tal-anqas jinkludi:
(a) deskrizzjoni tal-proġett li tinkludi tagħrif dwar is-sit, id-disinn u d-daqs u elementi rilevanti oħra tal-proġett;
(b) deskrizzjoni tal-effetti sinifikattivi li l-proġett x'aktarx ikollu fuq l-ambjent;
(c) deskrizzjoni tal-elementi tal-proġett u/jew miżuri oħra previsti sabiex jiġu evitati, impediti, imnaqqsa u, jekk possibbli, ikkontrobilanċjati l-effetti sinifikattivi ħżiena li x'aktarx ikun hemm fuq l-ambjent;
(d) deskrizzjoni tal-alternattivi raġonevoli meqjusa mill-iżviluppatur, li huma rilevanti għall-proġett u għall-karatteristiċi speċifiċi tiegħu, u indikazzjoni tar-raġunijiet prinċipali tal-għażla magħmula, fid-dawl tal-effetti tal-proġett fuq l-ambjent;
(e) sommarju mhux tekniku tat-tagħrif imsemmi fil-punti (a) sa (d);u
(f) kwalunkwe tagħrif addizzjonali speċifikat fl-Anness IV rilevanti għall-karatteristiċi speċifiċi ta' proġett partikolari jew ta' tip ta' proġett u tal-karatteristiċi ambjentali li x'aktarx jiġu affettwati.
Fejn tkun inħarġet opinjoni skont il-paragrafu 2, ir-rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent għandu jkun ibbażat fuq dik l-opinjoni u jinkludi tagħrif li jista' jkun raġonevolment meħtieġ biex tintlaħaq konklużjoni motivata dwar l-effetti sinifikattivi tal-proġett fuq l-ambjent, filwaqt li jitqiesu l-għarfien u l-metodi attwali tal-valutazzjoni. L-iżviluppatur għandu, bil-ħsieb li jevita ripetizzjoni tal-valutazzjonijiet, jieħu kont tar-riżultati disponibbli ta' valutazzjonijiet rilevanti oħra taħt il-leġislazzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali, fit-tħejjija tar-rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent.
2. Fuq talba tal-iżviluppatur, l-awtorità kompetenti, filwaqt li tqis it-tagħrif provdut mill-iżviluppatur b'mod partikolari dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-proġett, inklużi l-post u l-kapaċità teknika tiegħu) u l-impatt li x'aktarx ikollu fuq l-ambjent, għandha tagħti opinjoni dwar l-ambitu u l-livell ta' dettall tat-tagħrif li għandu jkun inkluż mill-iżviluppatur fir-rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent, skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) qabel ma tagħti l-opinjoni tagħha.
L-Istati Membri jistgħu jesiġu wkoll li l-awtoritajiet kompetenti jagħtuhom opinjoni kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu, irrispettivament minn jekk l-iżviluppatur jitlobx dan.
3. Sabiex jiġu żgurati l-kompletezza u kwalità tar-rapporti ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent:
(a) l-iżviluppatur għandu jiżgura li r-rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent huwa mħejji minn esperti kompetenti;
(b) l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jkollha, jew li jkollha aċċess kif meħtieġ għal, għarfien espert suffiċjenti sabiex teżamina r-rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent; u
(c) fejn meħtieġ, l-awtorità kompetenti għandha titlob mill-iżviluppatur tagħrif addizzjonali, b'mod konformi mal-Anness IV, li jkun direttament rilevanti sabiex tintlaħaq konklużjoni motivata dwar l-effetti sinifikattivi tal-proġett fuq l-ambjent;
4. L-Istati Membri għandhom, jekk ikun meħtieġ, jiżguraw li kull awtorità li jkollha f'idejha t-tagħrif rilevanti b'referenza partikolari għall-Artikolu 3, tagħmel dan it-tagħrif disponibbli lill-iżviluppatur.
Artikolu 6
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet li x'aktarx ikunu kkonċernati mill-proġett minħabba r-responsabilitajiet ambjentali speċifiċi tagħhom jew fl-ambitu tal-kompetenzi lokali u reġjonali tagħhom jingħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar it-tagħrif fornut mill-iżviluppatur u dwar it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp, filwaqt li jittieħed kont, fejn ikun xieraq, tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 8a(3). Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet li għandhom jiġu kkonsultati, jew f'termini ġenerali jew fuq il-bażi ta' każ b'każ. It-tagħrif miġbur skont l-Artikolu 5 għandu jintbagħat lil dawk l-awtoritajiet. Għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri arranġamenti dettaljati għall-konsultazzjoni.
2. Bil-għan li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni effikaċi tal-pubbliku kkonċernat fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet, il-pubbliku għandu jiġi infurmat dwar il-materji li ġejjin b'mod elettroniku u b'avviżi pubbliċi jew b'mezzi oħra xierqa kmieni fil-proċeduri tat-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 2(2) u, l-iktar tard, hekk kif it-tagħrif ikun jista' raġonevolment jiġi pprovdut:
(a) it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp;
(b) il-fatt li l-proġett huwa soġġett għal proċedura ta’ stima dwar l-impatt fuq l-ambjent u, meta rilevanti, il-fatt li japplika l-Artikolu 7;
(c) id-dettalji tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-teħid tad-deċiżjoni, dawk li mingħandhom jista' jinkiseb tagħrif rilevanti, dawk li lilhom jistgħu jiġu sottomessi kummenti jew mistoqsijiet, u d-dettalji dwar l-iskeda taż-żmien għat-trażmissjoni tal-kummenti jew il-mistoqsijiet;
(d) in-natura tad-deċiżjonijiet possibbli jew, meta jkun hemm wieħed, l-abbozz tad-deċiżjoni;
(e) indikazzjoni tad-disponibbiltà tat-tagħrif miġbur skont l-Artikolu 5;
(f) indikazzjoni dwar iż-żminijiet jew il-postijiet li fihom u l-mezzi li permezz tagħhom it-tagħrif irid jiġi magħmul disponibbli;
(g) id-dettalji tal-arranġamenti għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku magħmula skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'termini ta’ żmien raġonevoli, dan li ġej jitpoġġa għad-disponibilità tal-pubbliku kkonċernat:
(a) kull tagħrif miġbur skont l-Artikolu 5;
(b) skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ir-rapporti u l-pariri prinċipali mogħtija lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien meta jiġi mgħarraf il-pubbliku kkonċernat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;
(c) skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali ( 7 ), it-tagħrif għajr dak imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li jkun rilevanti għad-deċiżjoni skont l-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva u li jsir disponibbli biss wara ż-żmien meta l-pubbliku kkonċernat ikun ġie mgħarraf skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
4. Il-pubbliku kkonċernat għandu jingħata opportunitajiet minn kmieni u effettivi sabiex jipparteċipa fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 2(2) u għandu, għal dan il-għan, ikun intitolat li jesprimi kummenti u opinjonijiet meta l-għażliet kollha jkunu miftuħa lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti qabel tittieħed id-deċiżjoni dwar it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp.
5. L-arranġamenti dettaljati sabiex il-pubbliku jiġi informat, pereżempju bit-twaħħil ta' kartelluni f'ċertu raġġ jew pubblikazzjoni fil-gazzetti lokali, u sabiex il-pubbliku kkonċernat jiġi kkonsultat, pereżempju permezz ta' sottomissjonijiet bil-miktub jew permezz ta' inkjesta pubblika, għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li t-tagħrif rilevanti jkun aċċessibbli b'mod elettroniku għall-pubbliku, permezz ta' tal-anqas portal ċentrali jew punti ta' aċċess faċilment aċċessibbli, fil-livell amministrattiv xieraq.
6. Għandhom jiġu pprovduti termini ta' żmien raġonevoli għall-fażijiet differenti, li jippermettu żmien biżżejjed biex:
(a) jiġu infurmati l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-pubbliku u
(b) l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-pubbliku kkonċernat iħejju u jipparteċipaw b'mod effikaċi fit-teħid ta' deċiżjonijiet ambjentali, soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.
7. It-termini ta' żmien sabiex il-pubbliku kkonċernat jiġi kkonsultat dwar ir-rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent imsemmi fl-Artikolu 5(1) ma għandhomx ikunu iqsar minn 30 jum.
Artikolu 7
1. Meta Stat Membru jkun jaf li proġett x'aktarx ikun sejjer ikollu effetti sinifikanti fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor jew meta Stat Membru li x'aktarx ikun sejjer jiġi affettwat b'mod sinifikanti jitlob hekk, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-proġett ikun maħsub li jitwettaq għandu jibgħat lill-Istat Membru affettwat malajr kemm jista' jkun u mhux iktar tard minn meta jgħarraf lill-pubbliku tiegħu, fost ħwejjeġ oħra:
(a) deskrizzjoni tal-proġett, flimkien ma’ kull tagħrif disponibbli dwar l-impatt transkonfinali possibbli tiegħu;
(b) tagħrif dwar in-natura tad-deċiżjoni li tista' tittieħed.
L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-proġett ikun maħsub li jitwettaq għandu jagħti lill-Istat Membru l-ieħor żmien raġonevoli għalbiex jindika jekk jixtieqx jieħu sehem fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 2(2), u jista' jinkludi t-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2. Jekk Stat Membru li jirċievi t-tagħrif skont il-paragrafu 1 jindika li jkun beħsiebu jieħu sehem fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 2(2), l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-proġett ikun maħsub li jitwettaq għandu, jekk ma jkunx diġà għamel hekk, jibgħat lill-Istat Membru affettwat it-tagħrif meħtieġ li jingħata skont l-Artikolu 6(2) u li jkun sar disponibbli skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(3).
3. L-Istati Membri kkonċernati, kull wieħed sa fejn jirrigwarda lilu, għandhom ukoll:
(a) jirranġaw biex it-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ikun magħmul disponibbli, fi żmien raġonevoli, lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) u lill-pubbliku kkonċernat fit-territorju tal-Istat Membru li x'aktarx ikun sejjer jiġi affettwat b'mod sinifikanti; u
(b) jiżguraw li l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) u l-pubbliku kkonċernat jingħataw opportunità, qabel ma jingħata l-kunsens għall-iżvilupp, li jagħtu l-opinjoni tagħhom fi żmien raġonevoli dwar it-tagħrif fornit lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun maħsub li jitwettaq il-proġett.
4. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet rigward, inter alia, l-effetti transkonfinali potenzjali tal-proġett u l-miżuri previsti li jnaqqsu jew jeliminaw dawn l-effetti u għandhom jiftiehmu fil-qafas ta' żmien raġonevoli għat-tul tal-perjodu ta' konsultazzjoni.
Tali konsultazzjonijiet jistgħu jkunu mmexxija minn korp konġunt xieraq.
5. L-arranġamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu, inkluż l-iffissar ta' termini ta' żmien għall-konsultazzjonijiet, għandhom ikunu determinati mill-Istati Membri kkonċernati, abbażi tal-arranġamenti u t-termini ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 6(5) sa (7) u għandhom ikunu tali li jippermettu lill-pubbliku kkonċernat fit-territorju tal-Istat Membru affettwat li jipparteċipa b'mod effikaċi fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet ambjentali msemmija fl-Artikolu 2(2) għall-proġett.
Artikolu 8
Ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet u tat-tagħrif miġbura skont l-Artikoli 5 sa 7 għandhom jitqiesu debitament fil-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp.
Artikolu 8a
1. Id-deċiżjoni li jingħata l-kunsens għall-iżvilupp għandha tinkorpora tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) il-konklużjoni motivata msemmija fl-Artikolu 1(2)(g)(iv);
(b) kwalunkwe kundizzjoni ambjentali marbuta mad-deċiżjoni deskrizzjoni ta' kwalunkwe element tal-proġett u/jew miżura previsti sabiex jiġu evitati, impediti jew imnaqqsa u, jekk possibbli, ikkontrobilanċjati l-effetti sinifikattivi ħżiena fuq l-ambjent kif ukoll, fejn ikun xieraq, miżuri ta' monitoraġġ.
2. Id-deċiżjoni ta' rifjut ta' kunsens għall-iżvilupp għandha tiddikjara r-raġunijiet ewlenin għar-rifjut.
3. Fil-każ ta' Stati Membri li jirrikorru għall-proċeduri msemmija fl-Artikolu 2(2) li mhumiex il-proċeduri għall-kunsens għall-iżvilupp, ir-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, skont ma jkunu xierqa, għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti meta kwalunkwe deċiżjoni adottata fil-kuntest ta' dawk il-proċeduri fiha l-informazzjoni msemmija f'dawk il-paragrafi u jkun hemm mekkaniżmi fis-seħħ biex ikunu sodisfatti r-rekwiżiti tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.
4. B'mod konformi mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1(b), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-elementi tal-proġett u/jew miżuri oħra previsti sabiex jiġu evitati, impediti, imnaqqsa u, jekk possibbli, ikkontrobilanċjati l-effetti sinifikattivi ħżiena fuq l-ambjent jitwettqu mill-iżviluppatur u għandhom jiddeterminaw il-proċeduri għall-monitoraġġ ta' effetti sinifikattivi ħżiena fuq l-ambjent.
It-tip ta' parametri li għandhom jiġu mmonitorjati u t-tul ta' żmien tal-monitoraġġ għandhom ikunu proporzjonati man-natura, il-post u d-daqs tal-proġett u l-importanza tal-effetti tiegħu fuq l-ambjent.
L-arranġamenti eżistenti għall-monitoraġġ li jirriżultaw minn leġislazzjoni tal-Unjoni barra din id-Direttiva ul minn leġislazzjoni nazzjonali jistgħu jintużaw fejn dan ikun xieraq bil-ħsieb li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-monitoraġġ.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tieħu kwalunkwe waħda mid-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu f'perjodu ta' żmien raġonevoli.
6. L-awtorità kompetenti għandha tkun sodisfatta li l-konklużjoni motivata msemmija fl-Artikolu 1(2)(g)(iv), jew kull deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, tkun għadha aġġornata meta tieħu deċiżjoni li tagħti l-kunsens għall-iżvilupp. Għal tali fini, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu termini ta' żmien għall-validità tal-konklużjoni motivata msemmija fl-Artikolu 1(2)(g)(iv) jew kwalunkwe deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 9
1. Meta tkun ittieħdet deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta kunsens għall-iżvilupp, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw fil-pront lill-pubbliku u l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) biha, skont il-proċeduri nazzjonali, u għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja tkun disponibbli għall-pubbliku u l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1), filwaqt li jittieħed kont, fejn xieraq, tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 8a(3):
(a) il-kontenut tad-deċiżjoni u kull kundizzjoni li takkumpanjaha, kif imsemmi fl-Artikolu 8a(1) u (2);
(b) ir-raġunijiet u l-konsiderazzjonijiet ewlenin li fuqhom hija msejsa d-deċiżjoni, inkluża informazzjoni dwar il-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku; Dan jinkludi wkoll is-sommarju tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet u t-tagħrif miġbur skont l-Artikoli 5 sa 7 u kif dawk ir-riżultati jkunu ġew inkorporati jew inkella indirizzati, b'mod partikolari l-kummenti li waslu għand l-Istat Membru affettwat imsemmija fl-Artikolu 7.
2. L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lil kull Stat Membru li jkun ġie kkonsultat skont l-Artikolu 7, billi jibagħtulu t-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
L-Istati Membri kkonsultati għandhom jiżguraw li dan it-tagħrif jiġi magħmul disponibbli f'manjiera approprjata lill-pubbliku kkonċernat fit-territorju tagħhom.
Artikolu 9a
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-kompiti li jirriżultaw minn din id-Direttiva b'mod oġġettiv u ma jsibux ruħhom f'sitwazzjoni li tagħti lok għal kunflitt ta' interess.
Fejn l-awtorità kompetenti hija wkoll l-iżviluppatur, l-Istati Membri għandhom tal-anqas jimplimentaw, fl-ambitu tal-organizzazzjoni tagħhom tal-kompetenzi amministrattivi, separazzjoni xierqa bejn il-funzjonijiet kunfliġġenti meta jkunu qed iwettqu l-kompiti li jirriżultaw minn din id-Direttiva.
Artikolu 10
Bla ħsara għad-Direttiva 2003/4/KE, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw l-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jirrispettaw il-limitazzjonijiet imposti bil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali u bil-prassi legali aċċettati rigward il-kunfidenzjalità kummerċjali u industrijali, inkluża l-proprjetà intellettwali, u s-salvagwardja tal-interess pubbliku.
Fejn japplika l-Artikolu 7, it-trażmissjoni tat-tagħrif lil Stat Membru ieħor u r-riċezzjoni tat-tagħrif minn Stat Membru ieħor għandhom ikunu soġġetti għal-limitazzzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru fejn jiġi propost il-proġett.
Artikolu 10a
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-Direttiva. Il-penali previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 11
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, skont is-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku kkonċernat:
(a) li jkollhom interess suffiċjenti, jew alternattivament,
(b) li jsostnu l-ksur ta’ dritt, meta l-liġi amministrattiva proċedurali ta’ Stat Membru teħtieġ dan bħala pre-kondizzjoni,
ikollhom aċċess għal proċedura ta’ stħarriġ quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi sabiex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu f'liema stadju jistgħu jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet.
3. Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti u l-ksur ta’ dritt għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, b'mod konsistenti mal-objettiv li jingħata aċċess wiesa' għall-ġustizzja lill-pubbliku kkonċernat. Għal dak il-fini, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jitqies suffiċjenti għall-għan tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Tali organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li jistgħu jinkisru għall-għan tal-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
4. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma għandhomx jeskludu l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ stħarriġ preliminari quddiem awtorità amminisrattiva u ma għandhomx jaffettwaw ir-rekwiżit tal-eżawriment tal-proċeduri ta’ stħarriġ amministrattiv qabel ir-rikors għall-proċeduri ta’ stħarriġ ġudizzjarju, meta jeżisti tali rekwiżit taħt il-liġi nazzjonali.
Kull proċedura bħal din għandha tkun ġusta, retta, f'waqtha u ma tiswiex tant li tkun projbittiva.
5. Sabiex iżidu l-effettività tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitpoġġew għad-disponibbilità tal-pubbliku tagħrif prattiku dwar l-aċċess għall-proċeduri ta’ stħarriġ amministrattiv u ġudizzjarju.
Artikolu 12
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jgħaddu lil xulxin informazzjoni dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
2. B'mod partikolari, kull sitt snin mis-16 ta' Mejju 2017 l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, jekk tali data tkun disponibbli, dwar:
(a) l-għadd ta' proġetti msemmija fl-Annessi I u II soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent skont l-Artikoli 5 sa 10;
(b) it-tqassim tal-valutazzjonijiet tal-impatt fuq l-ambjent skont il-kategoriji tal-proġetti stipulati fl-Annessi I u II;
(c) l-għadd ta' proġetti msemmija fl-Anness II soġġetti għal determinazzjoni skont l-Artikolu 4(2);
(d) it-tul ta' żmien medju għal proċess ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent;
(e) stimi ġenerali dwar l-ispiża diretta medja tal-valutazzjonijiet tal-impatt fuq l-ambjent, inklużi l-impatti tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għall-SMEs.
3. Fuq il-bażi ta’ dak l-iskambju ta’ informazzjoni, il-Kummissjoni għandha, jekk dan ikun meħtieġ, tibgħat proposti addizzjonali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bil-ħsieb li tiżgura li din id-Direttiva tiġi applikata b'mod suffiċjenti b'manjiera koordinata.
Artikolu 13
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 14
Id-Direttiva 85/337/KEE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness V, Parti A, hija mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness V, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.
Artikolu 15
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 16
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
PROĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(1)
1. Raffineriji taż-żejt mhux maħdum (għajr l-impriżi li jiffabbrikaw biss lubrikanti miż-żejt mhux maħdum) u stallazzjonijiet għall-gassifikazzjoni u l-likwefazzjoni ta’ 500 tunnellata metrika kuljum jew iktar ta’ faħam jew blat tafli bituminuż.
2.
(a) Power stations termali u stallazzjonijiet oħra ta’ kombustjoni bi ħruġ ta’ sħana ta’ 300 megawatt jew iktar;
(b) Power stations nukleari u reatturi oħra nukleari inklużi l-iżmantellament jew l-għeluq ta’ tali power stations jew reatturi nukleari ( 8 ) (għajr l-istallazzjonijiet tar-riċerka għall-produzzjoni u l-konverżjoni ta’ materjali fissili u fertili, li l-qawwa massima tagħhom ma taqbiżx il-kilowatt 1 ta’ tagħbija kontinwa termali).
3.
(a) Stallazzjonijiet għall-ipproċessar mill-ġdid ta’ karburant nukleari irradjat;
(b) Stallazzjonijiet intiżi:
(i) għall-produzzjoni jew l-arrikkiment tal-karburant nukleari,
(ii) għall-ipproċessar tal-karburant nukleari irradjat jew ta’ skart radjoattiv ta’ livell għoli,
(iii) għar-rimi finali ta’ karburant nukleari irradjat,
(iv) għar-rimi finali tal-iskart radjoattiv biss,
(v) għall-ħażna (ippjanata għal iktar minn 10 snin) tal-karburanti nukleari irradjati jew ta’ skart radjoattiv biss f’sit differenti mis-sit tal-produzzjoni.
4.
(a) Xogħlijiet integrati għat-tidwib tal-bidu tal-ħadid fondut u tal-azzar;
(b) Stallazzjonijiet għall-produzzjoni ta’ metalli mhux tal-ħadid mhux maħduma minn metalli, ikkonċentrati jew materja prima sekondarja bi proċessi metallurġiċi, kimiċi jew elettrolitiċi.
5. Stallazzjonijiet għall-estrazzjoni tal-asbestos u għall-ipproċessar u t-trasformazzjoni tal-asbestos u prodotti li jkun fihom l-asbestos: għall-prodotti tas-siment tal-asbestos, bi produzzjoni annwali ta’ iktar minn 20 000 tunnellata metrika ta’ prodotti lesti, għall-materjal tal-għorik (frizzjoni), bi produzzjoni annwali ta’ iktar minn 50 tunnellata metrika ta’ prodotti lesti, u għal użi oħra tal-asbestos, b’utilizzazzjoni ta’ iktar minn 200 tunnellata metrika fis-sena.
6. Stallazzjonijiet kimiċi integrati, jiġifieri dawk l-istallazzjonijiet għall-manifattura fuq skala industrijali tas-sustanzi li jużaw proċessi ta’ konverżjoni kimika, li fihom numru ta’ unitajiet jiġu mqiegħda ħdejn xulxin biex jidher il-kuntrast ta’ bejniethom u huma funzjonalment marbuta ma’ xulxin u li huma:
(a) għall-produzzjoni ta’ kimiċi organiċi bażiċi;
(b) għall-produzzjoni ta’ kimiċi inorganiċi bażiċi;
(c) għall-produzzjoni ta’ fertilizzanti artifiċjali bbażat fuq il-fosfru, in-nitroġenu jew il-putassju (fertilizzanti artifiċjali sempliċi jew kompost);
(d) għall-produzzjoni ta’ prodotti bażiċi għas-saħħa tal-pjanti u ta’ bijoċidi;
(e) għall-produzzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi bażiċi li jużaw proċess kimiku jew bijoloġiku;
(f) għall-produzzjoni tal-isplussivi.
7.
(a) Il-bini ta’ linji tal-ferrovija għat-traffiku fuq distanzi twal u ta’ ajruporti ( 9 ) b’tul bażiku tar-runway ta’ 2 100 m jew iktar;
(b) Il-bini ta’ awtostradi u toroq li jgħaqqdu bliet direttament u bil-ħeffa ( 10 );
(c) Il-bini ta’ triq ġdida ta’ erba’ korsiji jew iktar, l-allinjament mill-ġdid u/jew it-twessigħ ta’ triq eżistenti ta’ żewġ korsiji jew iktar sabiex tipprovdi għal erba’ korsiji jew iktar, fejn din it-triq ġdida jew sezzjoni tat-triq allinjata mill-ġdid u/jew imwessgħa tkun iktar min 10 km jew f’ tul iktar li ma jaqta’ xejn.
8.
(a) Passaġġi interni navigabbli u portijiet għan-navigazzjoni f’passaġġi interni li jippermettu l-passaġġ ta’ bastimenti ta’ ‘l fuq minn 1 350 tunnellata metrika;
(b) Portijiet kummerċjali, mollijiet għat-tagħbija u l-ħatt, imgħaqqda mal-art u ‘l barra mill-portijiet (minbarra mollijiet tal-laneċ) li jistgħu jieħdu bastimenti ta’ iktar minn 1 350 tunnellata metrika.
9. Stallazzjonijiet tar-rimi tal-iskart għall-inċinerazzjoni, it-trattament kimiku definit fl-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart ( 11 ) taħt l-intestatura D9, jew radam tal-iskart perikoluż, kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva.
10. Stallazzjonijiet għar-rimi tal-iskart għall-inċinerazzjoni jew it-trattament kimiku definit fl-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE taħt l-intestatura D9 tal-iskart mhux perikoluż b’kapaċità li taqbeż il-100 tunnellata metrika kuljum.
11. L-estrazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art jew skemi ta’ introduzzjoni mill-ġdid b’mod artifiċjali tal-ilma ta’ taħt l-art fejn il-volum annwali ta’ ilma estratt jew introdott mill-ġdid huwa ekwivalenti għal jew jaqbeż il-10 miljun metru kubu.
12.
(a) Xogħlijiet għat-trasferiment tar-riżorsi tal-ilma bejn il-baċini tax-xmajjar fejn dak it-trasferiment jimmira li jipprevjeni nuqqasijiet possibbli ta’ ilma u fejn l-ammont ta’ ilma ttrasferit jaqbeż il-100 miljun metru kubu fis-sena;
(b) Fil-każi l-oħra kollha, ix-xogħlijiet għat-trasferiment tar-riżorsi tal-ilma bejn il-baċini tax-xmajjar fejn il-fluss medju fuq ħafna snin tal-baċin minn fejn l-ilma jiġi estratt jaqbeż il-2 000 miljun metru kubu fis-sena u fejn l-ammont tal-ilma ttrasferit jaqbeż il-5 % ta’ dak il-fluss.
Fiż-żewġ każi huma esklużi t-trasferimenti tal-ilma tax-xorb bil-pajpijiet.
13. Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi b’kapaċità li taqbeż l-ekwivalenti ta’ popolazzjoni ta’ 150 000 kif definit fil-punt 6 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi ( 12 ).
14. L-estrazzjoni tal-petrolju u tal-gass naturali għal għanijiet kummerċjali fejn l-ammont estratt jaqbeż il-500 tunnellata metrika kuljum fil-każ tal-petrolju u l-500 000 metru kubu kuljum fil-każ tal-gass.
15. Digi u stallazzjonijiet oħra maħsuba biex iżommu lura jew jaħżnu l-ilma permanentement, fejn l-ammont tal-ilma ġdid jew addizzjonali miżmum lura jew maħżun jaqbeż il-10 miljuni metru kubu.
16. Pipelines b’dijametru ta’ aktar minn 800 mm u tul ta’ aktar minn 40 km:
(a) għat-trasport ta’ gass, żejt, sustanzi kimiċi;
(b) għat-trasport ta’ nixxigħat tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku, inklużi l-istazzjonijiet tal-kompressjoni assoċjati.
17. Stallazzjoni għat-tkabbir intensiv tat-tjur jew tal-ħnieżer b’iktar minn:
(a) 85 000 post għall-kapuċċelli, 60 000 post għat-tiġieġ;
(b) 3 000 post għall-ħnieżer ta’ produzzjoni (ta’ iktar minn 30 kg); jew
(c) 900 post għall-majjaliet.
18. Impjanti industrijali għall-produzzjoni ta’:
(a) polpa mill-injam tas-siġar jew minn materjali fibrużi simili;
(b) karta u kartun b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż il-200 tunnellata metrika kuljum.
19. Il-barrieri u x-xogħol fil-minjieri miftuħa fejn il-wiċċ tal-art jaqbeż il-25 ettaru, jew l-estrazzjoni tal-pit, fejn il-wiċċ tal-art fuq il-post jaqbeż il-150 ettaru.
20. Il-bini ta’ kejblijiet tal-elettriku fil-għoli b’voltaġġ ta’ 220 kV jew iktar u tul ta’ iktar minn 15-il km.
21. Stallazzjonijiet għall-ħażna tal-petrolju, tal-petrokimika jew ta’ prodotti kimiċi b’kapaċità ta’ 200 000 tunnellata metrika jew iktar.
22. Siti tal-ħżin taħt id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju ( 13 ).
23. Stallazzjonijiet għall-ġbir tan-nixxiegħat tas-CO2 għall-finijiet tal-ħżin ġeoloġiku taħt id-Direttiva 2009/31/KE minn stallazzjonijiet koperti minn dan l-Anness, jew fejn il-ġbir totali annwali tas-CO2 ikun ta’ 1,5 mega tunnellati jew aktar.
24. Kull bidla jew estensjoni tal-proġetti elenkati f’dan l-Anness meta tali bidla jew estensjoni fiha nfisha tilħaq il-livelli, jekk ikun hemm, iddikjarati f’dan l-Anness.
ANNESS II
IL-PROĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(2)
1. IL-BIEDJA, IS-SILVIKULTURA U L-AKKWAKULTURA
(a) Proġetti għall-bini mill-ġdid ta’ oqsma rurali;
(b) Proġetti għall-użu ta’ raba’ mhux ikkultivat jew ta’ żoni semi-naturali bil-għan ta’ biedja intensiva;
(c) Proġetti għall-immaniġġjar tal-ilma għall-biedja, inklużi t-tisqija u proġetti għat-tnixxif ta’ artijiet mgħaddra;
(d) L-afforestazzjoni u d-deforestazzjoni tal-bidu bil-għan ta’ qlib għal użu ieħor tal-art;
(e) Stallazzjonijiet għat-tkabbir b’mod intensiv tal-annimali tal-irziezet (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);
(f) Tkabbir tal-ħut b’mod intensiv;
(g) Riklamazzjoni tal-art mill-baħar.
2. L-INDUSTRIJA TAL-ESTRAZZJONI
(a) Barrieri, minjieri miftuħa u l-estrazzjoni tal-pit (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);
(b) Minjieri taħt l-art;
(c) L-estrazzjoni tal-minerali bit-taħmil mill-baħar jew mix-xmajjar;
(d) Tħaffir fil-fond bil-berrini, b’mod partikolari:
(i) tħaffir ġeotermiku,
(ii) tħaffir għall-ħażna ta’ materjal ta’ skart nukleari,
(iii) tħaffir għall-provvisti tal-ilma,
minbarra tħaffir sabiex tiġi investigata l-istabbilità tal-ħamrija;
(e) Stallazzjonijiet industrijali fuq il-wiċċ tal-art għall-estrazzjoni tal-faħam, tal-petrolju, tal-gass naturali u tal-minerali, kif ukoll tal-blat tafli bituminuż.
3. L-INDUSTRIJA TAL-ENERĠIJA
(a) Stallazzjonijiet industrijali għall-produzzjoni tal-elettriku, il-fwar u l-misħun (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);
(b) Stallazzjonijiet industrijali għall-ġarr tal-gass, il-fwar u l-misħun; it-trasmissjoni tal-enerġija elettrika permezz ta’ kejblijiet fil-għoli (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);
(c) Il-ħażna fuq l-art tal-gass naturali;
(d) Il-ħażna taħt l-art ta’ gassijiet kombustibbli;
(e) Il-ħażna fuq l-art tal-karburanti fossili;
(f) Il-bini industrijali ta’ blokki/briksijiet tal-faħam u tal-linjit;
(g) Stallazzjonijiet għall-ipproċessar u l-ħażna ta’ skart radjoattiv (għajr jekk inkluż fl-Anness I);
(h) Stallazzjonijiet għall-produzzjoni tal-enerġija idro-elettrika;
(i) Stallazzjonijiet li jużaw il-qawwa tar-riħ għall-produzzjoni tal-enerġija (oqsma ta’ mtieħen tar-riħ);
(j) Stallazzjonijiet għall-ġbir tan-nixxiegħat tas-CO2 għall-finijiet tal-ħżin ġeoloġiku taħt id-Direttiva 2009/31/KE minn stallazzjonijiet mhux koperti mill-Anness I ta’ din id-Direttiva.
4. IL-PRODUZZJONI U L-IPPROĊESSAR TAL-METALLI
(a) Stallazzjonijiet għall-produzzjoni tal-ħadid fondut u tal-azzar (fużjoni primarja u sekondarja) inkluż it-tidwib kontinwu;
(b) Stallazzjonijiet għall-ipproċessar tal-metalli tal-ħadid;
(i) fabbriki tar-rumblar bis-sħana,
(ii) postijiet tax-xogħol tal-ħadid bil-mazez,
(iii) l-applikazzjoni ta’ kisjiet protettivi bil-metall fużjonat;
(c) Funderiji tal-metalli tal-ħadid;
(d) Stallazzjonijiet għat-tidwib, inkluż l-għemil tal-illiġi, ta’ metalli mhux tal-ħadid, minbarra l-metalli prezzjużi, inklużi prodotti rkuprati (raffinazzjoni, titwib bil-forġa, eċċ.);
(e) Stallazzjonijiet għat-trattament fuq l-art tal-metalli u ta’ materjali tal-plastika li jużaw proċessi kimiċi jew tal-elettrolisi;
(f) Il-manifattura u l-immuntar ta’ vetturi bil-mutur u l-manifattura tal-magni tal-vetturi bil-mutur;
(g) Tarzni;
(h) Stallazzjonijiet għall-bini u t-tiswija ta’ vetturi tal-ajru;
(i) Il-manifattura ta’ tagħmir tal-ferroviji;
(j) It-tagħwiġ tal-metall (“swaging”) bl-isplussivi;
(k) Stallazzjonijiet għall-infurnar u s-sinterizzazzjoni ta’ minerali metalliċi.
5. L-INDUSTRIJA MINERARJA
(a) Fran tal-kokk (distillazzjoni tal-faħam niexef);
(b) Stallazzjonijiet għall-manifattura tas-siment;
(c) Stallazzjonijiet għall-produzzjoni tal-asbestos u l-manifattura ta’ prodotti tal-asbestos (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);
(d) Stallazzjonijiet għall-manifattura tal-ħġieġ inkluża l-fibra tal-ħġieġ (“glass fibre”);
(e) Stallazzjonijiet għat-tidwib ta’ sustanzi minerali inkluża l-produzzjoni tal-fibra tal-ħġieġ;
(f) Il-manifattura ta’ prodotti taċ-ċeramika, b’mod partikolari madum tal-bjut, blokok, briksijiet refrattorji, madum, xogħol tal-fuħħar u porċellana.
6. L-INDUSTRIJA KIMIKA (PROĠETTI MHUX INKLUŻI FL-ANNESS I)
(a) It-trattament ta’ prodotti intermedji u l-produzzjoni ta’ oġġetti tal-kimika;
(b) Il-produzzjoni tal-pestiċidi u ta’ prodotti farmaċewtiċi, żebgħa u verniċ, elastomeri u perossidi;
(c) Faċilitajiet għall-ħażna tal-petrolju, ta’ prodotti petrokimiċi u kimiċi.
7. L-INDUSTRIJA TAL-IKEL
(a) Il-manifattura ta’ żjut u xaħmijiet mill-ħxejjex tal-ikel u mill-annimali;
(b) L-imballaġġ u t-tqegħid fil-landi ta’ prodotti mill-annimali u mill-ħxejjex tal-ikel;
(c) Il-manifattura ta’ prodotti tal-ħalib;
(d) Il-manifattura tal-birra u tal-maltu;
(e) Il-manifattura tal-ħelu u x-xiroppi;
(f) Stallazzjonijiet għall-qtil tal-annimali;
(g) Stallazzjonijiet għall-manifattura tal-lamtu artifiċjali;
(h) Fabbriki tal-ikel tal-ħut u taż-żejt tal-ħut;
(i) Fabbriki taz-zokkor.
8. L-INDUSTRIJI TAT-TESSUTI, TAL-INJAM U TAL-KARTA
(a) Impjanti industrijali għall-produzzjoni tal-karta u l-kartun (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);
(b) Impjanti għat-trattament minn qabel (xogħlijiet bħall-ħasil, il-bliċjar, merċerizzazzjoni) jew għall-għoti tal-kulur lill-fibri jew lit-tessuti;
(c) Impjanti għall-ikkunzar tal-ġlud;
(d) Stallazzjonijiet għall-ipproċessar u l-produzzjoni taċ-ċellulosi.
9. L-INDUSTRIJA TAL-LASTIKU
Il-manifattura u t-trattament ta’ prodotti bbażati fuq l-elastomeri.
10. PROĠETTI TA’ INFRASTRUTTURA
(a) Proġetti ta’ żvilupp ta’ oqsma industrijali;
(b) Proġetti ta’ żvilupp urban, inkluż il-bini ta’ ċentri kummerċjali u ta’ parkeġġi għall-karozzi;
(c) Il-bini ta’ ferroviji u ta’ faċilitajiet għat-trasbord intermodali, u ta’ terminali intermodali (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);
(d) Il-bini ta’ ajrudromi (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);
(e) Il-bini ta’ toroq, portijiet u stallazjonijiet tal-portijiet, inklużi menqiet għall-bastimenti tas-sajd (proġett mhux inklużi fl-Anness I);
(f) Il-bini ta’ passaġġi interni navigabbli mhux inklużi fl-Anness I, il-bini ta’ kanali u xogħlijiet għall-ilqugħ tal-ilma mill-ħamliet;
(g) Digi u stallazzjonijiet oħra ddisinjati bil-ħsieb li jżommu l-ilma jew jaħżnuh fuq bażi fit-tul (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);
(h) Linji tat-tramm, ferroviji fil-għoli jew taħt l-art, linji tal-kejblijiet fil-għoli jew linji simili ta’ tip partikolari, użati esklużivament jew fil-biċċa l-kbira għat-trasport tal-passiġġieri;
(i) Stallazzjonijiet ta’ oleodotti u gassdotti u linji ta’ pajpijiet għat-trasport ta’ nixxigħat ta’ CO2 għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);
(j) Stallazzjonijiet ta’ akkwedotti fuq distanzi twal;
(k) Xogħol kostali biex jikkumbatti l-erożjoni u xogħlijiet marittimi kapaċi li jibdlu l-kosta permezz tal-bini ta’, pereżempju, digi, mollijiet, pontijiet u xogħlijiet oħra ta’ difiża kontra l-baħar, għajr il-manutenzjoni u l-bini mill-ġdid ta’ xogħlijiet minn dawn;
(l) L-estrazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art u skemi ta’ introduzzjoni mill-ġdid b’mod artifiċjali tal-ilma ta’ taħt l-art mhux inklużi fl-Anness I;
(m) Xogħlijiet għat-trasferiment tar-riżorsi tal-ilma bejn il-baċini tax-xmajjar mhux inklużi fl-Anness I.
11. PROĠETTI OĦRA
(a) Korsi permanenti tat-tiġrija tal-vetturi bil-mutur u tal-prova tagħhom;
(b) Stallazzjonijiet għar-rimi tal-iskart (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);
(c) Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);
(d) Siti għad-depożitu tat-tjun;
(e) Il-ħażna tal-ħadid għall-iskart, inklużi l-vetturi skartati;
(f) Bankijiet tax-xogħol għall-magni, it-turbini u r-reatturi;
(g) Stallazzjonijiet għall-manifattura ta’ fibri minerali artifiċjali;
(h) Stallazzjonijiet għall-irkupru jew il-qerda ta’ sustanzi splussivi;
(i) Postijiet tan-negozju tal-ġebel mill-bini maħtut.
12. IT-TURIŻMU U L-ĦIN LIBERU
(a) Korsi għall-ġiri bl-iski, seġġjoviji u funikulari u żviluppi assoċjati;
(b) Marini;
(c) Villaġġi għall-vaganzi u kumplessi ta’ lukandi’l barra miż-żoni urbani u l-iżviluppi assoċjati magħhom;
(d) Siti permanenti għall-kampeġġ u siti għall-karavanijiet;
(e) Theme parks.
13. |
(a) Kull bidla jew estensjoni tal-proġetti mniżżla fl-Anness I jew f’dan l-Anness, diġà awtorizzati, imwettqa jew fil-proċess tat-twettiq, li jista’ jkollhom effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent (bidla jew estensjoni mhux inkluża fl-Anness I); (b) Il-proġetti fl-Anness I, magħmula esklużivament jew fil-biċċa l-kbira tagħhom għall-iżvilupp u l-eżami ta’ metodi jew prodotti ġodda u li ma jkunux ilhom użati għal iktar minn sentejn. |
ANNESS II.A
IT-TAGĦRIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 4(4)
(IT-TAGĦRIF LI GĦANDU JIĠI PPROVDUT MILL-IŻVILUPPATUR DWAR IL-PROĠETTI ELENKATI FL-ANNESS II)
1. Deskrizzjoni tal-proġett, inklużi b'mod partikolari:
(a) deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi tal-proġett kollu u, fejn rilevanti, tax-xogħlijiet ta' twaqqigħ;
(b) deskrizzjoni tal-lok tal-proġett, partikolarment fir-rigward tas-sensisittività taż-żoni ġeografiċi li x'aktarx ikunu affettwati.
2. Deskrizzjoni tal-aspetti ambjentali li x'aktarx jiġu affettwati b'mod sinifikattiv mill-proġett.
3. Deskrizzjoni ta' kwalunkwe effett sinifikattiv, sa fejn possibbli mill-informazzjoni dwar dawn l-effetti, li l-proġett x'aktarx ikollu fuq l-ambjent li jirriżultaw minn dawn li ġejjin:
(a) ir-residwi u l-emissjonijiet mistennija u mill-produzzjoni tal-iskart, fejn rilevanti;
(b) l-użu ta' riżorsi naturali, partikolarment il-ħamrija, l-art, l-ilma u l-bijodiversità.
4. Il-kriterji tal-Anness III għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, fejn rilevanti, meta tkun qed tinġabar l-informazzjoni b'mod konformi mal-punti 1 sa 3.
ANNESS III
IL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(3)
(KRITERJI LI JIDDETERMINAW JEKK IL-PROĠETTI ELENKATI FL-ANNESS II GĦANDHOMX IKUNU SOĠĠETTI GĦAL VALUTAZZJONI TAL-IMPATT FUQ L-AMBJENT)
1. Karatteristiċi tal-proġetti
Il-karatteristiċi tal-proġetti għandhom jitqiesu, b'mod partikolari fir-rigward ta':
(a) id-daqs u d-disinn tal-proġett kollu;
(b) il-kumulazzjoni ma' proġetti eżistenti u/jew approvati oħra;
(c) l-użu ta' riżorsi naturali, partikolarment l-art, il-ħamrija, l-ilma u l-bijodiversità;
(d) il-produzzjoni tal-iskart;
(e) it-tniġġis u l-elementi ta' fastidju;
(f) ir-riskju ta' inċidenti kbar u/jew diżastri li huma rilevanti għall-proġett ikkonċernat, inklużi dawk ikkawżati mit-tibdil fil-klima, abbażi tal-għarfien xjentifiku;
(g) ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem (pereżempju dawk minn kontaminazzjoni tal-ilma jew tniġġis tal-arja).
2. Il-post fejn jinsabu l-proġetti
Għandha titqies is-sensittività ambjentali ta' żoni ġeografiċi li x'aktarx jiġu affettwati mill-proġetti, b'mod partikolari fir-rigward ta':
(a) l-użu eżistenti u approvat tal-art;
(b) l-abbundanza relattiva, id-disponibbiltà, il-kwalità u l-kapaċità ta' riġenerazzjoni tar-riżorsi naturali (inkluża l-ħamrija, l-art, l-ilma u l-bijodiversità) fiż-żona u taħt l-art tagħha;
(c) il-kapaċità ta' assorbiment tal-ambjent naturali, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni li ġejjin:
(i) artijiet mistagħdra, żoni max-xatt tal-ixmajjar, bokok ta' xmajjar;
(ii) żoni kostali u l-ambjent tal-baħar;
(iii) żoni muntanjużi u dawk bil-foresti;
(iv) riservi u parkijiet naturali;
(v) żoni kklassifikati jew protetti skont il-leġislazzjoni nazzjonali; żoni ta' Natura 2000 deżinjati mill-Istati Membri skont id-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE;
(vi) żoni fejn diġà kienu ma ntlaħqux il-livelli ta' kwalità ambjentali, stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni u rilevanti għall-proġett, jew fejn huwa meqjus li dawn il-livelli ma ntlaħqux;
(vii) żoni b'densità għolja ta' popolazzjoni;
(viii) pajsaġġi u siti ta' sinifikat storiku, kulturali jew arkeoloġiku.
3. It-tip u l-karatteristiċi tal-impatt potenzjali
L-effetti sinifikattivi li l-proġetti x'aktarx ikollhom fuq l-ambjent għandhom jitqiesu f'rabta mal-kriterji stabbiliti fil-punti 1 u 2 ta' dan l-Anness, fir-rigward tal-impatt tal-pproġett fuq il-fatturi speċifikati fl-Artikolu 3(1), filwaqt li jitqiesu:
(a) id-daqs u l-ambitu spazjali tal-impatt (pereżempju, iż-żona ġeografika u d-daqs tal-popolazzjoni li x'aktarx tkun affettwata);
(b) in-natura tal-impatt;
(c) in-natura transkonfinali tal-impatt;
(d) l-intensità u kumplessità tal-impatt;
(e) il-probabbiltà tal-impatt;
(f) meta se jitfaċċa l-impatt, kemm se jdum fis-seħħ l-impatt, il-frekwenza u r-riversibbiltà tal-impatt;
(g) il-kumulazzjoni tal-impatt mal-impatt ta' proġetti oħra eżistenti u/jew approvati;
(h) il-possibbiltà li jitnaqqsu l-impatt b'mod effikaċi.
ANNESS IV
IT-TAGĦRIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 5(1)
(IT-TAGĦRIF GĦAR-RAPPORT TA' VALUTAZZJONI TAL-IMPATT FUQ L-AMBJENT)
1. Id-deskrizzjoni tal-proġett, inklużi b'mod partikolari:
(a) deskrizzjoni tal-post tal-proġett;
(b) deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi tal-proġett kollu inkluż, fejn rilevanti, ix-xogħlijiet ta' twaqqigħ meħtieġa, u r-rekwiżiti tal-użu tal-art matul il-fażijiet tal-kostruzzjoni u operattivi;
(c) deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-fażi operattiva tal-proġett (b'mod partikolari kull proċess ta' produzzjoni), pereżempju, id-domanda għall-enerġija u l-enerġija użata, in-natura u l-kwantità tal-materjali, l-enerġija u r-riżorsi naturali (inkluż l-ilma, l-art, il-ħamrija u l-bijodiversità) użati;
(d) stima, skont it-tip u l-kwantità, tar-residwi u emissjonijiet mistennija (it-tniġġis tal-ilma, tal-arja, tal-ħamrija u tas-sottoswol, l-istorbju, il-vibrazzjoni, id-dawl, is-sħana, ir-radjazzjoni, eċċ.) u l-kwantitajiet u t-tipi ta' skart prodott matul il-fażi ta' kostruzzjoni u dik operattiva.
2. Deskrizzjoni tal-alternattivi raġonevoli (eż. f'termini ta' disinn tal-proġett, teknoloġija, lok, daqs u skala) eżaminati mill-iżviluppatur, li huma rilevanti għall-proġett propost u l-karatteristiċi speċifiċi tiegħu, u indikazzjoni tar-raġunijiet prinċipali għall-għażla li tkun saret, inkluż tqabbil tal-effetti fuq l-ambjent.
3. Deskrizzjoni tal-aspetti rilevanti tal-istat attwali tal-ambjent (xenarju bażi) u deskrizzjoni fil-qosor ta' kif dawn mistennija jevolvu jekk ma jsirx il-proġett, sa fejn il-bidliet naturali mix-xenarju bażi jistgħu jiġu valutati bi sforz raġonevoli abbażi tad-disponibbiltà tal-informazzjoni ambjentali u tal-għarfien xjentifiku.
4. Deskrizzjoni tal-fatturi speċifikati fl-Artikolu 3(1) li x'aktarx jiġu affettwati b'mod sinifikattiv mill-proġett: il-popolazzjoni, is-saħħa tal-bniedem, il-bijodiversità (pereżempju l-fawna u l-flora), l-art (pereżempju t-teħid tal-art), il-ħamrija (pereżempju l-materja organika, l-erożjoni, il-kompattazzjoni, l-impermeabilizzazjoni), l-ilma (pereżempju l-bidliet idromorfoloġiċi, il-kwantità u l-kwalità), il-klima (pereżempju l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, impatti rilevanti għall-adattament), l-assi materjali, il-wirt kulturali, inklużi l-aspetti arkitettoniċi u arkeoloġiċi u l-pajsaġġ.
5. Deskrizzjoni tal-effetti sinifikattivi li l-proġett x'aktarx ikollu fuq l-ambjent li jirriżultaw minn, inter alia:
(a) il-kostruzzjoni u l-eżistenza tal-proġett, inklużi, fejn rilevanti, ix-xogħlijiet ta' twaqqigħ;
(b) l-użu tar-riżorsi naturali, b'mod partikolari l-art, il-ħamrija, l-ilma u l-bijodiversità, b'mod li kemm jista' jkun titqies id-disponibbiltà sostenibbli ta' dawn ir-riżorsi;
(c) l-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu, l-istorbju, il-vibrazzjoni, id-dawl, is-sħana, ir-radjazzjoni, il-ħolqien ta' elementi ta' fastidju u r-rimi u l-irkupru tal-iskart;
(d) ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem, il-wirt kulturali jew l-ambjent (pereżempju minħabba inċidenti jew diżastri);
(e) il-kumulazzjoni tal-effetti ma' proġetti oħra eżisteni u/jew approvati, tenut kont ta' kwalunkwe problema ambjentali eżistenti relatata ma' żoni ta' importanza ambjentali partikolari li x'aktarx jiġu affettwati jew mal-użu tar-riżorsi naturali;
(f) l-impatt tal-proġett fuq il-klima (pereżempju n-natura u l-volum tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra) u l-vulnerabbiltà tal-proġett għat-tibdil fil-klima;
(g) it-teknoloġiji u s-sustanzi użati.
Id-deskrizzjoni tal-effetti sinifikattivi li x'aktarx ikun hemm fuq il-fatturi msemmija fl-Artikolu 3(1) għandha tkopri l-effetti diretti u kwalunkwe effett indirett, sekondarju, kumulattiv, transkonfinali, għal żmien qasir, medju jew twil, permanenti u temporanju, pożittiv u negattiv tal-proġett. Din id-deskrizzjoni għandha tqis l-objettivi tal-protezzjoni tal-ambjent stabbiliti fil-livell tal-Unjoni jew tal-Istati Membri li huma rilevanti għall-proġett.
6. Deskrizzjoni tal-metodi tat-tbassir jew evidenza użati biex jiġu identifikati u valutati l-effetti sinifikattivi fuq l-ambjent, inklużi d-dettalji tad-diffikultajiet (pereżempju nuqqasijiet tekniċi jew nuqqas ta' għarfien) li jqumu meta jkun qed jinġabar it-tagħrif meħtieġ u l-inċertezzi ewlenin involuti.
7. Deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jevitaw, jipprevjenu, inaqqsu jew, jekk possibbli, jikkontrobilanċjaw kull effett ħażin sinifikattiv li jiġi identifikat fuq l-ambjent, u fejn ikun xieraq, ta' kwalunkwe arranġament propost għall-monitoraġġ (pereżempju t-tħejjija ta' analiżi wara li jkun sar il-proġett). Dik id-deskrizzjoni għandha tispjega sa fejn l-effetti sinifikattivi ħżiena fuq l-ambjent ikunu qed jiġu evitati, prevenuti, imnaqqsa jew kontrobilanċjati, u għandha tkopri kemm il-fażi tal-kostruzzjoni kif ukoll dik operattiva.
8. Deskrizzjoni tal-effetti sinifikattivi ħżiena tal-proġett li huma previsti fuq l-ambjent u li ġejjin mill-vulnerabbiltà tal-proġett għar-riskji ta' inċidenti kbar u/jew diżastri li huma rilevanti għall-proġett. Għal dan l-iskop jista' jintuża tagħrif rilevanti u disponibbli li jkun miksub mill-valutazzjonijiet tar-riskju b'mod konformi mal-leġislazzjoni tal-Unjoni bħad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ) jew id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom ( 15 ) jew valutazzjonijiet rilevanti mwettqa b'mod konformi mal-leġislazzjoni nazzjonali, bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva jiġu soddisfatti. Fejn ikun xieraq, din id-deskrizzjoni għandha tinkludi miżuri li huma mistennija li jipprevjenu jew itaffu l-effetti sinifikattivi ħżiena ta' tali avvenimenti fuq l-ambjent u d-dettalji tal-livell ta' tħejjija u tar-reazzjoni proposta għal tali emerġenzi.
9. Sommarju mhux tekniku tal-informazzjoni provvduta taħt il-punti 1 sa 8.
10. Lista ta' referenzi li tipprovdi s-sorsi użati għad-deskrizzjonijiet u għall-valutazzjonijiet li huma inklużi fir-rapport.
ANNESS V
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 14)
Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE (ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40) |
|
Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE (ĠU L 73, 14.3.1997, p. 5) |
|
Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17) |
Artikolu 3 biss |
Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114) |
Artikolu 31 biss |
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 14)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
85/337/KEE |
fit-3 ta’ Lulju 1988. |
97/11/KE |
fl-14 ta’ Marzu 1999. |
2003/35/KE |
fil-25 ta’ Ġunju 2005. |
2009/31/KE |
fil-25 ta’ Ġunju 2011. |
ANNESS VI
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Direttiva 85/337/KEE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(2), l-ewwel subparagrafu |
Article 1(2), il-kliem introduttorju |
Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, il-kliem introduttorju |
Article 1(2)(a), il-kliem introduttorju |
Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 1(2), punt (a), l-ewwel inċiż |
Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 1(2), punt (a), it-tieni inċiż |
Artikolu 1(2), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 1(2), punt (b) |
Artikolu 1(2), ir-raba' subparagrafu |
Artikolu 1(2), punt (c) |
Artikolu 1(2), il-ħames subparagrafu |
Artikolu 1(2), punt (d) |
Artikolu 1(2), is-sitt subparagrafu |
Artikolu 1(2), punt (e) |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(2), punt (f) |
Artikolu 1(4) |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(5) |
Artikolu 1(4) |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(2a) |
Artikolu 2(3) |
Artikolu 2(3) |
Artikolu 2(4) |
Artikolu 3, il-kliem introduttorju |
Artikolu 3, il-kliem introduttorju |
Artikolu 3, l-ewwel inċiż |
Artikolu 3, punt (a) |
Artikolu 3, it-tieni inċiż |
Artikolu 3, punt (b) |
Artikolu 3, it-tielet inċiż |
Artikolu 3, punt (c) |
Artikolu 3, ir-raba' inċiż |
Artikolu 3, punt (d) |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 5(3), il-kliem introduttorju |
Artikolu 5(3), il-kliem introduttorju |
Artikolu 5(3), l-ewwel inċiż |
Artikolu 5(3), punt (a) |
Artikolu 5(3), it-tieni inċiż |
Artikolu 5(3), punt (b) |
Artikolu 5(3), it-tielet inċiż |
Artikolu 5(3), punt (c) |
Artikolu 5(3), ir-raba' inċiż |
Artikolu 5(3), punt (d) |
Artikolu 5(3), il-ħames inċiż |
Artikolu 5(3), punt (e) |
Article 5(4) |
Article 5(4) |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Artikolu 7(1), il-kliem introduttorju |
Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju |
Artikolu 7(1), punt (a) |
Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 7(1), punt (b) |
Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 7(1), il-kliem finali |
Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 7(2)-7(5) |
Artikolu 7(2)-7(5) |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Artikolu 9(1), il-kliem introduttorju |
Artikolu 9, il-kliem introduttorju |
Artikolu 9(1), l-ewwel inċiż |
Artikolu 9(1), punt (a) |
Artikolu 9(1), it-tieni inċiż |
Artikolu 9(1), punt (b) |
Artikolu 9(1), it-tielet inċiż |
Artikolu 9(1), punt (c) |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
Artikolu 10a, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 10a, it-tieni paragrafu |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 10a, it-tielet paragrafu |
Artikolu 11(3) |
Artikolu 10a, ir-raba' u l-ħames paragrafi |
Artikolu 11(4), l-ewwel u t-tieni subparagrafi |
Artikolu 10a, is-sitt paragrafu |
Artikolu 11(5) |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 12(1) |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 12(2) |
Artikolu 11(3) |
— |
Artikolu 11(4) |
Artikolu 12(3) |
Artikolu 12(1) |
— |
Artikolu 12(2) |
Artikolu 13 |
— |
Artikolu 14 |
— |
Artikolu 15 |
Artikolu 14 |
Artikolu 16 |
Anness I, punt 1 |
Anness I, punt 1 |
Anness I, punt 2, l-ewwel inċiż |
Annex I, point 2(a) |
Anness I, punt 2, it-tieni inċiż |
Anness I, punt 2(b) |
Anness I, punt 3(a) |
Anness I, punt 3(a) |
Anness I, punt 3(b), il-kliem introduttorju |
Anness I, punt 3(b), il-kliem introduttorju |
Anness I, punt 3(b), l-ewwel inċiż |
Anness I, punt 3(b)(i) |
Anness I, punt 3(b), it-tieni inċiż |
Anness I, punt 3(b)(ii) |
Anness I, punt 3(b), it-tielet inċiż |
Anness I, punt 3(b)(iii) |
Anness I, punt 3(b), ir-raba' inċiż |
Anness I, punt 3(b)(iv) |
Anness I, punt 3(b), il-ħames inċiż |
Anness I, punt 3(b)(v) |
Anness I, punt 4, l-ewwel inċiż |
Anness I, punt 4(a) |
Anneaa I, punt 4, it-tieni inċiż |
Anness I, punt 4(b) |
Anness I, punt 5 |
Anness I, punt 5 |
Anness I, punt 6, il-kliem introduttorju |
Anness I, punt 6, il-kliem introduttorju |
Anness I, punt 6(i) |
Anness I, punt 6(a) |
Anness I, punt 6(ii) |
Anness I, punt 6(b) |
Anness I, punt 6(iii) |
Anness I, punt 6(c) |
Anness I, punt 6(iv) |
Anness I, punt 6(d) |
Anness I, punt 6(v) |
Anness I, punt 6(e) |
Anness I, punt 6(vi) |
Anness I, punt 6(f) |
Anness I, punti 7-15 |
Anness I, punti 7-15 |
Anness I, punt 16, il-kliem introduttorju |
Anness I, punt 16, il-kliem introduttorju |
Anness I, punt 16, l-ewwel inċiż |
Anness I, punt 16(a) |
Anness I, punt 16, it-tieni inċiż |
Anness I, punt 16(b) |
Anness I, punti 17-21 |
Anness I, punti 17-21 |
Anness I, punt 22 |
Anness I, punt 24 |
Anness I, punt 23 |
Anness I, punt 22 |
Anness I, punt 24 |
Anness I, punt 23 |
Anness II, punt 1 |
Anness II, punt 1 |
Anness II, punt 2(a), (b) u (c) |
Anness II, punt 2(a), (b) u (c) |
Anness II, punt 2(d), il-kliem introduttorju |
Anness II, puntt 2(d), il-kliem introduttorju |
Anness II, punt 2(d), l-ewwel inċiż |
Annex II, punt 2(d)(i) |
Anness II, punt 2(d), it-tieni inċiż |
Anness II, punt 2(d)(ii) |
Anness II, punt 2(d), it-tielet inċiż |
Anness II, punt 2(d)(iii) |
Anness II, point 2(d), il-kliem finali |
Anness II, punt 2(d), il-kliem finali |
Anness II, punt 2(e) |
Anness II, punt 2(e) |
Anness II, punti 3-12 |
Anness II, punti 3-12 |
Anness II, punt 13, l-ewwel inċiż |
Anness II, punt 13(a) |
Anness II, punt 13, it-tieni inċiż |
Anness II, punt 13(b) |
Anness III, punt 1, il-kliem introduttorju |
Anness III, punt 1, il-kliem introduttorju |
Anness III, punt 1, l-ewwel inċiż |
Annex III, point 1(a) |
Anness III, punt 1, it-tieni inċiż |
Anness III, punt 1(b) |
Anness III, punt 1, it-tielet inċiż |
Anness III, punt 1(c) |
Anness III, punt 1, ir-raba' inċiż |
Anness III, punt 1(d) |
Annex III, point 1, il-ħames inċiż |
Annex III, point 1(e) |
Anness III, punt 1, is-sitt inċiż |
Anness III, punt 1(f) |
Anness III, punt 2, il-kliem introduttorju |
Anness III, punt 2, il-kliem introduttorju |
Anness III, punt 2, l-ewwel inċiż |
Anness III, punt 2(a) |
Anness III, punt 2, it-tieni inċiż |
Anness III, punt 2(b) |
Anness III, punt 2, it-tielet inċiż, il-kliem introduttorju |
Anness III, punt 2(c), il-kliem introduttorju |
Anness III, punt 2, it-tielet inċiż, punt (a) |
Anness III, punt 2(c)(i) |
Anness III, point 2, it-tielet inċiż, punt (b) |
Anness III, punt 2(c)(ii) |
Anness III, punt 2, it-tielet inċiż, punt (c) |
Anness III, punt 2(c)(iii) |
Anness III, punt 2, it-tielet inċiż, punt (d) |
Anness III, punt 2(c)(iv) |
Anness III, punt 2, it-tielet inċiż, punt (e) |
Anness III, punt 2(c)(v) |
Anness III, punt 2, it-tielet inċiż, punt (f) |
Anness III, punt 2(c)(vi) |
Anness III, punt 2, it-tielet inċiż, punt (g) |
Anness III, punt 2(c)(vii) |
Anness III, punt 2, it-tielet inċiż, punt (h) |
Anness III, punt 2(c)(viii) |
Anness III, punt 3, il-kliem introduttorju |
Anness III, punt 3, il-kliem introduttorju |
Anness III, punt 3, l-ewwel inċiż |
Anness III, punt 3(a) |
Anness III, punt 3, it-tieni inċiż |
Anness III, punt 3(b) |
Anness III, punt 3, it-tielet inċiż |
Annex III, punt 3(c) |
Anness III, punt 3, ir-raba' inċiż |
Anness III, punt 3(d) |
Anness III, punt 3, il-ħames inċiż |
Anness III, punt 3(e) |
Anness IV, punt 1, il-kliem introduttorju |
Anness IV, punt 1, il-kliem introduttorju |
Anness IV, punt 1, l-ewwel inċiż |
Anness IV, punt 1(a) |
Anness IV, punt 1, it-tieni inċiż |
Anness IV, punt 1(b) |
Anness IV, punt 1, it-tielet inċiż |
Anness IV, punt 1(c) |
Anness IV, punti 2 u 3 |
Anness IV, punti 2 u 3 |
Anness IV, punt 4, il-kliem introduttorju |
Anness IV, punt 4, l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju |
Anness IV, punt 4, l-ewwel inċiż |
Anness IV, punt 4, l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
Anness IV, punt 4, it-tieni inċiż |
Anness IV, punt 4, l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
Anness IV, punt 4, it-tielet inċiż |
Anness IV, punt 4, l-ewwel subparagrafu, punt (c) |
Anness IV, punt 4, il-parti finali |
Anness IV, punt 5 |
Anness IV, punt 5 |
Anness IV, punt 6 |
Anness IV, punt 6 |
Anness IV, puunt 7 |
Anness IV, punt 7 |
Anness IV, punt 8 |
— |
Anness V |
— |
Anness VI |
( 1 ) ĠU C 248, 25.8.2011, p. 154.
( 2 ) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ 13 ta’ Settembru 2011 (għadhu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2011.
( 3 ) ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40.
( 4 ) Ara l-Anness VI, Parti A.
( 5 ) Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
( 6 ) Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
( 7 ) ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.
( 8 ) Power stations nukleari u reatturi nukleari oħra ma jibqgħux jikkostitwixxu tali stallazzjonijiet meta jkunu ġew imwarrba permanentement minn fuq is-sit tal-istallazzjoni l-karburant nukleari kollu u elementi oħra kkontaminati bir-radjoattività.
( 9 ) Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “ajruport” ifisser ajruport li huwa konformi mad-definizzjoni tal-Konvenzzjoni ta’ Chicago tal-1944 li twaqqaf l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (Anness 14).
( 10 ) Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “triq li tgħaqqad bliet direttament u bil-ħeffa” tfisser triq li tikkonforma mad definizzjoni fil-Ftehim Ewropew dwar l-Arterji Prinċipali tat-Traffiku Internazzjonali tal-15 ta’ Novembru 1975.
( 11 ) ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.
( 12 ) ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40.
( 13 ) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114.
( 14 ) Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).
( 15 ) Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18).