02009R1069 — MT — 14.12.2019 — 004.004


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

►C2  

REGOLAMENT (KE) Nru 1069/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Ottubru 2009

li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali u derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali)

 ◄

(ĠU L 300 14.11.2009, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA 2010/63/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta’ Settembru 2010

  L 276

33

20.10.2010

►M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1385/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013

  L 354

86

28.12.2013

►M3

REGOLAMENT (UE) 2017/625 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Marzu 2017

  L 95

1

7.4.2017

►M4

REGOLAMENT (UE) 2019/1009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta' Ġunju 2019

  L 170

1

25.6.2019


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 137, 24.5.2017, p.  40 (2017/625)

►C2

Rettifika, ĠU L 092, 30.3.2023, p.  32 (Nru 1069/2009)




▼B

▼C2

REGOLAMENT (KE) Nru 1069/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Ottubru 2009

li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali u derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali)

▼B



TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI



KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet komuni



Taqsima 1

Suġġett, ambitu u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar is-saħħa pubblika u dik tal-annimali għall-prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati minnhom, biex jiġu milqugħa minn qabel u minimizzati r-riskji għas-saħħa pubblika u dik tal-annimali li ġejjin minn dawn il-prodotti, u b’mod partikolari biex titħares is-sikurezza tal-katina tal-ikel u tal-għalf.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  

Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

(a) 

prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati minnhom li huma esklużi mill-konsum mill-bniedem taħt il-leġiżlazzjoni Komunitarja; u

(b) 

il-prodotti segwenti li skont deċiżjoni minn operatur, li għandha tkun irriversibbli, ikunu destinati għal għanijiet oħra għajr għall-konsum mill-bniedem:

(i) 

prodotti li ġejjin mill-annimali li jistgħu jkunu destinati għall-konsum mill-bniedem skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja;

(ii) 

materja prima għall-produzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali.

2.  

Dan ir-Regolament m’għandux japplika sekondarji li ġejjin mill-annimali:

(a) 

ġisem sħiħ jew partijiet ta’ annimali salvaġġi, għajr annimali tal-kaċċa selvaġġi, li ma hemmx suspett li jkunu infettati jew affettwati b’mard li jittieħed mill-bnedmin jew l-annimali, għajr għal annimali tal-ilma mistada għal għanijiet kummerċjali;

(b) 

iġsma sħaħ jew partijiet ta’ annimali tal-kaċċa selvaġġi li ma jinġabrux wara li jinqatlu, skont prattika ta’ kaċċa tajba, bla ħsara għar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(c) 

prodotti sekondarji li ġejjin mill-kaċċa salvaġġa u mil-laħam tal-kaċċa salvaġġa msemmija fl-Artikolu 1(3)(e) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(d) 

ooċiti, embrijuni u semen maħsuba għall-għanijiet ta’ tgħammir;

(e) 

ħalib mhux ipproċessat, kolostru u prodotti li ġejjin minnhom li jinkisbu, jinżammu, jintremew jew jintużaw fir-razzett ta’ oriġini;

(f) 

qxur mill-frott tal-baħar bit-tessut artab tiegħu u laħmu mneħħi;

(g) 

skart mill-catering, għajr jekk:

(i) 

joriġina minn mezzi ta’ trasport li joperaw internazzjonalment;

(ii) 

ikun maħsub għal għanijiet ta’ għalf;

(iii) 

ikun maħsub għal proċessar permezz ta’ sterilizzazzjoni bil-pressa jew għal proċessar permezz tal-metodi msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1) jew għal trasformazzjoni f’bijogass jew f’kompost;

(h) 

mingħajr ħsara għal-leġiżlazzjoni dwar l-ambjent tal-Komunità, materjal minn vapuri b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, li jkun irriżulta matul l-operazzjonijiet ta’ sajd tagħhom u li jintrema fil-baħar, għajr materjal li jkun ġej mit-tneħħija tal-imsaren tal-ħut abbord li juri sinjali ta’ mard li jittieħed mill-bnedmin, inklużi l-parassiti;

(i) 

ikel mhux ipproċessat għall-annimali domestiċi minn ħwienet li jbiegħu bl-imnut, fejn jitqatta’ u jinħażen biss biex jiġi pprovdut direttament lill-konsumatur fuq il-post;

(j) 

ikel mhux ipproċessat għall-annimali domestiċi minn annimali li jinqatlu fir-razzett ta’ oriġini għal konsum domestiku privat; u

(k) 

ħmieġ korporali u awrina għajr id-demel u l-gwanu mhux mineralizzat.

3.  
Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr ħsara għal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità li għandha bħala l-għan tagħha l-kontroll u l-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“prodotti sekondarji mill-annimali” tfisser iġsma jew partijiet ta’ annimali, jew prodotti li ġejjin mill-annimali, li mhumiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem, inklużi ooċiti, embrijuni u semen;

(2) 

“prodotti derivati” tfisser prodotti miksuba minn trattament, trasformazzjoni jew grad ta’ ipproċessar wieħed jew aktar ta’ prodotti sekondarji mill-annimali;

(3) 

“prodotti li oriġinaw mill-annimali” tfisser prodotti li joriġinaw mill-annimali kif definit fil-punt 8.1. tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(4) 

“karkassa” tfisser karkassa kif definita fil-punt 1(9) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(5) 

“annimal” tfisser kull annimal invertebru jew vertebru;

(6) 

“annimali tat-trobbija” tfisser:

(a) 

kull annimal li huwa miżmum, imsemmen jew mgħammar mill-bnedmin u użat għall-produzzjoni ta’ ikel, suf, pil, rix, ġlud jew xi prodott ieħor miksub mill-annimali jew għal għanijiet ta’ trobbija oħrajn;

(b) 

equidae;

(7) 

“annimal salvaġġ” tfisser kull annimal mhux miżmum mill-bnedmin;

(8) 

“annimal domestiku” tfisser kull annimal li jaqa’ taħt speċi li tiġi normalment mitmugħa u miżmuma imma mhux ikkunsmata, mill-bnedmin għal għanijiet li mhumiex dawk ta’ trobbija f’razzett;

(9) 

“annimali akkwatiċi” tfisser annimali akkwatiċi kif iddefiniti fl-Artikolu 3(1)(e) tad-Direttiva 2006/88/KE;

▼M3

(10) 

“awtorità kompetenti” tfisser awtoritajiet kompetenti kif definiti fil-punt (3) tal-Artikolu 3 tar-Regolament ►C1  (UE) 2017/625 ◄ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

▼B

(11) 

“operatur” tfisser il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom taħt il-kontroll attwali tagħhom prodott sekondarju li ġej mill-annimali jew prodott derivat, inklużi t-trasportaturi, l-kummerċjanti u l-utenti;

(12) 

“utent” tfisser il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jużaw il-prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati għal skopijiet ta’ tagħlif speċjali, għar-riċerka jew għal skopijiet speċifiċi oħrajn;

(13) 

“stabbiliment” jew “impjant” tfisser kwalunkwe post fejn titwettaq operazzjoni li tinvolvi l-immaniġġar tal-prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati għajr il-bastimenti tas-sajd;

(14) 

“tqegħid fis-suq” tfisser kull operazzjoni li l-għan tagħha huwa li jinbiegħu prodotti mill-annimali jew prodotti derivati lil parti terza fil-Komunità jew kull forma oħra ta’ forniment bi ħlas jew mingħajru lil tali parti terza jew ħażna bil-ħsieb li tiġi fornuta din il-parti terza;

▼M3

(15) 

“transitu” tfisser transitu kif definit fl-Artikolu 3(44) tar-Regolament ►C1  (UE) 2017/625 ◄ ;

▼B

(16) 

“esportazzjoni” tfisser moviment mill-Komunità lejn pajjiż terz;

(17) 

“enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs)” tfisser l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli kollha kif iddefiniti fl-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(18) 

“materjal speċifiku ta’ riskju” tfisser materjal speċifiku ta’ riskju kif iddefinit fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(19) 

“sterilizzazzjoni bil-pressjoni” tfisser l-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, wara tnaqqis fid-daqs tal-partiċella għal mhux iktar minn 50 mm, għal temperatura fil-qalba ta’ aktar minn 133 °C għal mhux inqas minn 20 minuta mingħajr waqfien bi pressjoni assoluta ta’ mhux inqas minn 3 bar;

(20) 

“demel” tfisser kull ħmieġ u/jew urina ta’ annimali tat-trobbija, barra l-ħut tat-trobbija, flimkien mal-materjal li jintuża għall-mifrex jew mingħajru

(21) 

“radam awtorizzat” tfisser radam li għalih nħareġ permess skont id-Direttiva 1999/31/KE;

(22) 

“fertilizzant organiku” u “prodott li jtejjeb il-ħamrija” jfissru materjali li joriġinaw mill-annimali użati biex iżommu jew itejbu n-nutriment tal-pjanti u l-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u l-attivitajiet bijoloġiċi tal-ħamrija, jew separatament jew flimkien; jistgħu jinkludu demel, gwanu mhux mineralizzat, kontenut tas-sistema diġestiva, kompost u residwi tad-diġestjoni;

(23) 

“żona remota” tfisser żona fejn il-popolazzjoni tal-annimali tant hija żgħira, u fejn l-istabbilimenti jew l-impjanti ta’ rimi huma tant ‘il bogħod li l-arranġamenti meħtieġa għall-ġbir u t-trasport ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jkunu onerużi b’mod mhux aċċettabbli meta mqabbla ma’ rimi lokali;

(24) 

“ikel” jew “materjal li jista’ jintuża bħala ikel” tfisser ikel jew materjal li jista’ jintuża bħala ikel kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(25) 

“għalf” jew “materjal li jista’ jintuża bħala għalf” tfisser għalf jew materjal li jista’ jintuża bħala għalf kif iddefinit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(26) 

“ħama taċ-ċentrifugi jew tas-separaturi” tfisser materjal li jinkiseb bħala prodott sekondarju wara l-purifikazzjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat u s-sparazzjoni tal-ħalib xkumat u l-krema mill-ħalib mhux ipproċessat;

(27) 

“skart” tfisser skart kif definit fil-, punt 1 tal-Artikolu 3tad-Direttiva 2008/98/KE.



Taqsima 2

Obbligi

Artikolu 4

Punt tat-tluq fil-katina tal-manifattura u obbligi

1.  
Malli l-operaturi jiġġeneraw prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, huma għandhom jidentifikawhom u jiżguraw li jindirizzawhom f’konformità ma’ dan ir-Regolament. (il-punt tat-tluq).
2.  
L-operaturi, waqt l-istadji kollha ta’ ġbir, transport, immaniġġar, trattament, trasformazzjoni, ipproċessar, ħażna, tqegħid fis-suq, distribuzzjoni, użu u rimi fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom, għandhom jiżguraw li l-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament li huma relevanti għall-attivitajiet tagħhom.
3.  
L-Istati Membri għandhom jissorveljaw u jivverifikaw li r-rekwiżiti relevanti ta’ dan ir-Regolament huma ssodisfati mill-operaturi flimkien mal-katina sħiħa tal-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati minnhom kif imsemmi fil-paragrafu 2. Għal dan il-għan, għandhom iżommu sistema ta’ kontrolli uffiċjali f’konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja relevanti.
4.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom sistema xierqa stabbilita fit-territorju tagħhom biex jiġi żgurat li l-prodotti sekondarji mill-annimali:

(a) 

jinġabru, jiġu identifikati u ttrasportati mingħajr dewmien bla bżonn; u

(b) 

jiġu ttrattati, użati jew mormija skont dan ir-Regolament.

5.  
L-Istati Membri jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt il-paragrafu 4 f’koperazzjoni ma’ Stati Membri oħra jew ma’ pajjiżi terzi.

Artikolu 5

Il-punt aħħari fil-katina tal-manifattura

1.  

Il-prodotti derivati msemmija fl-Artikolu 33 li jkunu laħqu l-istadju ta’ manifattura regolat bil-leġiżlazzjoni Komunitarja msemmija f’dak l-Artikolu għandhom jitqiesu li laħqu l-punt aħħari fil-katina tal-manifattura, li warajh ma jibqgħux suġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Sussegwentement, dawn il-prodotti derivati jistgħu jitqiegħdu fis-suq bla restrizzjonijiet skont dan ir-Regolament u m’għandhomx jibqgħu suġġetti għal kontrolli uffiċjali f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Il-punt aħħari fil-katina tal-manifattura jista’ jiġi modifikat:

(a) 

għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 33(a) sa (d), f’każ ta’ riskji għas-saħħa tal-annimali;

(b) 

għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 33(e) sa (f), f’każ ta’ riskji għas-saħħa pubblika jew dik tal-annimali;

Dawn il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont il-proċeduri regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(6).

▼M4

2.  
Fir-rigward tal-prodotti derivati msemmija fl-Artikoli 32, 35 u 36 li ma jkunux għadhom ta' riskju sinifikanti għas-saħħa pubblika jew dik tal-annimali, jista' jiġi determinat punt aħħari fil-katina tal-manifattura, li lil hinn minnu ma jibqgħux soġġetti għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Sussegwentement, dawn il-prodotti derivati jistgħu jitqiegħdu fis-suq bla restrizzjonijiet skont dan ir-Regolament u m'għandhomx jibqgħu suġġetti għal kontrolli uffiċjali f'konformità ma' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw punt aħħari fil-katina tal-manifattura, li lil hinn minnu l-prodotti derivati msemmija f'dan il-paragrafu ma jibqgħux soġġetti għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

3.  
Fil-każ ta' riskji għas-saħħa pubblika jew dik tal-annimali, l-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 dwar miżuri ta' emerġenza għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-prodotti derivati msemmija fl-Artikoli 32, 33 u 36 ta' dan ir-Regolament.
4.  
Fi żmien sitt xhur wara l-15 ta' Lulju 2019, il-Kummissjoni għandha tibda l-ewwel evalwazzjoni tal-prodotti derivati msemmija fl-Artikolu 32 li għandhom użu mifrux fl-Unjoni bħala fertilizzanti u prodotti li jtejbu l-ħamrija. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri mill-anqas il-prodotti li ġejjin: il-frakass tal-laħam, il-frakass tal-għadam, il-frakass tal-laħam u tal-għadam, id-demm tal-annimali, il-proteini idrolizzati tal-materjali fil-Kategorija 3, id-demel proċessat, il-kompost, ir-residwi tad-diġestjoni għall-bijogass, il-frakass tar-rix, il-gliċerina u prodotti oħra minn materjali fil-Kategorija 2 jew 3 derivati mill-produzzjoni tal-bijodiżil u ta' karburanti rinnovabbli, kif ukoll l-ikel għall-annimali tad-dar, l-għalf u l-magħda tal-klieb li kienu rifjutati għal raġunijiet kummerċjali jew minħabba falliment tekniku, u l-prodotti derivati mid-demm tal-annimali, mill-ġlud, mid-dwiefer u l-qrun, mill-gwanu tal-friefet il-lejl u l-għasafar, mis-suf u x-xagħar, mir-rix, u mil-lanżit tal-ħnieżer. Fejn l-evalwazzjoni tikkonkludi li dawk il-prodotti derivati ma jkunux għadhom ta' riskju sinifikanti għas-saħħa pubblika jew tal-annimali, il-Kummissjoni tista' tiddetermina punt aħħari fil-katina tal-manifattura skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-finalizzazzjoni tal-evalwazzjoni.

▼B



Taqsima 3

Restrizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali

Artikolu 6

Restrizzjonijiet ġenerali dwar is-saħħa tal-annimali

1.  

Il-prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati minn speċijiet suxxettibbli ma għandhomx jintbagħtu minn azjendi, stabbilimenti, impjanti jew żoni li huma suġġetti għal restrizzjonijiet

(a) 

skont il-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Komunità; jew

(b) 

minħabba l-preżenza ta’ marda serja li tittieħed:

(i) 

elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 92/119/KEE; jew

(ii) 

stipulati f’konformità mat-tieni subparagrafu.

Il-miżuri msemmija fil-punt (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 52(4).

2.  

Il-Paragrafu 1 ma għandux japplika fejn prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati jintbagħtu skont kondizzjonijiet imfassla biex jintlaqa’ minn qabel it-tixrid ta’ mard li jittieħed fost il-bnedmin jew l-annimali.

Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissuplimentawh għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(5).



Taqsima 4

Kategorizzazzjoni

Artikolu 7

Kategorizzazzjoni ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati

1.  
Il-prodotti sekondarji mill-annimali għandhom jiġu kkategorizzati f’kategoriji speċifiċi li jirriflettu l-livell ta’ riskju għas-saħħa pubblika u dik tal-annimali li ġej minn dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali, skont il-listi stabbiliti fl-Artikoli 8, 9 u 10.
2.  
Il-prodotti derivati għandhom ikun suġġetti għar-regoli għall-kategorija speċifika ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li minnhom ikunu derivati, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament, jew previsti permezz ta’ miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jistgħu jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li taħthom il-prodotti derivati mhumiex suġġetti għal dawk ir-regoli adottati mill-Kummissjoni.
3.  
L-Artikoli 8, 9 u 10 jistgħu jiġu emendati biex jitqies il-progress xjentifiku fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-livell ta’ riskju, sakemm dan il-progress ikun jista’ jiġi identifikat fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tar-riskju mwettqa mill-istituzzjoni xjentifika xierqa. Madankollu, l-ebda prodotti sekondarji tal-annimali elenkati f’dawk l-Artikoli ma jistgħu jitneħħew mil-lista, iżda jistgħu jsiru biss bidliet tal-kategorizzazzjoni jew addizzjonijiet.
4.  
Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 2 u 3 mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 52(4).

Artikolu 8

Materjal tal-Kategorija 1

Il-materjal tal-Kategorija 1 għandu jkun fih dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali li ġejjin:

(a) 

iġsma sħaħ u l-partijiet kollha tal-ġisem, inklużi l-ġlud, tal-animali li ġejjin:

(i) 

annimali suspettati li huma infettati bit-TSE bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jew li fihom ġiet ikkonfermata uffiċjalment il-preżenza ta’ TSE;

(ii) 

annimali maqtula fil-kuntest ta’ miżuri ta’ eradikazzjoni tat-TSE;

(iii) 

annimali oħra li mhumiex imrobbija fl-irziezet u annimali salvaġġi, inklużi b’mod partikolari annimali domestiċi, annimali taż-żoo u annimali taċ-ċirku;

▼M1

(iv) 

annimali użati fi proċess jew proċessi ddefiniti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2010/63/UE tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali użati għal skopijiet xjentifiċi ( 2 ), f’każijiet fejn l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li dawk l-annimali jew xi partijiet minn ġisimhom għandhom il-potenzjal li jikkawżaw riskji tas-saħħa serji għall-bnedmin jew għal annimali oħra, b’riżultat ta’ dawk il-proċess(i) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003;

▼B

(v) 

annimali salvaġġi, meta ssuspettati li huma infettati minn mard li jittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali;

(b) 

il-materjal li ġej:

(i) 

materjal ta’ riskju speċifikat;

(ii) 

iġsma sħaħ jew partijiet minn annimali mejtin li fihom materjal ta’ riskju speċifikat fil-ħin tar-rimi;

(c) 

prodotti sekondarji tal-annimali derivati minn annimali li ġew sottomessi għal trattament illegali kif iddefinit fl-Artikolu 1(2)(d) tad-Direttiva 96/22/KE jew l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 96/23/KE;

(d) 

prodotti sekondarji tal-annimali li jkun fihom residwi ta’ sustanzi oħrajn u kontaminanti ambjentali elenkati fil-Grupp B(3) tal-Anness I tad-Direttiva 96/23/KE, jekk dawn ir-residwi jaqbżu l-livell permess stipulat bil-leġiżlazzjoni Komunitarja jew, fin-nuqqas ta’ dan, bil-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(e) 

prodotti sekondarji tal-annimali miġbura matul it-trattament tal-ilma tal-iskart kif meħtieġ bir-regoli implimentattivi adottati taħt il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27:

(i) 

minn stabbilimenti jew impjanti li jipproċessaw materjal tal-Kategorija 1; jew

(ii) 

minn stabbilimenti jew impjanti oħrajn fejn ikun qed jitneħħa materjal ta’ riskju speċifiku;

(f) 

skart mill-catering minn mezzi ta’ trasport li joperaw internazzjonalment;

(g) 

taħlita ta’ materjal tal-Kategorija 1 jew ma’ materjal tal-Kategorija 2 jew materjal tal-Kategorija 3 jew mat-tnejn li huma.

Artikolu 9

Materjal tal-Kategorija 2

Il-materjal tal-Kategorija 2 għandu jkun fih dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali li ġejjin:

(a) 

demel, gwanu mhux mineralizzat u kontenut tas-sistema diġestiva;

(b) 

prodotti sekondarji tal-annimali miġbura matul it-trattament tal-ilma tal-iskart kif meħtieġ bir-regoli implimentattivi adottati taħt il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27:

(i) 

minn stabbilimenti jew impjanti li jipproċessaw materjal tal-Kategorija 2; jew

(ii) 

minn biċċeriji għajr dawk koperti bl-Artikolu 8(e);

(c) 

prodotti sekondarji tal-annimali li fihom residwi ta’ sustanzi jew kontaminanti awtorizzati li jaqbżu l-livelli permessi kif imsemmi fl-Artiikolu 15(3) tad-Direttiva 96/23/KE;

(d) 

prodotti li ġejjin mill-annimali li ġew dikjarati mhux xierqa għall-konsum mill-bniedem minħabba l-preżenza ta’ residwi fiżiċi f’dawn il-prodotti;

(e) 

prodotti li ġejjin mill-annimali, li mhumiex materjal tal-Kategorija 1, li jkunu:

(i) 

importati jew introdotti minn pajjiż terz u li ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Komunità għall-importazzjoni jew l-introduzzjoni tagħhom fil-Komunità għajr għal fejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja tippermetti l-importazzjoni jew l-introduzzjoni tagħhom suġġetta għal restrizzjonijiet speċifiċi jew ir-ritorn tagħhom lejn il-pajjiż terz; jew

(ii) 

intbagħtu lejn Stat Membru ieħor u li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti jew awtorizzati bil-leġiżlazzjoni Komunitarja għajr meta jintbagħtu lura bl-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini.

(f) 

annimali u partijiet ta’ annimali, għajr għal dawk imsemmija fl-Artikolu 8 jew fl-Artikolu 10,

(i) 

li mietu għajr għal dawk maqtula għall-konsum mill-bniedem, inklużi annimali maqtula għal għanijiet ta’ kontroll ta’ mard;

(ii) 

feti;

(iii) 

ooċiti, embrijuni u semen mhux maħsuba għall-għanijiet ta’ tgħammir; u

(iv) 

tjur mejjet fil-qoxra;

(g) 

taħlitiet ta’ materjal tal-Kategorija 2 u materjal tal-Kategorija 3;

(h) 

prodotti sekondarji mill-annimali għajr materjal tal-Kategorija 1 jew materjal tal-Kategorija 3.

Artikolu 10

Materjal tal-Kategorija 3

Il-materjal tal-Kategorija 3 għandu jkun fih dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali li ġejjin:

(a) 

karkassi u partijiet minn annimali maqtula jew, fil-każ ta’ kaċċa, iġsma jew partijiet minn annimali maqtula, u li huma xierqa għall-konsum mill-bniedem skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja, iżda mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem għal raġunijiet kummerċjali;

(b) 

karkassi u l-partijiet li ġejjin li joriġinaw jew minn annimali maqtula f’biċċerija u kkunsidrati xierqa għal-qtil għall-konsum mill-bniedem wara ispezzjoni ante-mortem jew iġsma u l-partijiet li ġejjin ta’ annimali minn kaċċa maqtula għall-konsum mill-bniedem skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja:

(i) 

karkassi jew iġsma u partijiet minn annimali li jitwarrbu bħala mhux xierqa għall-konsum mill-bniedem skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja, iżda li ma wrewx xi sinjali ta’ mard li jittieħed mill-bnedmin jew l-annimali;

(ii) 

irjus ta’ tjur tal-irziezet;

(iii) 

ġlud, inklużi bċejjeċ minnhom, qrun u saqajn, inklużi l-għadan tal-karpu u l-metakarpu, l-għadam tal-falanġi, tat-tarsus u l-metatarsus, ta’:

— 
annimali għajr dawk li jixtarru li jeħtieġu l-ittestjar għat-TSE; u
— 
annimali li jixtarru li ġew ittestjati b’riżultat negattiv skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(iv) 

lanżit tal-ħanżir;

(v) 

rix;

(c) 

prodotti sekondarji mit-tjur u l-lagomorfi maqtula fl-irziezet kif imsemmi fl-Artikolu 1(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, li ma urew l-ebda sinjal ta’ mard li jittieħed mill-bniedem jew mill-annimali;

(d) 

demm ta’ annimali li ma jkun wera ebda sinjal ta’ mard li jittieħed mid-demm minn bnedmin jew annimali miksub mill-annimali li ġejjin li nqatlu f’biċċerija wara li tqiesu xierqa għall-qtil għall-konsum mill-bniedem wara ispezzjoni ante-mortem skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja:

(i) 

annimali għajr dawk li jixtarru li jeħtieġu l-ittestjar għat-TSE; u

(ii) 

annimali li jixtarru li ġew ittestjati b’riżultat negattiv skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(e) 

prodotti sekondarji li jirriżultaw mill-annimali derivati mill-produzzjoni ta’ prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem inkluż għadam bix-xaħam imneħħi, qasab tas-saqajn u ħama taċ-ċentrifugi jew tas-separaturi mill-ipproċessar tal-ħalib;

(f) 

prodotti li joriġinaw mill-annimali, jew oġġetti tal-ikel li jkun fihom prodotti li joriġinaw mill-annimali, li m’għadhomx maħsuba għall-konsum mill-bniedem għal raġunijiet kummerċjali jew minħabba problemi ta’ difetti ta’ fabbrikazzjoni jew pakkeġġjar jew difetti oħra li ma jippreżentawx riskju għall-bnedmin jew l-annimali;

(g) 

għalf tal-annimali domestiċi u materjal li jista’ jintuża bħala għalf li joriġinaw mill-annimali, jew materjal li jista’ jintuża bħala għalf li jkun fih prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati, li m’għadhomx maħsuba għall-għalf minħabba raġunijiet kummerċjali jew minħabba problemi ta’ difetti ta’ fabbrikazzjoni jew pakkeġġjar jew difetti oħra li ma joħolqux riskju għas-saħħa pubblika jew tal-annimali;

(h) 

demm, plaċenta, suf, rix, xagħar, qrun, biċċiet ta’ qawqab u ħalib mhux ipproċessat li ġej minn annimali ħajjin li ma urew ebda sinjal ta’ xi mard li jittieħed mill-bnedmin jew l-annimali permezz ta’ dan il-prodott;

(i) 

annimali akkwatiċi, u partijiet minn dawn l-annimali, għajr għall-mammali tal-baħar, li ma urew ebda sinjal ta’ mard li jittieħed mill-bnedmin jew l-annimali;

(j) 

prodotti sekondarji minn annimali akkwatiċi li joriġinaw minn stabbilimenti jew impjanti li jimmanifatturaw prodotti għall-konsum mill-bniedem;

(k) 

il-materjal li ġej li joriġina mill-annimali li ma jkun wera ebda sinjal ta’ mard li jittieħed minn dan il-materjal minn bnedmin jew annimali:

(i) 

qxur mill-frott tal-baħar b’laħam jew tessut artab;

(ii) 

dawn li ġejjin li joriġinaw minn annimali tal-art:

— 
prodotti sekondarji tal-maqfas,
— 
bajd,
— 
prodotti sekondarji tal-bajd, inkluż il-qxur tal-bajd,
(iii) 

flieles ta’ ġurnata maqtula minħabba raġunijiet kummerċjali;

(l) 

invertebrati akkwatiċi u tal-art għajr għal speċi patoġeniċi għal bnedmin jew annimali;

(m) 

annimali u partijiet minnhom tal-ordnijiet żooloġiċi Rodentia u Lagomorpha, għajr materjal tal-Kategorija 1 kif imsemmi fl-Artikolu 8(a)(iii) sa (v) u materjal tal-Kategorija 2 kif imsemmi fl-Artikolu 9(a) sa (g);

(n) 

ġlud, qawqab, rix, suf, qrun, xagħar u pil li joriġinaw minn annimali mejtin li ma wrewx sinjali ta’ xi marda li tittieħed permezz ta’ dan il-prodott mill-bnedmin jew mill-annimali, għajr dawk imsemmija fil-punt (b);

(o) 

tessut xaħmi minn annimali li ma wrew l-ebda sinjal ta’ mard li jittieħed permezz ta’ dak il-materjal mill-bnedmin jew mill-annimali, li nqatlu f’biċċerija u li tqiesu xierqa għall-qtil għall-konsum mill-bniedem wara ispezzjoni ante-mortem skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja;

(p) 

skart mill-catering għajr kif imsemmi fl-Artikolu 8(f).



KAPITOLU II

Rimi u użu ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati



Taqsima 1

Restrizzjonijiet dwar l-użu

Artikolu 11

Restrizzjonijiet dwar l-użu

1.  

L-użi li ġejjin ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati għandhom ikunu pprojbiti:

(a) 

it-tmigħ ta’ annimali terrestri ta’ speċi partikolari għajr l-annimali bil-pil bi proteina pproċessata mill-annimali derivata minn iġsma jew partijiet ta’ iġsma ta’ annimali tal-istess speċi;

(b) 

it-tmigħ ta’ annimali tat-trobbija għajr għal annimali tal-pil bi skart mill-catering jew materjal tal-għalf li fih jew huwa derivat minn skart mill-catering;

(c) 

it-tmigħ ta’ annimali tat-trobbija bi ħxejjex, jew direttament meta jirgħu jew bit-tmigħ ta’ ħxejjex maqtugħa, minn art li fuqha ġew applikati fertilizzanti organiċi jew sustanzi li jtejbu l-ħamrija, għajr għal demel, sakemm il-qtugħ jew ir-rigħi isir wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ stennija, li jiżgura kontrolli xierqa tar-riskji għas-saħħa tal-bnedmin u l-annimali u jkun mill-inqas ta’ 21 jum; u

(d) 

it-tmigħ ta’ ħut tat-trobbija bi proteina pproċessata mill-annimali derivata mill-iġsma jew partijiet ta’ iġsma ta’ ħut tat-trobbija tal-istess speċi.

2.  

Jistgħu jiġu stipulati miżuri relatati ma’ dan li ġej:

(a) 

il-verifiki u l-kontrolli li jridu jitwettqu biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, inklużi metodi u testijiet li jridu jintużaw għall-ivverifikar tal-preżenza ta’ materjal li joriġina minn ċerti speċijiet u limiti massimi għal ammonti insinifikanti tal-proteini pproċessati tal-annimali msemmija fil-punti (a) u (d) tal-paragrafu 1 ikkawżati minn kontaminazzjoni fortuwita u teknikament inevitabbli,

(b) 

il-kondizzjonijiet għat-tmigħ ta’ annimali bil-pil bi proteina pproċessata mill-annimali derivata minn iġsma jew partijiet ta’ iġsma ta’ annimali tal-istess speċi; u

(c) 

il-kondizzjonijiet għat-tmigħ ta’ annimali tat-trobbija bi ħxejjex minn art li fuqha ġew applikati fertilizzanti organiċi jew sustanzi li jtejbu l-ħamrija, b’mod partikolari modifika tal-perjodu ta’ stennija kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1.

Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).



Taqsima 2

Rimi u użu

Artikolu 12

Rimi u użu ta’ materjal tal-Kategorija 1

Il-materjal tal-Kategorija 1 għandu:

(a) 

jintrema bħala skart permezz ta’ inċenerazzjoni:

(i) 

direttament mingħajr ipproċessar minn qabel; jew

(ii) 

wara pproċessar, permezz ta’ sterilizzazzjoni bil-pressjoni jekk l-awtorità kompetenti hekk teħtieġ, u mmarkar permanenti tal-materjal li jirriżulta;

(b) 

jintrema jew jiġi rkuprat permezz ta’ ko-inċenerazzjoni, jekk il-materjal tal-Kategorija 1 ikun skart:

(i) 

direttament mingħajr ipproċessar minn qabel; jew

(ii) 

wara pproċessar, permezz ta’ sterilizzazzjoni bil-pressjoni jekk l-awtorità kompetenti hekk teħtieġ, u mmarkar permanenti tal-materjal li jirriżulta;

(c) 

fil-każ ta’ materjal tal-Kategorija 1 għajr għal materjal imsemmi fl-Artikolu 8(a)(i) u (ii), jintrema bi proċess ta’ sterilizzazzjoni bil-pressjoni, immarkar permanenti tal-materjal li jirriżulta u rdim f’radam awtorizzat;

(d) 

fil-każ ta’ materjal tal-Kategorija 1 imsemmi fl-Artikolu 8(f), jintrema billi jiġi mirdum f’radam awtorizzat;

(e) 

jintuża bħala karburant għall-kombustjoni b’ipproċessar minn qabel jew mingħajr dan; jew

(f) 

jintuża għall-manifattura ta’ prodotti derivati msemmija fl-Artikoli 33, 34 u 36 u jitqiegħed fis-suq skont dawk l-Artikoli.

Artikolu 13

Rimi u użu ta’ materjal tal-Kategorija 2

Il-materjal tal-Kategorija 2 għandu:

(a) 

jintrema bħala skart permezz ta’ inċenerazzjoni:

(i) 

direttament mingħajr ipproċessar minn qabel; jew

(ii) 

wara pproċessar, permezz ta’ sterilizzazzjoni bil-pressjoni jekk l-awtorità kompetenti hekk teħtieġ, u mmarkar permanenti tal-materjal li jirriżulta;

(b) 

jintrema jew jiġi rkuprat permezz ta’ ko-inċenerazzjoni, jekk il-materjal tal-Kategorija 2 ikun skart:

(i) 

direttament mingħajr ipproċessar minn qabel; jew

(ii) 

wara pproċessar, permezz ta’ sterilizzazzjoni bil-pressjoni jekk l-awtorità kompetenti hekk teħtieġ, u mmarkar permanenti tal-materjal li jirriżulta;

(c) 

jintrema f’radam awtorizzat, wara pproċessar permezz ta’ sterilizzazzjoni bil-pressjoni u mmarkar permanenti tal-materjal li jirriżulta;

(d) 

jintuża għall-manifattura ta’ fertilizzanti organiċi jew ta’ prodotti li jtejbu l-ħamrija maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq skont l-Artikolu 32 wara pproċessar permezz ta’ sterilizzazzjoni bil-pressjoni, meta dan ikun applikabbli, u mmarkar permanenti tal-materjal li jirriżulta;

(e) 

jiġi ttrasformat f’kompost jew f’bijogass:

(i) 

wara pproċessar permezz ta’ sterilizzazzjoni bil-pressjoni u mmarkar permanenti tal-materjal li jirriżulta; jew

(ii) 

fil-każ ta’ demel, l-apparat ta’ diġestjoni u l-kontenut tiegħu, ħalib, prodotti mill-ħalib u kolostrum, bajd u prodotti tal-bajd li l-awtorità kompetenti ma tikkunsidrax li huma ta’ riskju għat-tixrid ta’ xi mard serju li jittieħed, wara l-ipproċessar jew mingħajr ipproċessar minn qabel;

(f) 

jiġi applikat lill-art mingħajr ipproċessar, fil-każ ta’ demel, il-kontenut tal-apparat ta’ diġestjoni jinfired mill-apparat ta’ diġestjoni, ħalib, prodotti mill-ħalib u kolostrum, li l-awtorità kompetenti ma tikkunsidrax li huma ta’ riskju għat-tixrid ta’ xi mard serju li jittieħed;

(g) 

fil-każ ta’ materjal li joriġina minn annimali akkwatiċi, jitqiegħed f’sili, minnu jsir il-kompost jew li jiġi ttrasformat f’bijogass;

(h) 

jintuża bħala karburant għall-kombustjoni b’ipproċessar minn qabel jew minghajr dan; jew

(i) 

jintuża għall-manifattura ta’ prodotti derivati msemmija fl-Artikoli 33, 34 u 36 u jitqiegħed fis-suq skont dawk l-Artikoli.

Artikolu 14

Rimi u użu ta’ materjal tal-Kategorija 3

Il-materjal tal-Kategorija 3 għandu:

(a) 

jintrema bħala skart permezz ta’ inċenerazzjoni, b’ipproċessar minn qabel jew mingħajr dan;

(b) 

jintrema jew jiġi rkuprat permezz ta’ ko-inċenerazzjoni, b’ipproċessar minn qabel jew mingħajr dan, jekk il-materjal tal-Kategorija 1 ikun skart;

(c) 

jintrema f’radam awtorizzat, wara li jiġi pproċessat;

(d) 

jiġi pproċessat, ħlief fil-każ ta’ materjal tal-Kategorija 3 li jkun inbidel minħabba dekompożizzjoni jew taħsir b’mod li, permezz ta’ dak il-prodott, jippreżenta riskju mhux aċċettabbli għas-saħħa pubblika jew dik tal-annimali, u jintuża:

(i) 

għall-manifattura ta’ għalf għal annimali tat-trobbija għajr għal annimali tal-pil, bil-ħsieb li jitqiegħed fis-suq skont l-Artikolu 31, ħlief fil-każ ta’ materjal imsemmi fl-Artikolu 10(n), (o) u (p);

(ii) 

għall-manifattura ta’ għalf għal annimali bil-pil, bil–ħsieb li jitqiegħed fis-suq skont l-Artikolu 36;

(iii) 

għall-manifattura ta’ għalf għal annimali domestiċi, bil–ħsieb li jitqiegħed fis-suq skont l-Artikolu 35; jew

(iv) 

għall-manifattura ta’ fertilizzanti organiċi jew sustanzi li jtejbu l-ħamrija, maħsuba sabiex jitqiegħdu fis-suq taħt l-Artikolu 32.

(e) 

għall-produzzjoni ta’ għalf mhux ipproċessat għal annimali domestiċi, bil–ħsieb li jitqiegħed fis-suq skont l-Artikolu 35;

(f) 

biex jiġi ttrasformat f’kompost jew f’bijogass;

(g) 

fil-każ ta’ materjal li joriġina minn annimali akkwatiċi, jitqiegħed f’sili, jiġi ttrasformat f’kompost jew jiġi ttrasformat f’bijogass;

(h) 

fil-każ ta’ qxur mill-frott tal-baħar, għajr għal dawk imsemmija fl-Artikolu 2(2)(f), u l-qxur tal-bajd, li jintuża skont kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti li jilqgħu minn qabel riskji għas-saħħa pubblika u dik tal-annimali;

(i) 

jintuża bħala karburant għall-kombustjoni b’ipproċessar minn qabel jew mingħajr dan;

(j) 

jintuża għall-manifattura ta’ prodotti derivati msemmija fl-Artikoli 33, 34 u 36 u jitqiegħed fis-suq skont dawk l-Artikoli;

(k) 

fil-każ tal-iskart mill-catering imsemmi fl-Artikolu 10(p), ipproċessat permezz ta’ sterilizzazzjoni bil-pressa jew permezz tal-metodi ta’ proċessar imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1) jew ittrasformat f’kompost jew f’bijogass;

(l) 

jiġi applikat lill-art mingħajr ipproċessar, fil-każ ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti derivati minnu, li l-awtorità kompetenti ma tikkunsidrax li huma ta’ riskju għat-tixrid ta’ kwalunkwe marda li tittieħed permezz ta’ dawk il-prodotti mill-bnedmin jew mill-annimali.

Artikolu 15

Miżuri ta’ implimentazzjoni

1.  

Jistgħu jiġu stipulati miżuri għall-implimentazzjoni ta’ din it-Taqsima marbuta ma’ dan li ġej:

(a) 

kondizzjonijiet speċjali għall-immaniġġar u r-rimi abbord ta’ materjali li jkun ġej mit-tneħħija tal-imsaren tal-ħut abbord li juri sinjali ta’ mard li jittieħed mill-bnedmin, inklużi l-parassiti;

(b) 

metodi ta’ pproċessar għal prodotti sekondarji tal-annimali ħlief l-isterilizzazzjoni tal-pressjoni fir-rigward tal-parametri li jridu jiġu applikati għal dawk il-metodi ta’ pproċessar, b’mod partikolari l-ħin, it-temperatura, il-pressjoni u d-daqs tal-partikoli;

(c) 

parametri għat-trasformazzjoni ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, inkluż l-iskart mill-catering, f’bijogass jew kompost;

(d) 

kondizzjonijiet għall-inċenerazzjoni u l-koinċenerazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati;

(e) 

il-kondizzjonijiet għall-kombustjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati;

(f) 

kondizzjonijiet għall-ġenerazzjoni u l-immaniġġar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali msemmija fl-Artikolu 10(c);

(g) 

preservazzjoni ta’ materjal li joripina minn annimali akkwatiċi;

(h) 

markament permanenti ta’ prodotti sekondarji tal-annimali;

(i) 

l-applikazzjoni fuq l-art ta’ ċerti prodotti sekondarji tal-annimali, fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija;

(j) 

l-użu ta’ ċerti prodotti sekondarji bħala għalf għall-annimali fl-irziezet; u

(k) 

il-livell ta’ riskju għas-saħħa pubblika u tal-annimali fir-rigward ta’ ċertu materjal li tqies inaċċettabbli kif imsemmi fl-Artikolu 14(d).

Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissuplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(4).

2.  

Sa meta jiġu adottati r-regoli msemmija:

(a) 

fil-punti (c), (f) u (g) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu r-regoli nazzjonali għal:

(i) 

il-ġenerazzjoni u t-trattament ta’ prodotti sekondarji tal-annimali msemmija fl-Artikolu 10(c);

(ii) 

it-trasformazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali msemmija fl-Artikolu 10(p);u

(iii) 

il-preservazzjoni ta’ materjal li joriġina minn annimali akkwatiċi;

(b) 

fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-prodotti sekondarji tal-annimali msemmija fih jistgħu jintremew il-baħar, bla ħsara għal-leġiżlazzjoni ambjentali Komunitarja.



Taqsima 3

Derogi

Artikolu 16

Derogi

B’deroga mill-Artikoli 12, 13 u 14, il-prodotti sekondarji tal-annimali jistgħu:

(a) 

fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1), ikunu trattati u mormija b’konformità mal-kondizzjonijiet speċjali stabbiliti skont dak il-punt;

(b) 

jintużaw għal riċerka u għanijiet speċifiċi oħra skont l-Artikolu 17;

(c) 

fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali msemmija fl-Artikolu 18, jintużaw għal għanijiet speċjali ta’ tagħlif skont dak l-Artikolu;

(d) 

fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali msemmija fl-Artikolu 19, jintremew skont dak l-Artikolu;

(e) 

jintremew jew jintużaw b’konformità ma’ metodi alternattivi li ġew awtorizzati b’konformità mal-Artikolu 20, ibbażati fuq il-parametri li jistgħu jinkludu l-isterilizzazzjoni bil-pressa jew rekwiżiti oħra ta’ dan ir-Regolament jew il-miżuri implimentattivi tiegħu;

(f) 

fil-każ ta’ materjali tal-Kategorija 2 u tal-Kategorija 3 u jekk dan ikun awtorizzat mill-awtorità kompetenti, ikunu użati għall-preparazzjoni u l-applikazzjoni fuq l-art ta’ preparati bijodinamiċi kif imsemmi fl-Artikolu 12(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007;

(g) 

fil-każ ta’ materjal tal-Kategorija 3 u, jekk dan ikun awtorizzat mill-awtorità kompetenti, ikunu użati għat-tagħlif ta’ annimali domestiċi;

(h) 

fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ħlief għal materjal tal-Kategorija 1, li joħorġu fil-kors ta’ interventi kirurġiċi fuq annimali ħajjin jew waqt it-twelid ta’ annimali fl-azjenda u, jekk awtorizzati mill-awtorità kompetenti, jintremew f’dik l-azjenda stess.

Artikolu 17

Riċerka u għanijiet speċifiċi oħra

1.  

L-awtorità kompetenti tista’, permezz ta’ deroga mill-Artikoli 12, 13 u 14, tawtorizza l-użu ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati għall-eżibizzjonijiet, u għal finijiet dijanjostiċi, edukattivi u ta’ riċerka skont kondizzjonijiet li jiżguraw il-kontroll ta’ riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali.

Kondizzjonijiet bħal dawn għandhom jinkludu:

(a) 

il-projbizzjoni ta’ kwalunkwe użu sussegwenti ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati għal finijiet oħrajn; u

(b) 

l-obbligu li prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati jintremew b’mod sikur jew jerġgħu jintbagħtu lejn il-post tal-oriġini tagħhom, jekk ikun il-każ.

2.  

F’każ ta’ riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali li jitolbu l-adozzjoni ta’ miżuri għat-territorju kollu tal-Komunità, b’mod partikolari fil-każ ta’ riskji emerġenti ġodda, kondizzjonijiet armonizzati għall-importazzjoni u l-użu ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu stabbiliti. Kondizzjonijiet bħal dawn jistgħu jinkludu rekwiżiti rigward il-ħżin, l-imballaġġ, l-identifikazzjoni, it-trasport u r-rimi.

Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).

Artikolu 18

Finijiet ta’ tagħlif speċjali

1.  

L-awtorità kompetenti tista’, permezz ta’ deroga mill-Artikoli 13 u 14, tawtorizza, skont kondizzjonijiet li jiżguraw il-kontroll ta’ riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali, il-ġbir u l-użu ta’ materjal tal-Kategorija 2, sakemm jiġi minn annimali li ma nqatlux jew ma mitux b’riżultat tal-preżenza jew preżenza suspettata ta’ marda li tittieħed mill-bnedmin jew l-annimali, u ta’ materjal tal-Kategorija 3 għat-tagħlif lil:

(a) 

annimali żooloġiċi;

(b) 

annimali taċ-ċirku;

(c) 

rettili u tjur tal-priża għajr annimali żooloġiċi jew taċ-ċirku;

(d) 

annimali tal-pil;

(e) 

annimali selvaġġi;

(f) 

klieb minn kanili rikonoxxuti jew klieb tal-kaċċa;

(g) 

klieb u qtates f’kennijiet;

(h) 

dud u ħniex għal-lixka għas-sajd.

2.  

L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza, b’deroga mill-Artikolu 12, u skont il-kondizzjonijiet stipulati taħt il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu:

(a) 

it-tagħlif tal-materjal tal-Kategorija 1 imsemmi fl-Artikolu 8(b)(ii) u tal-materjal li ġej minn annimali żooloġiċi għat-tagħlif għal annimali żooloġiċi; u

(b) 

it-tagħlif tal-materjal tal-Kategorija 1 imsemmi fl-Artikolu 8(b)(ii) lill-ispeċijiet ta’ għasafar nekrofaġi li huma fil-periklu ta’ estinzjoni jew protetti u speċijiet oħra li jgħixu fil-ħabitat naturali tagħhom, għall-promozzjoni tal-bijodiversità.

3.  

Għandhom jiġu stabbiliti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, marbuta ma’ dan li ġej:

(a) 

il-kondizzjonijiet li bihom il-ġbir u l-użu kif imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiġi awtorizzat fir-rigward taċ-ċaqliq, il-ħżin u l-użu ta’ materjal tal-Kategorija 2 u materjal tal-Kategorija 3 għat-tagħlif, inkluż fil-każ ta’ riskji emerġenti ġodda; u

(b) 

il-kondizzjonijiet li bihom, f’ċerti każijiet b’deroga mill-obbligu stipulat fl-Artikolu 21(1), it-tagħlif ta’ materjal tal-Kategorija 1 kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jista’ jkun awtorizzati, inkluż:

(i) 

l-ispeċi fil-periklu ta’ estinzjoni jew protetti ta’ għasafar nekrofaġi u speċijiet oħra f’ċerti Stati Membri fejn materjal bħal dan jista’ jintema’;

(ii) 

miżuri għall-prevenzjoni ta’ riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali.

Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).

Artikolu 19

Il-ġbir, it-trasport u r-rimi

1.  

L-awtorità kompetenti tista’, permezz ta’ deroga mill-Artikoli 12, 13, 14 u 21, tawtorizza r-rimi:

(a) 

billi jindifnu annimali domestiċi u equidae mejtin;

(b) 

billi jinħarqu jew jindifnu fuq il-post jew b’mezzi oħrajn taħt superviżjoni uffiċjali li jevitaw it-tixrid ta’ riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali ta’ materjal tal-Kategorija 1 imsemmi fl-Artikolu 8(a)(v) u 8(b)(ii), materjali tal-Kategorija 2 u tal-Kategorija 3 f’żoni remoti;

(c) 

billi jinħarqu jew jindifnu fuq il-post jew b’mezzi oħrajn taħt superviżjoni uffiċjali li jevitaw it-tixrid ta’ riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali ta’ materjal tal-Kategorija 1 imsemmi fl-Artikolu 8(b)(ii), materjali tal-Kategorija 2, u tal-Kategorija 3 f’żoni fejn l-aċċess huwa prattikament impossibbli jew fejn l-aċċess ikun possibbli biss f’ċirkostanzi, relatati ma’ raġunijiet ġeografiċi jew klimatiċi jew minħabba diżastru naturali, li jistgħu jkunu ta’ riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persunal li jwettaq il-ġbir jew fejn l-aċċess jitlob l-użu ta’ mezzi sproporzjonati ta’ ġbir;

(d) 

b’mezzi li jinkludu l-ħruq jew id-dfin fuq il-post, taħt superviżjoni uffiċjali, fil-każ ta’ materjal tal-Kategorija 2 u tal-Kategorija 3 li mhumiex ta’ riskju għas-saħħa tal-pubbliku jew tal-annimali, meta l-ammonti ta’ materjal ma jkunux iktar minn volum partikolari fil-ġimgħa, tali volum li jkun ikkalkulat f’relazzjoni man-natura tal-attivitajiet imwettqa u l-ispeċji tal-oriġini tal-prodotti sekondarji tal-annimali kkonċernati;

(e) 

permezz tal-ħruq jew id-dfin fuq il-post, skont kondizzjonijiet li jevitaw it-tixrid tar-riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali ħlief materjal tal-Kategorija 1 imsemmija fl-Artikolu 8(a)(i) fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda notifikabbli, jekk it-trasport lejn l-eqreb impjant approvat għall-ipproċessar jew ir-rimi tal-prodotti sekondarji tal-annimali jżid il-periklu ta’ propagazzjoni ta’ rikji tas-saħħa jew iwassal, f’każ ta’ tifqigħa mifruxa ta’ marda epiżootika, li jkun ifisser li l-kapaċitajiet ta’ rimi f’impjanti bħal dawn ikunu nqabżu; u

(f) 

billi jinħarqu jew jindifnu fuq il-post, b’kondizzjonijiet li jevitaw it-tixrid tar-riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali, tan-naħal u tal-prodotti sekondarji tal-apikultura.

2.  
Il-popolazzjoni tal-annimali ta’ speċi partikolari fiż-żoni remoti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 m’għandhiex taqbeż perċentwali massima tal-popolazzjoni tal-annimali ta’ dan l-ispeċi fl-Istat Membru kkonċernat.
3.  

L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni tagħrif dwar:

(a) 

iż-żoni li jikkategorizzaw bħala żoni remoti għall-fini li japplikaw il-punt (b) tal-paragrafu 1 u r-raġunijiet għal dik il-kategorizzazzjoni, u tagħrif aġġornat li jikkonċerna kwalunkwe bidla għal kategorizzazzjoni bħal din; u

(b) 

l-użu li jagħmlu mill-awtorizzazzjonijiet stipulati fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1 fir-rigward tal-materjal tal-Kategorija 1 u tal-Kategorija 2.

4.  

Għandhom jiġu stabbiliti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, marbuta ma’ dan li ġej:

(a) 

kondizzjonijiet immirati li jiżguraw il-kontroll ta’ riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali fil-każ ta’ ħruq u dfin fuq il-post;

(b) 

il-perċentwali massima tal-popolazzjoni tal-annimali kif imsemmi fil-paragrafu 2;

(c) 

il-volum ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, f’relazzjoni man-natura tal-attivitajiet u l-ispeċji tal-oriġini, kif imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1; u

(d) 

il-lista ta’ mard imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1.

Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).



Taqsima 4

Metodi alternattivi

Artikolu 20

Awtorizzazzjoni ta’ metodi alternattivi

1.  
Il-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ metodu alternattiv ta’ użu u rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati jistgħu jinbdew jew mill-Kummissjoni jew wara applikazzjoni minn Stat Membru jew minn parti interessata, li tista’ tirrappreżenta bosta partijiet interessati.
2.  

Partijiet interessati għandhom jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu bi ħsiebhom jużaw il-metodu alternattiv.

L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta, fi żmien xahrejn wara li taslilha applikazzjoni mimlija, jekk l-applikazzjoni tkunx konformi mal-format standard għall-applikazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 10.

3.  
L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika l-applikazzjonijiet tal-Istati Membri u partijiet interessati, flimkien ma’ rapport dwar il-valutazzjoni tagħha mal-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza fl-Ikel (AESI) u tinforma lill-Kummissjoni bihom.
4.  
Meta l-Kummissjoni tibda l-proċedura għall-awtorizzazzjoni, għandha tibgħat rapport dwar l-evalwazzjoni tagħha lill-AESI.
5.  

L-AESI għandha tevalwa, fi żmien sitt xhur minn meta taslilha applikazzjoni mimlija, jekk il-metodu mibgħut jiżgurax li r-riskji għas-saħħa tal-pubbliku jew tal-annimali

(a) 

jiġux ikkontrollati b’mod li jevita l-proliferazzjoni tagħhom qabel ir-rimi, b’konformità ma’ dan ir-Regolament jew mal-miżuri implimentattivi tiegħu; jew

(b) 

jitnaqqsux sa punt li huwa tal-inqas ekwivalenti, għall-kategorija rilevanti ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, għall-metodi ta’ pproċessar stipulati skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1).

L-AESI għandha toħroġ opinjoni dwar l-applikazzjoni li tkun intbagħtet.

6.  

F’każijiet ġustifikati kif xieraq fejn l-AESI titlob tagħrif addizzjonali mill-applikanti, il-perjodu stipulat fil-paragrafu 5 jista’ jkun estiż.

Wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni jew mal-applikant, l-AESI għandha tiddeċiedi dwar perjodu li matulu dak it-tagħrif għandu jkun provdut lilha u tinforma lill-Kummissjoni u lill-applikant kif jixraq bil-perjodu addizzjonali meħtieġ.

7.  

Meta l-applikanti jkunu jixtiequ jibagħtu tagħrif addizzjonali fuq inizjattiva personali tagħhom, għandhom jibagħtuh direttament lill-AESI.

F’dak il-każ il-perjodu stipulat fil-paragrafu 5 ma għandux jiġi estiż b’perjodu addizzjonali.

8.  
L-AESI għandha tgħaddi l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni, lill-applikant u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.
9.  
Fi żmien tliet xhur mir-riċezzjoni tal-opinjoni tal-AESI u wara li tqis dik l-opinjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-applikant bil-miżura proposta li għandha tiġi adottata b’konformità mal-paragrafu 11.
10.  
Għandu jiġi adottat format standard għall-applikazzjonijiet għal metodi alternattivi skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 52(2).
11.  

Wara li l-AESI tirċievi l-opinjoni, għandu jiġi adottat dan li ġej:

(a) 

jew miżura li tawtorizza metodu alternattiv ta’ użu jew rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati; jew

(b) 

miżura li tiċħad l-awtorizzazzjoni ta’ metodu alternattiv bħal dan.

Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).



TITOLU II

OBBLIGI TAL-OPERATURI



KAPITOLU I

Obbligi ġenerali



Taqsima 1

Il-ġbir, it-trasport u t-traċċabbiltà

Artikolu 21

Il-ġbir u l-identifikazzjoni fir-rigward tal-Kategorija u tat-trasport

1.  
L-operaturi għandhom jiġbru, jidentifikaw u jġorru prodotti sekondarji tal-annimali mingħajr dewmien bla bżonn b’kondizzjonijiet li jilqgħu minn qabel kontra riskji għas-saħħa tal-pubbliku u dik tal-annimali.
2.  

L-operaturi għandhom jiżguraw li l-prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati jkunu akkumpanjati matul it-trasport minn dokument kummerċjali jew, meta meħtieġ b’dan ir-Regolament jew b’miżura adotatta taħt il-paragrafu 6, minn ċertifikat ta’ saħħa.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-trasport ta’ demel bejn żewġ postijiet li jinsabu fl-istess azjenda jew bejn irziezet u utenti ta’ demel fl-istess Stat Membru mingħajr dokument kummerċjali jew ċertifikat ta’ saħħa.

3.  

Dokumenti kummerċjali u ċertifikati ta’ saħħa li jakkumpanjaw prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati matul it-trasport għandhom għall-inqas jinkludu tagħrif dwar l-oriġini, id-destinazzjoni u l-kwantità ta’ dawn il-prodotti, u deskrizzjoni tal-prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati u l-immarkar tagħhom, meta dan l-immarkar ikun meħtieġ b’dan ir-Regolament.

Madankollu, għall-prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati minnhom li jinġarru fit-territorju ta’ Stat Membru, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tawtorizza t-tixrid tat-tagħrif imsemmi fl-ewwel subparagrafu permezz ta’ sistema alternattiva.

4.  
L-operaturi għandhom jiġbru, iġorru u jarmu skart mill-catering tal-Kategorija 3, b’konformità mal-miżuri nazzjonali previsti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/98/KE.
5.  

Il-miżuri li ġejjin għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 52(3):

(a) 

mudelli għal dokumenti kummerċjali meħtieġa li jakkumpanjaw prodotti sekondarji tal-annimali matul it-trasport; u

(b) 

mudelli għal ċertifikati ta’ saħħa u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-mod li bih għandhom jakkumpanjaw il-prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati matul it-trasport.

6.  

Għandhom jiġu stabbiliti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, marbuta ma’ dan li ġej:

(a) 

każijiet fejn ċertifikat ta’ saħħa huwa meħtieġ wara li jiġi kkunsidrat il-livell ta’ riskju għas-saħħa tal-pubbliku u dik tal-annimali minn ċerti prodotti derivati;

(b) 

każijiet fejn, b’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 u wara li tikkunsidra l-livell baxx ta’ riskju għas-saħħa tal-pubbliku u dik tal-annimali minn ċerti prodotti sekondarji tal-annimali jew minn prodotti derivati, it-trasport ta’ prodotti derivati jista’ jseħħ mingħajr id-dokumenti jew iċ-ċertifikati msemmija f’dan il-paragrafu;

(c) 

rekwiżiti għall-identifikazzjoni, l-ittikkettar inkluż, u għas-separazzjoni tal-kategoriji differenti ta’ prodotti sekondarji tal-annimali matul it-trasport; u

(d) 

kondizzjonijiet biex tilqa’ minn qabel kontra riskji għas-saħħa tal-pubbliku u dik tal-annimali matul il-ġbir u t-trasport ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, inklużi kondizzjonijiet għat-trasport bla periklu ta’ dawn il-prodotti fir-rigward ta’ kontenituri, vetturi u materjal ta’ ppakkjar.

Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).

Artikolu 22

Traċċabbiltà

1.  

Operaturi li jikkunsinnaw, iġorru jew jirċievu prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati għandhom iżommu reġistru tal-kunsinni u dokumenti kummerċjali jew ċertifikati ta’ saħħa rilevanti.

Iżda, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta awtorizzazzjoni għat-trasport ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati mingħajr dokumenti kummerċjali jew ċertifikati ta’ saħħa tkun ingħatat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(2) jew b’konformità mal-miżuri implimentattivi adottati skont l-Artikolu 21(6)(b).

2.  

L-operaturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu sistemi u proċeduri biex jidentifikaw:

(a) 

lill-operaturi l-oħrajn li jkunu ġew fornuti bil-prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati tagħhom; u

(b) 

l-operaturi li jkunu fornewhom.

Dan it-tagħrif għandu jkun disponibbli fuq talba mill-awtoritjiet kompetenti.

3.  

Jistgħu jiġu adottati miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 52(3), b’mod partikolari dwar:

(a) 

it-tagħrif li jrid ikun disponibbli għall-awtoritjiet kompetenti;

(b) 

il-perjodu ta’ żmien li matulu trid tinżamm din l-informazzjoni.



Taqsima 2

Reġistrazzjoni u approvazzjoni

Artikolu 23

Reġistrazzjoni ta’ operaturi, stabbilimenti jew impjanti

1.  

Għall-finijiet tar-reġistrazzjoni, l-operaturi għandhom:

(a) 

qabel jibdew joperaw, jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti b’xi stabbilimenti jew impjanti fil-kontroll tagħhom li jkunu attivi fi kwalunkwe fażi tal-ġenerazzjoni, it-trasport, it-trattament, l-ipproċessar, il-ħżin, it-tqegħid fis-suq, id-distribuzzjoni, l-użu jew ir-rimi tal-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati;

(b) 

jipprovdu lill-awtorità kompetenti b’tagħrif dwar:

(i) 

il-kategorija ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati fil-kontroll tagħhom;

(ii) 

in-natura tal-operazzjonijiet imwettqa bl-użu ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati bħala materjal ta’ bidu.

2.  
L-operaturi għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti b’tagħrif aġġornat dwar l-istabbilimenti jew l-impjanti fil-kontroll tagħhom kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, fosthom kull tibdil sinifikanti fl-attivitajiet, bħall-għeluq ta’ stabbiliment jew impjant eżistenti.
3.  
Jistgħu jiġu adottati regoli dettaljati rigward ir-reġistarzzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 b’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 52(3).
4.  

B’deroga mill-paragrafu 1, ma tkun meħtieġa l-ebda notifika rigward ir-reġistrazzjoni għal attivitajiet li għalihom l-istabbilimenti li jiġġeneraw il-prodotti sekondarji tal-annimali jkunu diġà ġew approvati jew reġistrati b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 852/2004 jew mar-Regolament (KE) Nru 853/2004; u għal attivitajiet li għalihom l-istabbilimenti jew l-impjanti jkunu diġà ġew approvati b’konformità mal-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament.

L-istess deroga għandha tapplika għall-attivitajiet li jinvolvu l-ġenerazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-annimali fuq il-post biss, għal dawk li jsiru fl-irziezet jew f’postijiet oħrajn fejn l-annimali jinżammu, jitrabbew jew jittieħed ħsiebhom.

Artikolu 24

Approvazzjoni ta’ stabbilimenti jew impjanti

1.  

L-operaturi għandhom jiggarantixxu li l-istabbilimenti jew l-impjanti fil-kontroll tagħhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti, fejn dawn l-istabbilimenti jew impjanti jwettqu xi waħda mill-attivitajiet li ġejjin jew aktar:

(a) 

l-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali bl-isterilizzazzjoni bil-pressa, b’metodi tal-ipproċessar msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1) jew b’metodi alternattivi awtorizzati b’konformità mal-Artikolu 20;

(b) 

ir-rimi, bħala skart, bl-inċinerazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati, barra l-istabbilimenti jew l-impjanti li jkollhom permess li joperaw b’konformità mad-Direttiva 2000/76/KE;

(c) 

ir-rimi jew l-irkupru ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati, jekk ikunu skart, bil-koinċinerazzjoni, barra l-istabbilimenti jew l-impjanti li jkollhom permess li joperaw b’konformità mad-Direttiva 2000/76/KE;

(d) 

l-użu ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati bħala fjuwil għall-kombustjoni;

(e) 

il-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi;

(f) 

il-manifattura ta’ fertilizzanti organiċi u sustanzi li jtejbu l-ħamrija;

(g) 

it-trasformazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u/jew prodotti derivati f’bijogass jew kompost;

(h) 

it-trattament ta’ prodotti sekondarji tal-annimali wara li jinġabru, permezz ta’ operazzjonijiet bħall-issortjar, il-qtugħ, it-tkessiħ, l-iffriżar, it-tmelliħ, it-tneħħija tal-ġlud jew ta’ materjal ta’ riskju speċifiku;

(i) 

il-ħżin ta’ prodotti sekondarji tal-annimali;

(j) 

il-ħżin ta’ prodotti derivati intiżi biex;

(i) 

jintremew fil-landfills jew jinqerdu bl-inċinerazzjoni jew li jkunu intiżi biex jiġu rkuprati jew jinqerdu bil-koinċinerazzjoni;

(ii) 

jintużaw bħala fjuwil għall-kombustjoni;

(iii) 

jintużaw bħala għalf, barra minn stabbilimenti jew impjanti approvati jew reġistrati b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 183/2005;

(iv) 

jintużaw bħala fertilizzanti organiċi u sustanzi li jtejbu l-ħamrija, barra mill-ħżin f’post ta’ applikazzjoni diretta.

2.  

L-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika jekk l-istabbiliment jew l-impjant huwiex approvat għal operazzjonijiet bi prodotti sekondarji tal-annimali u/jew prodotti derivati ta’:

(a) 

kategorija partikolari msemmija fl-Artikoli 8, 9 jew 10; jew

(b) 

aktar minn kategorija waħda msemmija fl-Artikoli 8, 9 jew 10 u turi jekk dawn l-operazzjonijiet jitwettqux:

(i) 

b’mod permanenti skont kondizzjonijiet ta’ firda stretta li jilqgħu minn qabel kontra xi riskji għas-saħħa tal-pubbliku u dik tal-annimali; jew

(ii) 

b’mod temporanju skont kondizzjonijiet li jilqgħu minn qabel kontra t-tniġġis, bi tweġiba għan-nuqqas ta’ kapaċità għal prodotti bħal dawn li tkun ġejja minn:

— 
tifqigħa mxerrda ta’ marda epiżootika, jew
— 
ċirkustanzi oħra mhux tas-soltu u mhux imbassra.

Artikolu 25

Rekwiżiti ta’ iġjene ġenerali

1.  

L-operaturi għandhom jiżguraw li l-istabbilimenti jew l-impjanti fil-kontroll tagħhom li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 24(1)(a) u (h):

(a) 

ikunu mibnija b’mod li jkunu jistgħu jitnaddfu u jiġu diżinfettati b’mod effikaċi u, fejn ikun xieraq, il-kostruzzjoni tal-art tiffaċilita d-drenaġġ tal-likwidi;

(b) 

ikollhom aċċess għal faċilitajiet adegwati għall-iġjene personali, bħal tojlits, kmamar fejn wieħed ibiddel u friskaturi għall-persunal;

(c) 

ikollhom arranġamenti xierqa għall-protezzjoni kontra ħlejjaq li jagħmlu l-ħsara, bħal ma huma insetti, annimali gerriema u għasafar;

(d) 

iżommu l-apparat u t-tagħmir f’kondizzjoni tajba u jiżguraw li t-tagħmir tal-kejl jiġi kkalibrat regolarment; u

(e) 

ikollhom arranġamenti xierqa għat-tindif u għad-diżinfettar tal-kontejners u l-vetturi fil-post biex jiġi evitat ir-riskju ta’ kontaminazzjoni;

2.  

Kull persuna li taħdem fl-istabbilimenti jew fl-impjanti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun liebsa lbies xieraq, nadif u, fejn ikun meħtieġ, protettiv.

Fejn ikun il-każ, fi stabbilimenti jew impjanti partikolari:

(a) 

persuni li jaħdmu fil-partijiet li ma jkunux nodfa m’għandhomx jidħlu fil-partijiet nodfa qabel ma jkunu biddlu l-ħwejjeġ tax-xogħol u ż-żraben tagħhom jew qabel ma jkunu ddiżinfettawhom;

(b) 

it-tagħmir u l-makkinarju m’għandux jittieħed mill-parti mhux nadifa għall-parti nadifa jekk ma jitnaddafx jew jiġi ddiżinfettat qabel; kif ukoll

(c) 

l-operatur għandu jistabbilixxi proċedura fir-rigward taċ-ċaqliq tal-persuni sabiex il-moviment tagħhom jiġi kkontrollat u biex jiġi spjegat l-użu tajjeb ta’ banjijiet għall-ħasil tal-bwiez u tar-roti.

3.  

Fl-istabbilimenti jew fl-impjanti li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 24(1)(a):

(a) 

il-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom jiġu ttrattati b’mod li jiġi evitat ir-riskju tal-kontaminazzjoni;

(b) 

il-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom jiġu pproċessati mill-aktar fis. Wara l-ipproċessar, il-prodotti derivati għandhom jiġu ttrattati u maħżuna b’mod li jiġi evitat ir-riskju tal-kontaminazzjoni;

(c) 

fejn ikun xieraq, waqt l-ipproċessar applikat għall-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati, kull parti tal-prodott sekondarju tal-annimali u tal-prodotti derivati għandha tiġi ttrattata b’temperatura stabbilita għal perjodu ta’ żmien biex jiġi evitat ir-riskju tal-kontaminazzjoni;

(d) 

l-operaturi għandhom jiċċekkjaw regolarment il-parametri applikabbli, b’mod partikolari t-temperatura, il-pressa, il-ħin, id-daqs tal-partikoli, fejn ikun il-każ b’apparat awtomatiku;

(e) 

għandhom jiġu stabbiliti u dokumentati l-proċeduri ta’ tindif għall-partijiet kollha tal-istabbiliment jew l-impjant.

Artikolu 26

It-trattament ta’ prodotti sekondarji tal-annimali fi stabbilimenti tal-ikel

1.  
It-trattament, l-ipproċessar jew il-ħżin ta’ prodotti sekondarji tal-annimali fi stabbilimenti approvati jew reġistrati b’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jew b’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 għandhom isiru bil-kondizzjonijiet li tiġi evitata t-transkontaminazzjoni u, skont il-każ, f’parti dedikata tal-istabbiliment jew tal-impjant.
2.  
Materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kolaġen li ma tkunx intiża għall-konsum tal-bniedem tista’ tinħażen, tiġi ttrattata jew ipproċessata fl-istabbilimenti awtorizzati b’mod speċifiku b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 853/2004, Anness III, Taqsima XIV, Kapitolu I, punt 5, u Taqsima XV, Kapitolu I, punt 5, sakemm jiġi evitat ir-riskju li jittieħed xi mard billi din il-materja prima tinfired mill-materja prima għall-produzzjoni tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali.
3.  
Il-paragrafi 1 u 2 japplikaw bla ħsara għal rekwiżiti aktar speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni veterinarja Komunitarja.

Artikolu 27

Miżuri ta’ implimentazzjoni

Għandhom jiġu stabbiliti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ din it-Taqsima u tat-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu, marbuta ma’ dan li ġej:

(a) 

rekwiżiti ta’ infrastruttura u tagħmir applikabbli fl-istabbilimenti jew fl-impjanti;

(b) 

rekwiżiti tal-iġjene applikabbli għal kull xorta ta’ trattament ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati, fosthom miżuri li jimmodifikaw ir-rekwiżiti tal-iġjene għall-istabbilimenti jew impjanti msemmija fl-Artikolu 25(1);

(c) 

kondizzjonijiet u rekwiżiti tekniċi għall-immaneġġjar, it-trattament, it-trasformazzjoni, l-ipproċessar u l-ħżin ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati u kondizzjonijiet għat-trattament tal-ilma tad-dranaġġ;

(d) 

evidenza li għandha tiġi ppreżentata mill-operatur għall-iskop ta’ validazzjoni tat-trattament, it-trasformazzjoni u l-ipproċessar tal-prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati, rigward il-kapaċità tagħhom li jevitaw riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali;

(e) 

kondizzjonijiet għall-immaneġġjar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati ta’ aktar minn kategorija waħda msemmija fl-Artikoli 8, 9 jew 10 fl-istess stabbilimenti jew impjant:

(i) 

fejn dawn l-operazzjonijiet jitwettqu separatament;

(ii) 

fejn dawn l-operazzjonijiet jitwettqu temporanjament f’ċerti ċirkostanzi;

(f) 

kondizzjonijiet biex tiġi evitata t-transkontaminazzjoni meta l-prodotti sekondarji tal-annimali jinħażnu, jiġu trattati jew ipproċessati f’parti għaliha tal-istabbiliment jew l-impjant imsemmija fl-Artikolu 26;

(g) 

parametri ta’ trasformazzjoni standard għall-impjanti tal-bijogass u kompost;

(h) 

ir-rekwiżiti applikabbli għall-inċinerazzjoni jew għall-koinċinerazzjoni f’impjanti ta’ kapaċità kbira u żgħira kif imsemmi fl-Artikolu 24(1)(b) u (c); u

(i) 

ir-rekwiżiti applikabbli għall-kombustjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati kif imsemmi fl-Artikolu 24(1)(d).

Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 52(4).



Taqsima 3

Kontrolli tal-operaturi stess u l-analiżi tal-periklu u l-punti kritiċi ta’ kontroll

Artikolu 28

Kontrolli tal-operaturi stess

L-operaturi għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jibqgħu jagħmlu l-kontrolli tagħhom stess fl-istabbilimenti jew l-impjanti tagħhom biex jivverifikaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament. Għandhom jiżguraw li prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati li jkunu ssuspettati jew misjuba li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament ma joħorġu mill-istabbiliment jew l-impjant, sakemm ma jkunux destinati għar-rimi.

Artikolu 29

L-analiżi tal-periklu u l-punti kritiċi ta’ kontroll

1.  

L-operaturi li jwettqu waħda mill-attivitajiet li ġejjin għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu proċedura jew proċeduri permanenti bil-miktub ibbażati fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-periklu u l-punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP) għal:

(a) 

l-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali;

(b) 

it-trasformazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali f’bijogass u kompost;

(c) 

l-immaneġġjar u l-ħżin ta’ aktar minn kategorija waħda ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati fl-istess stabbiliment jew impjant;

(d) 

il-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi.

2.  

L-operaturi speċifikati fil-paragrafu 1 għandhom b’mod partikolari:

(a) 

jidentifikaw kull periklu li għandu jiġi evitat, eliminat jew imnaqqas għal livelli aċċettabbli;

(b) 

jidentifikaw il-punti kritiċi ta’ kontroll fil-mument jew mumenti li fih jew fihom il-kontroll huwa essenzjali biex ikun evitat jew eliminat periklu jew biex dan jitnaqqas għal livell aċċettabbli;

(c) 

jistabbilixxu limiti kritiċi f’punti kritiċi ta’ kontroll li jisseparaw dak li hu aċċettabbli minn dak li mhux aċċettabbli għall-prevenzjoni, l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis ta’ perikli identifikati;

(d) 

jistabbilixxu u jimplimentaw proċeduri effikaċi ta’ sorveljanza fil-punti kritiċi ta’ kontroll;

(e) 

jistabbilixxu azzjonijiet korrettivi f’każ li s-sorveljanza turi li punt kritiku ta’ kontroll ma jkunx ikkontrollat;

(f) 

jistabbilixxu proċeduri biex jivverifikaw jekk il-miżuri msemmija fil-punti (a) sa (e) humiex kompleti u jaħdmux b’mod effikaċi. Għandhom isiru proċeduri ta’ verifika regolarment;

(g) 

jistabbilixxu dokumenti u reġistri proporzjonati għan-natura u d-daqs tan-negozji biex juru l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri stipulati fil-punti (a) sa (f).

3.  
Meta ssir xi modifika fil-prodott, fil-proċess, jew fi kwalunkwe fażi tal-produzzjoni, tal-ipproċessar, tal-ħżin jew tad-distribuzzjoni, l-operaturi għandhom jirrivedu l-proċeduri u jagħmlu l-bidliet li jkunu meħtieġa.
4.  
Jistgħu jiġu adottati miżuri li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 52(3).

Artikolu 30

Gwidi nazzjonali għal prattika tajba

1.  
Fejn meħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp, it-tixrid u l-użu volontarju ta’ gwidi nazzjonali għal prattika tajba, b’mod partikolari għall-applikazzjoni tal-prinċipji tal-HACCP, kif imsemmi fl-Artikolu 29. L-operaturi jistgħu jużaw dawn il-gwidi volontarjament.
2.  

L-awtorità kompetenti għandha tevalwa l-gwidi nazzjonali sabiex tiżgura:

(a) 

li jkunu ġew żviluppati b’konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-partijiet li l-interessi tagħhom jistgħu jintlaqtu b’mod sostanzjali, u li jkunu nxterdu mis-setturi tal-operaturi; kif ukoll

(b) 

li l-kontenuti tagħhom ikunu prattiċi għas-setturi li jirriferu għalihom.



KAPITOLU II

Tqegħid fis-suq



Taqsima 1

Prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati għat-tagħlif ta’ annimali fl-irziezet minbarra annimali bil-pil

Artikolu 31

Tqegħid fis-suq

1.  

Prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati destinati għat-tagħlif ta’ annimali fl-irziezet, minbarra annimali bil-pil, jistgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm:

(a) 

ikunu jew ikunu ġejjin minn materjal tal-Kategorija 3 ħlief materjal imsemmi fl-Artikolu 10(n), (o) u (p);

(b) 

ikunu nġabru jew ġew ipproċessati, kif xieraq, skont il-kondizzjonijiet għall-isterilizzazzjoni bil-pressa jew kondizzjonijiet oħrajn biex jiġu pprevenuti riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali b’konformità mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 15 umiżuri li ġew stipulati b’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu; kif ukoll

(c) 

ikunu ġejjin minn stabbilimenti jew impjanti approvati jew reġistrati, kif xieraq għall-prodott sekondarju tal-annimali jew prodott derivat ikkonċernat.

2.  

Miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu stabbiliti rigward il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-pubbliku jew tal-annimali għall-ġbir, l-ipproċessar u t-trattament ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati msemmija fil-paragrafu 1.

Dawn il-miżuri, mfasslamfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).



Taqsima 2

Fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija

Artikolu 32

Tqegħid fis-suq u użu

1.  

Fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm:

(a) 

ikunu ġejjin minn materjal tal-Kategorija 2 jew tal-Kategorija 3;

(b) 

ikunu ġew prodotti skont il-kondizzjonijiet għall-isterilizzazzjoni bil-pressa jew kondizzjonijiet oħrajn biex jiġu pprevenuti riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali, b’konformità mar-rekwiżiti stipulati skont l-Artikolu 15 u miżuri li ġew stipulati b’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu;

(c) 

ikunu ġejjin minn stabbilimenti jew impjanti approvati jew reġistrati, kif applikabbli; u

(d) 

fil-każ ta’ ikel mil-laħam u l-għadam imfarrak li jkunu ġejjin minn materjal tal-Kategorija 2 u proteini pproċessati tal-annimali intiżi biex jintużaw bħala fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija jew fil-fertilizzanti, ikunu tħalltu b’komponent li jeskludi l-użu sussegwenti tat-taħlita għal finijiet ta’ tagħlif u ġew immarkati meta jkun meħtieġ mill-miżuri adottati taħt il-paragrafu 3.

Addizzjonalment, ir-residwi diġestivi mit-trasformazzjoni f’bijogass jew f’kompost jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jiġu użati bħala fertilizzanti organiċi jew bħala prodotti li jtejbu l-ħamrija.

L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu regoli nazzjonali li jirrestrinġu jew jimponu kondizzjonjiet addizzjonali fuq l-użu ta’ fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija, sakemm regoli bħal dawn ikunu ġustifikati għal raġunijiet ta’ ħarsien tas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali.

2.  
B’deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 1, it-taħlit m’għandux ikun meħtieġ għal materjal li l-użu tiegħu għall-finijiet ta’ tagħlif ikun eskluż minħabba l-kompożizzjoni jew l-imballaġġ tiegħu.
3.  

Jistgħu jiġu stipulati miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu marbuta ma’ dan li ġej:

(a) 

kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-pubbliku u tal-annimali għall-produzzjoni u l-użu ta’ fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija;

(b) 

komponenti jew sustanzi għall-immarkar ta’ fertilizzanti jew prodotti li jtejbu l-ħamrija;

(c) 

komponenti li jridu jitħalltu ma’ fertilizzanti organiċi jew prodotti li jtejbu l-ħamrija;

(d) 

kondizzjonijiet supplimentari, bħall-metodi li jridu jintużaw għall-immarkar u l-proporzjonijiet minimi li jridu jiġu osservati fit-tħejjija tat-taħlita, sabiex jiġi eskluż l-użu ta’ fertilizzanti jew prodotti li jtejbu l-ħamrija bħal dawn għal finijiet ta’ tagħlif; u

(e) 

każijiet fejn il-kompożizzjoni jew l-imballaġġ jippermettu lill-materjal li jiġi eżentat mir-rekwiżit tat-taħlit.

Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(4).



Taqsima 3

Prodotti derivati regolati minn leġiżlazzjoni komunitarja oħra

Artikolu 33

Tqegħid fis-suq

L-operaturi jistgħu jqiegħdu fis-suq il-prodotti derivati li ġejjin:

(a) 

prodotti kożmetiċi kif iddefiniti fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 76/768/KEE;

(b) 

tagħmir mediku attiv li jiġi impjantat kif iddefinit fl-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 90/385/KEE;

(c) 

tagħmir mediku kif iddefinit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/42/KEE;

(d) 

tagħmir in vitro mediku ta’ dijanjożi kif iddefinit fl-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 98/79/KE;

(e) 

prodotti mediċinali veterinarji kif iddefiniti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/82/KE;

(f) 

prodotti mediċinali kif iddefiniti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/83/KE.

Artikolu 34

Manifattura

1.  

L-importazzjoni, il-ġbir u l-moviment ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati destinati għall-istabbilimenti jew l-impjanti għall-manifattura tal-prodotti derivati msemmija fl-Artikolu 33 u l-manifattura ta’ dawk il-prodotti derivati għandhom jitwettqu skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja msemmija f’dak l-Artikolu.

Materjal li ma ntużax minn dawn l-istabbilimenti jew impjanti għandu jintrema skont dik il-leġiżlazzjoni.

2.  
Madankollu, dan ir-Regolament għandu japplika fejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja msemmija fl-Artikolu 33 ma tistipulax kondizzjonijiet li jikkontrollaw riskji potenzjali għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali skont l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.



Taqsima 4

Prodotti derivati oħrajn

Artikolu 35

It-tqegħid fis-suq tal-ikel tal-annimali domestiċi

L-operaturi jistgħu jqiegħdu fis-suq ikel għall-annimali domestiċi sakemm:

(a) 

il-prodotti jkunu ġejjin:

(i) 

minn materjal tal-Kategorija 3, hlief materjal imsemmi fl-Artikolu 10(n), (o) u (p);

(ii) 

fil-każ ta’ ikel għall-annimali domestiċi li jkun ġie impurtat jew ta’ ikel għall-annimali domestiċi magħmul minn materjal impurtat, mill-materjal tal-Kategorija 1 imsemmi fl-Artikolu 8(c), suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati skont il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 40; jew

(iii) 

fil-każ ta’ ikel nej għall-annimali domestiċi, minn materjal imsemmi fl-Artikolu 10(a) u (b)(i) u (ii); u

(b) 

jiżguraw il-kontroll ta’ riskji lis-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali bi trattament sikur b’konformità mal-Artikolu 38, fejn is-sorsi sikuri skont l-Artikolu 37 ma jiżgurawx kontroll suffiċjenti.

Artikolu 36

It-tqegħid fis-suq ta’ prodotti derivati oħrajn

L-operaturi jistgħu jqiegħdu fis-suq prodotti derivati, ħlief il-prodotti msemmija fl-Artikoli 31, 32, 33 u 35, sakemm:

(a) 

dawk il-prodotti:

(i) 

ma jkunux maħsuba għal użu għat-tagħlif ta’ annimali fl-irziezet jew għall-applikazzjoni fuq art minn fejn se jieklu dawn l-annimali; jew

(ii) 

ikunu maħsuba għal tagħlif għall-annimali tal-pil; u

(b) 

jiżguraw il-kontroll ta’ riskji lis-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali billi:

(i) 

jintużaw sorsi sikuri b’konformità mal-Artikolu 37;

(ii) 

ikun hemm trattament sikur skont l-Artikolu 38, meta l-użu ta’ sorsi sikuri ma jiżgurax kontroll suffiċjenti; jew

(iii) 

jiġi vverifikat li l-prodotti jintużaw biss għal użi finali sikuri skont l-Artikolu 39 meta trattament sikur ma jiżgurax kontroll suffiċjenti.

Artikolu 37

Użu ta’ sorsi sikuri

1.  

L-użu ta’ sorsi sikuri għandu jinkludi l-użu ta’ materjal:

(a) 

li ma joħloq l-ebda riskju inaċċettabbli lis-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali;

(b) 

li jkun inġabar u nġarr mill-punt tal-ġbir għall-istabbiliment jew l-impjant tal-manifattura skont kondizzjonijiet li jeskludu riskji lis-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali; jew

(c) 

li jkun ġie importat fil-Komunità u nġarr mill-punt tal-ewwel dħul għall-istabbiliment jew l-impjant tal-manifattura skont kondizzjonijiet li jeskludu riskji lis-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali;

2.  

Għall-fini ta’ użu ta’ sorsi sikuri, l-operaturi għandhom jipprovdu d-dokumentazzjoni tar-rekwiżiti tal-paragrafu 1, inkluż, fejn hemm bżonn, prova tas-sigurtà tal-miżuri ta’ bijosikurezza meħuda sabiex jeskludu l-ħolqien ta’ riskji lis-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali mill-materjal tal-bidu.

Dokumentazzjoni bħal din għandha tinżamm disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti malli jitolbuha.

Fil-każ imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, il-konsenji għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi għal mudell adottat b’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 52(3).

Artikolu 38

Trattament sikur

Trattament sikur għandu jinkludi applikazzjoni ta’ proċess ta’ manifattura għall-materjal użat li jnaqqas għal livell aċċettabbli r-riskji lis-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali li jinħolqu mill-materjal użat jew minn sustanzi oħrajn li jirriżultaw mill-proċess ta’ manifattura.

Għandu jkun żgurat li l-prodott derivat ma joħloq l-ebda riskju inaċċettabbli lis-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali, b’mod partikolari permezz tal-ittestjar tal-prodott finali.

Artikolu 39

Użi finali sikuri

Użi finali sikuri għandhom jinkludu l-użu ta’ prodotti derivati:

(a) 

skont kondizzjonijiet li ma joħolqu l-ebda riskju inaċċettabbli lis-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali; jew

(b) 

li jistgħu joħolqu riskju lis-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali, għal finijiet speċifiċi sakemm użu bħal dan ikun iġġustifikat mill-għanijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, b’mod partikolari għall-ħarsien tas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali.

Artikolu 40

Miżuri ta’ implimentazzjoni

Jistgħu jiġu stipulati miżuri għall-implimentazzjoni ta’ din it-Taqsima marbuta ma’ dan li ġej:

(a) 

kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel għall-annimali domestiċi li jkun ġie impurtat jew ta’ ikel għall-annimali domestiċi magħmul minn materjal impurtat, mill-materjal tal-Kategorija 1 imsemmi fl-Artikolu 8(c);

(b) 

kondizzjonijiet għall-użu sikur tas-sorsi u l-moviment tal-materjal li jrid jintuża skont kondizzjonijiet li jeskludu r-riskji fuq is-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali;

(c) 

dokumentazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 37(2);

(d) 

parametri għall-proċess ta’ manifattura kif imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 38, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ trattamenti fiżiċi u kimiċi għall-materjal użat;

(e) 

rekwiżiti għall-ittestjar applikabbli għall-prodott finali; u

(f) 

kondizzjonijiet għall-użu sikur ta’ prodotti derivati li joħolqu riskju lis-saħħa tal-pubbliku jew tal-annimali.

Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).



KAPITOLU III

Importazzjoni, transitu u esportazzjoni

Artikolu 41

Importazzjoni u transitu

1.  

Prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati għandhom ikunu importati fil-Komunità, jew mibgħuta fi transitu permezz tagħha, skont:

(a) 

ir-rekwiżiti rilevanti ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu għall-prodott sekondarju tal-annimali partikolari jew prodott derivat li huma tal-inqas stretti daqs dawk applikabbli għall-produzzjoni jew it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati bħal dawn fi ħdan il-Komunità;

(b) 

kondizzjonijiet rikonoxxuti bħala tal-inqas ekwivalenti għar-rekwiżiti applikabbli għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati bħal dawn skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja; jew

(c) 

fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati msemmija fl-Artikoli 33, 35 u 36, ir-rekwiżiti stabbiliti f’dawk l-Artikoli.

Il-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).

2.  

B’deroga mill-paragrafu 1, l-importazzjoni u t-transitu ta’:

(a) 

materjal ta’ riskju speċifikat għandu jseħħ biss b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(b) 

prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati mħalltin jew kontaminati bi kwalunkwe skart elenkat bħala perikoluż fid-Deċiżjoni 2000/532/KE għandu jseħħ biss suġġett għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006;

(c) 

materjal tal-Kategorija 1, materjal tal-Kategorija 2 u prodotti derivati minnhom li mhumiex maħsuba għall-manifattura ta’ prodotti derivati msemmija fl-Artikoli 33, 35 u 36 għandu jseħħ biss jekk ikunu ġew adottati r-regoli għall-importazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 42(2)(a);

(d) 

prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati destinati għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1) għandhom iseħħu skont il-miżuri nazzjonali li jiżguraw il-kontroll ta’ riskji għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali, sakemm jiġu adottati l-kondizzjonijiet armonizzati msemmija fl-Artikolu 17(2).

3.  

Fil-każ ta’ importazzjoni u transitu ta’ materjal tal-Kategorija 3 u prodotti derivati minnhom, ir-rekwiżiti rilevanti kif imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom ikunu stabbiliti.

Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jispeċifikaw li l-konsenji:

(a) 

iridu jiġu minn pajjiż terz jew parti minn pajjiż terz elenkat taħt il-paragrafu 4;

(b) 

iridu jiġu minn stabbilimenti jew impjanti approvati jew reġistrati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tal-oriġini u elenkati minn dik l-awtorità għal dik il-fini; u

(c) 

iridu jkunu akkumpanjati f’dak il-punt tad-dħul fil-Komunità fejn il-kontrolli veterinarji jsiru permezz tad-dokumentazzjoni bħal dokument kummerċjali jew ċertifikat tas-saħħa u fejn ikun xieraq permezz ta’ dikjarazzjoni, li tikkorrispondi għal mudell stabbilit skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(2).

Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).

Sa meta r-rekwiżiti msemmija fil-punti (a) u (c) tat-tieni subparagrafu jiġu adottati, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw dawk ir-rekwiżiti f’miżuri nazzjonali.

4.  

Listi ta’ pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi minn fejn jistgħu jiġu importati prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati jistgħu jkunu importati jew fi transitu mill-Komunità skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 52(3), filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu:

(a) 

il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz;

(b) 

l-organizzazzjoni tal-awtorità kompetenti u s-servizzi tal-ispezzjoni tagħha fil-pajjiż terz, il-poteri ta’ dawk is-servizzi, is-sorveljanza li għaliha huma suġġetti, u l-awtorità tagħhom li jimmonitorjaw effettivament l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tagħhom;

(c) 

il-kondizzjonijiet tas-saħħa effettivi applikati għall-produzzjoni, manifattura, immaniġġar, ħażna u dispaċċ ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-Komunità;

(d) 

l-assigurazzjonijiet li l-pajjiż terz jista’ jagħti rigward konformità mal-kondizzjonijiet tas-saħħa rilevanti;

(e) 

l-esperjenza ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mill-pajjiż terz u r-riżultati ta’ kontrolli ta’ importazzjonijiet imwettqa;

(f) 

ir-riżultat ta’ ispezzjonijiet Komunitarji fil-pajjiż terz;

(g) 

l-istat tas-saħħa tal-bhejjem ħajjin, annimali domestiċi u selvaġġi fil-pajjiż terz, b’kunsiderazzjoni partikolari għal mard eżotiku tal-annimali u aspetti tas-sitwazzjoni ġenerali tas-saħħa fil-pajjiż li jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa tal-pubbliku jew tal-annimali fil-Komunità;

(h) 

ir-regolarità u l-ħeffa li biha l-pajjiż terz iforni t-tagħrif dwar l-eżistenza ta’ mard tal-annimali infettuż fit-territorju tiegħu, b’mod partikolari l-mard elenkat fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri u l-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tal-Annimali;

(i) 

ir-regolamenti dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard tal-annimali infettuż fis-seħħ fil-pajjiż terz u l-implimentazzjoni tagħhom, inklużi regoli dwar importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn.

Il-listi ta’ stabbilimenti jew impjanti msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 għandhom jinżammu aġġornati u komunikati lill-Kummissjoni u l-Istati Membri u jkunu disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 42

Miżuri ta’ implimentazzjoni

1.  
Għandhom jiġu adottati miżuri għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 41 li jistgħu jeskludu prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati manifatturati f’ċerti stabbilimenti jew impjanti milli jiġu impurtati jew milli jgħaddu bi transitu sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-pubbliku jew tal-annimali, b’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 52(3).
2.  

Għandhom jiġu stabbiliti miżuri oħra għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 41, marbuta ma’ dan li ġej:

(a) 

kondizzjonijiet għall-importazzjoni u t-transitu ta’ materjali tal-Kategorija 1 u Kategorija 2 u għal prodotti derivati minnhom;

(b) 

restrizzjonijiet rigward is-saħħa tal-pubbliku jew tal-annimali applikabbli għal materjal tal-Kategorija 3 jew prodotti derivati minnhom li jistgħu jkunu stipulati b’referenza għal listi Komunitarji ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi mfassla skont l-Artikolu 41(4) jew għal finijiet oħrajn ta’ saħħa tal-pubbliku jew tal-annimali;

(c) 

kondizzjonijiet għall-manifattura ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati fi stabbilimenti jew impjanti f’pajjiżi terzi; kondizzjonijiet bħal dawn jistgħu jinkludu l-arranġamenti għall-kontrolli ta’ stabbilimenti jew impjanti bħal dawn mill-awtorità kompetenti kkonċernata u jistgħu jeżentaw ċerti tipi ta’ stabbilimenti jew impjanti li jimmaniġġaw il-prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati minn approvazzjoni jew reġistrazzjoni kif imsemmi fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 41(3); u

(d) 

mudelli għaċ-ċertifikati tas-saħħa, għad-dokumenti u d-dikjarazzjonijiet kummerċjali li għandhom jakkumpanjaw il-konsenji, u li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li bihom jistgħu jistqarru li l-prodotti sekondarji tal-annimali jew il-prodotti derivati kkonċernati nġabru jew ġew manifatturati skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).

Artikolu 43

Esportazzjoni

1.  
L-esportazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati destinati għall-inċinerazzjoni jew għal-landfill għandha tkun ipprojbita.
2.  
L-esportazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati għal pajjiżi terzi li mhumiex membri tal-OECD għall-użu f’impjant tal-bijogass jew kompost għandha tkun ipprojbita.
3.  

Materjal tal-Kategorija 1, materjal tal-Kategorija 2 u prodotti derivati minnhom għandhom ikunu esportati biss għal finijiet li mhumiex dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 bil-kondizzjoni li r-regoli għall-esportazzjoni tagħhom ikunu ġew stabbiliti.

Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).

4.  
L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jikkonċerna ikel u għalf esportat mill-Komunità għandu japplika mutatis mutandis għall-esportazzjoni ta’ materjal tal-Kategorija 3 jew prodotti derivati minnhom b’konformità ma’ dan ir-Regolament.
5.  

B’deroga mill-paragrafi 3 u 4, l-esportazzjoni ta’:

(a) 

materjal ta’ riskju speċifikat għandu jseħħ biss b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(b) 

prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati mħalltin jew kontaminati bi kwalunkwe skart elenkat bħala perikoluż fid-Deċiżjoni 2000/532/KE għandu jseħħ biss suġġett għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006.



TITOLU III

KONTROLLI UFFIĊJALI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI



KAPITOLU I

Kontrolli uffiċjali

Artikolu 44

Proċedura għall-approvazzjoni

1.  
L-awtorità kompetenti għandha tapprova stabbilimenti jew impjanti biss wara li żjara fuq il-post, qabel il-bidu ta’ kwalunkwe attività, tkun uriet li jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti stabbiliti b’konformità mal-Artikolu 27.
2.  
L-awtorità kompetenti tista’ tagħti l-approvazzjoni bil-kondizzjoni li jkun jidher li, wara ż-żjara fuq il-post, l-istabbilment jew l-impjant ikun jissodisfa r-rekwiżiti kollha fir-rigward tal-infrastruttura u t-tagħmir sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni tal-proċeduri operattivi b’konformità ma’ dan ir-Regolament. L-approvazzjoni sħiħa għandha tingħata biss jekk ikun jidher li, wara li tkun saret żjara oħra fuq il-post fi żmien tliet xhur wara l-għoti tal-approvazzjoni bil-kondizzjoni msemmija qabel, l-istabbilment jew l-impjant ikun jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra msemmija fil-paragrafu 1. Jekk ikun sar progress biċ-ċar, iżda l-istabbiliment jew l-impjant ikun għadu ma ssodisfax dawn ir-rekwiżiti kollha, l-awtorità kompetenti tista’ ttawwal l-approvazzjoni b’kondizzjoni. Madankollu, l-approvazzjoni b’kondizzjoni m’għandhiex taqbeż is-sitt xhur.
3.  
L-operaturi għandhom jiggarantixxu li stabbiliment jew impjant ma jibqax jopera jekk l-awtorità kompetenti tirtira l-approvazzjoni tagħha jew, fil-każ ta’ approvazzjoni b’kondizzjoni, tonqos li testendiha jew tagħti l-approvazzjoni sħiħa.

▼M3 —————

▼B

Artikolu 46

Sospensjonijiet, irtiri u projbizzjonijiet fuq l-operazzjonijiet

1.  

Jekk il-kontrolli u s-superviżjoni uffiċjali mwettqa mill-awtorità kompetenti jiżvelaw li wieħed jew aktar mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament mhumiex sodisfatti, hija għandha tieħu azzjoni xierqa.

L-awtorità kompetenti għandha b’mod partikolari, skont il-każ tan-natura u l-gravità tad-defiċjenzi u skont ir-riskji potenzjali għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali:

(a) 

tissospendi l-approvazzjonijiet ta’ stabbilimenti jew impjanti approvati skont dan ir-Regolament, jekk:

(i) 

il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni jew l-operazzjoni tal-istabbiliment jew impjant ma baqgħux jiġu sodisfatti;

(ii) 

l-operatur jista’ jkun mistenni jirrimedja d-defiċjenzi f’perjodu ta’ żmien raġonevoli; u

(iii) 

ir-riskji potenzjali għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali ma jirrikjedux azzjoni skont il-punt (b);

(b) 

tirtira l-approvazzjonijiet ta’ stabbilimenti jew impjanti approvati skont dan ir-Regolament, jekk:

(i) 

il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni jew l-operazzjoni tal-istabbiliment jew impjant ma baqgħux jiġu sodisfatti; u

(ii) 

l-operatur ma jistax ikun mistenni jirrimedja d-defiċjenzi f’perjodu ta’ żmien raġonevoli;

— 
għal raġunijiet marbuta mal-infrastruttura tal-istabbiliment jew l-impjant;
— 
għal raġunijiet relatati mal-kapaċità personali tal-operatur jew il-persunal taħt is-superviżjoni tiegħu, jew
— 
minħabba riskji serji lis-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali li tirrikjedi aġġustamenti kbar għall-operazzjoni tal-istabbiliment jew impjant qabel ma l-operatur ikun jista’ japplika għal approvazzjoni mill-ġdid;
(c) 

timponi kondizzjonijiet speċifiċi fuq stabbilimenti jew impjanti sabiex jissewwew defiċjenzi eżistenti.

2.  

L-awtorità kompetenti għandha, skont il-każ tan-natura u l-gravità tad-defiċjenzi u skont ir-riskji potenzjali għas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali, tipprojbixxi temporanjament jew permanentement operaturi msemmija fl-Artikolu 23(1) u (3) u fl-Artikolu 24(1), milli jwettqu operazzjonijiet skont dan ir-Regolament, kif xieraq, wara r-riċezzjoni ta’ tagħrif li jindika:

(a) 

li r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja mhumiex sodisfatti; u

(b) 

riskji potenzjali għas-saħħa tal-pubbliku jew tal-annimali li jiġu minn operazzjonijiet bħal dawn.

Artikolu 47

Listi

1.  

Kull Stat Membru għandu jfassal lista ta’ stabbilimenti, impjanti u operaturi li ġew approvati jew reġistrati skont dan ir-Regolament fi ħdan it-territorju tiegħu.

Huwa għandu jassenja numru uffiċjali lil kull stabbiliment, impjant jew operatur approvat jew reġistrat, li jidentifika l-istabbiliment, l-impjant jew l-operatur fir-rigward tan-natura tal-attivitajiet tiegħu.

L-Istati Membri għandhom jindikaw, jekk ikun applikabbli, numru uffiċjali li ngħata lill-istabbiliment, impjant jew operatur skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-listi ta’ stabbilimenti, impjanti u operaturi approvati jew reġistrati disponibbli għall-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħrajn.

L-Istati Membri għandhom iżommu l-listi ta’ stabbilimenti, impjanti u operaturi approvati jewreġistrati aġġornati u jagħmluhom disponibbli għal Stati Membri oħrajn u għall-pubbliku.

2.  

Jistgħu jiġu stipulati miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 52(3), b’mod partikolari dwar:

(a) 

il-format għal-listi msemmija fil-paragrafu 1; u

(b) 

il-proċedura biex il-listi msemmija fil-paragrafu 1 isiru disponibbli.

Artikolu 48

Kontrolli għad-dispaċċ lejn Stati Membri oħrajn

1.  

Meta operatur ikun bi ħsiebu jibgħat materjal tal-Kategorija 1, materjal tal-Kategorija 2 u ikel ta’ laħam u għadam jew xaħam tal-annimali li jkun ġej minn materjali tal-Kategorija 1 u Kategorija 2 lejn Stat Membru ieħor, għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandu jiddeċiedi mal-applikazzjoni mill-operatur, f’perjodu speċifiku ta’ żmien:

(a) 

li jirrifjuta l-wasla tal-konsenja;

(b) 

li jaċċetta l-konsenja bla kondizzjoni; jew

(c) 

li jirrikonoxxi r-riċezzjoni tal-konsenja tkun suġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

jekk il-prodotti derivati ma jkunux għaddew minn sterilizzazzjoni bil-pressa, ikollhom jgħaddu minn dan it-trattament; jew

(ii) 

il-prodotti sekondarji tal-annimali jew il-prodotti derivati jridu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet għad-dispaċċ tal-konsenja li jkunu ġġustifikati għall-ħarsien tas-saħħa pubblika u tal-annimali sabiex jiġi żgurat li l-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati jkunu maniġġati b’konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.  
Għandhom jiġu adottati formati għall-applikazzjonijiet minn operaturi msemmija fil-paragrafu 1 b’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 52(3).
3.  

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, permezz tas-sistema Traces b’konformità mad-Deċiżjoni 2004/292/KE, tad-dispaċċ ta’ kull konsenja mibgħuta lill-Istat Membru tad-destinazzjoni, ta’

(a) 

prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati msemmija fil-paragrafu 1;

(b) 

proteini tal-annimali pproċessati ġejjin minn materjal tal-Kategorija 3.

Meta tiġi infurmata bid-dispaċċ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini bil-wasla ta’ kull konsenja permezz tas-sistema Traces.

4.  
Il-materjali tal-Kategorija 1 u Kategorija 2, ikel ta’ laħam u għadam u xaħam tal-annimali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu trasportati direttament lejn lill-impjant ta’ destinazzjoni, li kellu jkun reġistrat jew approvat skont l-Artikoli 23, 24 u 44 jew, fil-każ ta’ demel, lir-razzett ta’ destinazzjoni.
5.  

Meta prodotti sekondarji jew prodotti derivati jintbagħtu lil Stati Membri oħrajn permezz tat-territorju ta’ pajjiż terz, huma għandhom jintbagħtu b’konsinja li ġew issiġillati fl-Istat Membru tal-oriġini u għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa.

Il-konsenji ssiġillati għandhom jerġgħu jidħlu fil-Komunità biss permezz ta’ post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera, b’konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/662/KEE.

6.  
Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 sa 5, il-prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati msemmija fihom li tħalltu jew ġew ikkontaminati ma’ kwalunkwe skart elenkat bħala perikoluż fid-Deċiżjoni 2000/532/KE għandhom jintbagħtu lejn Stati Membri oħrajn suġġetti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006.
7.  

Għandhom jiġu adottati miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu marbuta ma’ dan li ġej:

(a) 

perjodu ta’ żmien speċifiku għad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti kif imsemmi fil-paragrafu 1;

(b) 

kondizzjonijiet supplimentari għad-dispaċċ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati msemmija fil-paragrafu 4;

(c) 

mudelli għaċ-ċertifikati tas-saħħa li jridu jakkumpanjaw il-konsenji mibgħuta taħt il-paragrafu 5; u

(d) 

kondizzjonijiet li bihom il-prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati maħsuba biex jintużaw f’wirjiet, attivitajiet artistiċi, u għal skopijiet dijanjostiċi, edukattivi jew ta’ riċerka jistgħu jintbagħtu lil Stati Membri oħra, permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 sa5 ta’ dan l-Artikolu.

Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).

8.  

Il-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu jistgħu jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li bihom, permezz tad-deroga mill-paragrafi 1 sa 4, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu:

(a) 

id-dispaċċ ta’ demel trasportat bejn żewġ postijiet li jinsabu fl-istess razzett jew bejn irziezet li jinsabu f’reġjuni fil-fruntiera ta’ Stati Membri li jaqsmu fruntiera bejniethom;

(b) 

id-dispaċċ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali oħrajn trasportati bejn stabbilimenti jew impjanti li jinsabu f’reġjuni fil-fruntiera ta’ Stati Membri li jaqsmu fruntiera bejniethom; u

(c) 

it-trasport ta’ annimal domestiku mejjet għall-inċinerazzjoni lejn stabbiliment jew impjant li jinsab f’reġjun fil-fruntiera ma’ Stat Membru ieħor li jaqsam fruntiera komuni.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(4).

▼M3 —————

▼B



KAPITOLU VII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 51

Dispożizzjonijiet nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw taħt il-kompetenza tagħhom li tikkonċerna direttament l-implimentazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament.

▼M4

Artikolu 51a

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-15 ta' Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien ta' tul identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal estensjoni bħal din mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
4.  
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 3 ).
5.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
6.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma informaw lill-Kummissjoni li ma kinux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼B

Artikolu 52

Proċedura ta’ kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali stabbilit mill-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.
3.  

Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

4.  
Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
5.  

Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u (5)(b) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

L-iskadenzi stipulati fl-Artikoli 5a(3)(c), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta’ xahrejn, xahar u xahrejn rispettivament.

6.  
Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1), (2), (4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 53

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implementati. Il-penalitajiet stipulati jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet sal-4 ta’ Ġunju 2011 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tkun taffettwahom.

Artikolu 54

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huwa b’dan imħassar b’effett mill-4 ta’ Marzu 2011.

Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b’mod konformi mat-tabella ta’ korrelazzjoni stipulata fl-Anness.

Artikolu 55

Miżura transitorja

L-istabbilimenti, impjanti u utenti approvati jew reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 qabel l-4 ta’ Marzu 2011 għandhom jitqiesu bħala approvati jew reġistrati, kif meħtieġ, skont dan ir-Regolament.

▼M2

Artikolu 56

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-4 ta’ Marzu 2011.

Madankollu, l-Artikolu 4 għandu japplika għall-Majott bħala reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn issa 'l quddiem “il-Majott”), mill-1 ta' Jannar 2021. Il-prodotti sekondarji u l-prodotti derivati mill-annimali ġġenerati fil-Majott qabel l-1 ta’ Jannar 2021 għandhom jintremew f'konformità mal-Artikolu 19(1)(b) ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼B




ANNESS

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI



Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1 u 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3(1)

Artikolu 4(1) u (2)

Artikolu 3(2)

Artikolu 41(3), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 3(3)

Artikolu 4(3), (4) u (5)

Artikolu 4(1)

Artikolu 8

Artikolu 4(2)

Artikoli 12, 15 u 16

Artikolu 4(3)

Artikolu 24(h), (i) u (j)

Artikolu 4(4)

Artikolu 41(2)(c), Artikolu 43(3) u (5)(a)

Artikolu 5(1)

Artikolu 9

Artikolu 5(2)

Artikoli 13, 15 u 16

Artikolu 5(3)

Artikolu 24(h), (i) u (j)

Artikolu 5(4)

Artikolu 41(2)(c) u Artikolu 43(3)

Artikolu 6(1)

Artikolu 10

Artikolu 6(2)

Artikoli 14, 15 u 16

Artikolu 6(3)

Artikolu 24(h), (i) u (j)

Artikolu 7

Artikolu 21

Artikolu 8

Artikolu 48

Artikolu 9

Artikolu 22

Artikoli 10 sa 15, 17 u 18

Artikoli 23, 24, 27 u44

Artikolu 16

Artikolu 6

Artikolu 19

Artikolu 31

Artikolu 20(1)

Artikoli 35 u 36

Artikolu 20(2)

Artikolu 32

Artikolu 20(3)

Artikolu 36

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 11

Artikolu 23

Artikoli 17 u 18

Artikolu 24

Artikolu 19

Artikolu 25

Artikoli 28 u 29

Artikolu 26

Artikoli 45, 46 u 47

Artikolu 27

Artikolu 49

Artikolu 28

Artikolu 35(a)(ii) u Artikolu 41(1)

Artikolu 29

Artikoli 41 u 42

Artikolu 30

Artikoli 41(1)(b)

Artikolu 31

Artikolu 50(1)

Artikolu 32

Artikolu 33

Artikolu 52

Artikolu 34

Artikolu 35

Artikolu 15(2) u Artikolu 51

Artikolu 36

Artikolu 37

Artikolu 54

Artikolu 38

Artikolu 56



( 1 ) Regolament ►C1  (UE) 2017/625 ◄ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) ( ►C1  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1 ◄ ).

( 2 ) ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33.

( 3 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.