2003L0087 — MT — 20.04.2009 — 003.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
ID-DIRETTIVA 2003/87/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p.32) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
L 338 |
18 |
13.11.2004 |
||
L 8 |
3 |
13.1.2009 |
||
REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009 |
L 87 |
109 |
31.3.2009 |
ID-DIRETTIVA 2003/87/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Ottubru 2003
li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 2 ),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ( 3 ),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 4 ),
Billi:
(1) |
Il-Green Paper dwar l-iskambju ta’ emissjoni tal-gassijiet ġewwa l-Unjoni Ewropea nidiet dibattitu fl-Ewropa kollha dwar il-konvenjenza u l-funzjonament possibbli ta’ l-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serragassijiet serra ġewwa l-Unjoni Ewropea. Il-Programm Ewropew dwar il-Bidla fil-Klima kkunsidra l-politiki u l-miżuri Komunitarji permezz ta’ proċess li jinvolvi ħafna minn dawk li għandhom sehem, li jinkludi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serragassijiet serra ġewwa l-Komunità (l-iskema Komunitarja) msejsa fuq il-Green Paper. Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2001, il-Kunsill għaraf l-importanza partikolari tal-Programm Ewropew dwar il-Bidla fil-Klima u tax-xogħol imsejjes fuq il-Green Paper, u ssottilinea l-ħtieġa urġenti għal azzjoni konkreta fil-livell Komunitarju. |
(2) |
Is-Sitt Programm Komunitarju ta’ Azzjoni dwar l-Ambjent stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1600.2002.KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) jidentifika l-bidla fil-klima bħala prijorità għall-azzjoni u jipprovdi li tiġi stabbilita skema għall-iskambju ta’ emissjonijiet matul il-Komunità kollha sas-sena 2005. Dan il-Programm jagħraf illi l-Komunità hija impenjata li tikseb tnaqqis ta’ 8 % fl-emissjoni tal-gassijiet serra bejn mis-sena 2008 sas-sena 2012 meta pparagunat mal-livelli tas-sena 1990, u li, fuq skond iktar fit-tul, l-emissjonijiet globali jridu jeħtieġu li jiġu mnaqqsa b’madwar 70 % meta pparagunati mal-livelli tas-sena 1990. |
(3) |
L-għan aħħari tal-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima, li kienet approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE tal-15 ta’ Diċembru 1993 li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima ( 6 ), huwa li tinkiseb stabbilizzazzjoni fil-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera f’livell li jipprevjieni indħil perikoluż antropoġeniku fis-sistema tal-klima. |
(4) |
Ġaladarba jidħol fis-seħħ, il-Protokoll ta’ Kyoto li kien approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE tal-25 ta’ April 2002 li jirrigwarda l-approvazzjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta’ Kyoto ta’ mal-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima u t-twettiq konġunt tiegħu ( 7 ), irid jikkommetti lill-Komunità u lill-Istati Membri tagħha li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra antropoġeniċi aggregati tagħhom elenkati fl-Anness A mal-Protokoll bi 8 % pparagunati mal-livelli tas-sena 1990 fil-perjodu taż-żmien mis-sena 2008 sas-sena 2012. |
(5) |
Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha ftiehmu li jwettqu konġuntement dawn l-impenji li jnaqqsu l-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra, skond id-Deċiżjoni 2002/358/KE. Din id-Direttiva timmira li tikkontribwixxi għat-twettiq ta’ l-impenji tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha b’mod iktar effettiv, permezz ta’ suq Ewropew effiċjenti fil-għoti ta’ kwoti għall-emissjoni tal-gassijiet serra, bl-inqas tnaqqis possibbli ta’ l-iżvilupp ekonomiku u tax-xogħol. |
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/389/KEE ta’ l-24 ta’ Ġunju 1993 għal mekkaniżmu ta’ monitoraġġ għal CO2 Komunitarju u emissjonijiet oħra tal-gassijiet serra ( 8 ), stabbiliet mekkaniżmu sabiex jimmonitorja l-emissjoni tal-gassijiet serra u jivvaluta l-progress sabiex jintlaħqu l-impenji rigward dawn l-emissjonijiet. Dan il-mekkaniżmu jrid jassisti lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu l-kwantità totali tal-kwoti li jridu jiġu allokati. |
(7) |
Id-disposizzjonijiet Komunitarji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-allokazzjoni tal-kwoti mill-Istati Membri huma meħtieġa sabiex jikkontribwixxu għall-preservazzjoni ta’ l-integrità tas-suq intern u sabiex tiġi evitata id-distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
(8) |
Meta jallokaw il-kwoti, l-Istati Membri għandhom iqisu l-potenzjal għall-attivitajiet tal-proċess industrijali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet. |
(9) |
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi huma joħorġu biss kwoti validi għall-perjodu taż-żmien li jibda fis-sena 2008 lill-persuni rigward il-kwoti ikkanċellati, li jikkorrespondu mat-tnaqqis fl-emissjonijiet magħmula minn dawn il-persuni fit-territorju nazzjonali tagħhom matul il-perjodu taż-żmien ta’ tliet snin li jibda fis-sena 2005. |
(10) |
Mill-bidu tal-perjodu msemmi taż-żmien ta’ ħames snin, it-trasferimenti tal-kwoti lil Stat Membru ieħor iridu jinvolvu aġġustamenti korrispondenti għall-unitajiet ta’ l-ammonti assenjati skond il-protokoll ta’ Kyoto. |
(11) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-operaturi ta’ ċerti attivitajiet speċifiċi jkollhom permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra u li jimmonitorjaw u jirrapportaw l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra speċifikati fejn jidħlu dawn l-attivitajiet. |
(12) |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali li japplikaw għall-ksur ta’ din id-Direttiva 98/70/KE u jiżguraw li jiġu implimentati. Dawn il-penali jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
(13) |
Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, il-pubbliku għandu jkollu aċċess għat-tagħrif li jkollu x’jaqsam ma’ l-allokazzjoni tal-kwoti u għar-riżultati tal-monitoraġġ ta’ l-emissjonijiet, bla ħsara biss għar-restrizzjonijiet ipprovduti fid-Direttiva 2003/4KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess tal-pubbliku għat-tagħrif dwar l-ambjent ( 9 ), |
(14) |
L-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva mfassal fuq il-bażi tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1991 li tistandardizza u tirrazzjonalizza r-rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti Direttivi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent ( 10 ). |
(15) |
L-inklużjoni ta’ stallazzjonijiet addizzjonali fl-iskema Komunitarja għandha tkun skond id-disposizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva, u l-kopertura ta’ l-iskema Komunitarja tista’ għalhekk tiġi estiża għal emissjonijiet oħra tal-gassijiet serra għajr id-dijossidu tal-karbonju fost ħwejjeġ oħra mill-aluminju u l-attivitajiet kimiċi. |
(16) |
Din id-Direttiva ma għandha tipprevjeni lill-ebda Stat Membru milli jżomm jew jistabbilixxi skemi kummerċjali nazzjonali li jirregolaw l-emissjonijiet tal-gassijiet ts-serra minn attivitajiet oħra għajr dawk elenkati fl-Anness I jew inklużi fl-iskema Komunitarja, jew mill-istallazzjonijiet esklużi temporanjament mill-iskema Komunitarja. |
(17) |
L-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw fl-iskambju internazzjonali fl-emissjonijiet bħala Partijiet fil-Protokoll ta’ Kyoto ma’ kull Parti oħra inkluża fl-Anness B ta’ miegħu, |
(18) |
Ir-rabta ta’ l-iskema Komunitarja ma’ l-iskemi ta’ pajjiżi terzi dwar in-negozju fl-emissjoni tal-gassijiet serra trid iżżid l-effettività taħt il-profil tal-ġestjoni li tinkisb il-mira Komunitarja tat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet kif stabbilit fid-Deċiżjoni 2002/358/KE dwar it-twettiq konġunt ta’ l-impenji. |
(19) |
Il-mekkaniżmi msejsa fuq il-proġetti li jinkludu l-Implimentazzjoni Konġunta (JI) u l-Mekkaniżmu ta’ Żvilupp Nadif (CDM) huma importanti sabiex jinkisbu l-għanijiet kemm tat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra u kemm sabiex jiżdied il-funzjonament ta’ l-effettività taħt il-profil tal-ġestjoni ta’ l-iskema Komunitarja. Skond id-disposizzjonijiet rilevanti tal-Protokoll ta’ Kyoto u l-Akkordji ta’ Marrakex, l-użu tal-mekkaniżmi għandu jkun supplimentali għall-azzjoni domestika u b’hekk l-azzjoni domestika trid tikkostitwixxi element sinifikanti fl-isforz magħmul. |
(20) |
Din id-Direttiva trid tinkoraġġixxi l-użu ta’ teknoloġija ta’ użu iktar effiċjenti ta’ l-enerġija, inkluża t-teknoloġija tal-għaqda tas-sħana u l-enerġija, li jippoduċu inqas emissjonijiet għal kull unità tal-produzzjoni, filwaqt li d-direttiva ġejjiena tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-ko-ġenerazzjoni msejsa fuq id-domanda utli tas-sħana fis-suq intern ta’ l-enerġija trid tippromwovi b’mod speċifiku t-teknoloġija tal-għaqda tas-sħana u l-enerġija. |
(21) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta’ l-24 ta’ Settembru 1996 li tirrigwarda l-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż ( 11 ) tistabbilixxi qafas ġenerali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġiż, li permezz tiegħu jistgħu jinħarġu l-permessi għall-emissjoni tal-gassijiet serra. Id-Direttiva 96/61/KE għandha tiġi emendata sabiex tiżgura illi l-valuri tal-limiti ta’ l-emissjonijiet ma jiġux iffissati għall-emissjoni diretta tal-gassijiet serra minn stallazzjoni bla ħsara għal din id-Direttiva u li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jimponux ħtiġiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija rigward l-unitajiet tal-kombustjoni jew unitajiet oħra li jarmu d-dijossidu tal-karbonju fuq is-sit, mingħajr preġudizzji għal ħtiġiet oħra skond id-Direttiva 96.61/KE. |
(22) |
Din id-Direttiva hija kompatibbli mal-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzonjiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima u l-Protokoll ta’ Kyoto. Għandha tiġi rivista fid-dawl ta’ l-iżviluppi f’dan il-kuntest u tqis l-esperjenza fl-implimentazzjoni tagħha u l-progress miksub fil-monitoraġġ ta’ l-emissjoni tal-gasijiet tas-serra. |
(23) |
L-iskambju ta’ kwoti għall-emissjonijiet għandu jifforma parti minn pakkeġġ komprensiv u koerenti tal-politiki u l-miżuri implimenati fil-livell ta’ l-Istati Membri u tal-Komunità. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat, meta l-attivitajiet ikunu koperti bl-iskema Komunitarja, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw l-implikazzjonijiet tal-politiki regolatorji, fiskali u oħrajn li jsegwu l-istess għanijiet. Ir-rivista tad-Direttiva għandha tikkunsidra safejn u sakemm inkisbu dawn l-għanijiet. |
(24) |
L-istrument tat-tassazzjoni jista’ jkun politika nazzjonali sabiex tillimita l-emissjonijiet mill-istallazzjonijiet esklużi temporanjament. |
(25) |
Il-politiki u l-miżuri għandhom jiġu implimentati fil-livell ta’ l-Istati Membri u tal-Komunità fis-setturi kollha ta’ l-ekonomija ta’ l-Unjoni Ewropea, u mhux biss ġewwa l-industrija u s-setturi ta’ l-eneriġja, sabiex jiġi ġġenerat tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet. Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tikkunsidra politiki u miżuri fil-livell Komunitarji sabiex is-settur tat-trasport jagħmel kontribut sostanzajali lill-Komunità u lill-Istati Membri tagħha sabiex jilħqu l-obbligi tagħhom dwar il-bidla fil-klima skond il-protokoll ta’ Kyoto, |
(26) |
Minkejja l-potenzal b’ħafna faċċati tal-mekkaniżmi msejsa fuq is-suq, l-istrateġija ta’ l-Unjoni Ewropea dwar it-taffija tal-bidla fil-klima għandha tkun mibnija fuq bilanċ bejn l-iskema Komunitarja u u tipi oħra ta’ azzjoni Komunitarja, domestika u internazzjonali. |
(27) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji kkonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. |
(28) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottti skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 12 ). |
(29) |
Billi l-kriterji (1), (5) u (7) ta’ l-Anness III ma jistgħux jiġu emendati permezz tal-komitoloġija, l-emendi rigward il-perjodi taż-żmien wara s-sena 2002 għandhom isiru biss permezz tal-ko-deċiżjċoni, |
(30) |
Ġaladarba l-għan ta’ l-azzjoni proposta, li tiġi stabbilita skema Komunitarja, ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri huma u jaġixxu b’mod individwali, u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni proposta jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif iddikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat f’dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx iktar ‘il bogħod minn dak li hu meħtieġ sabiex tikseb din in-mira, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Il-materja tas-suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti għall-emissjoniji tal-gassijiet serra ġewwa l-Komunità (minn issa ‘l quddiem imsjħa l-“iskema Komunitarja”) sabiex tippromwovi t-tnaqqis ta’ l-emissjoni tal-gassijiet serra b’manjiera effettiva rigward spejjez u effiċjenza ekonomika.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-emissjonijiet mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I u għall-gassijiet serra elenkati fl-Annes II.
2. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal kull ħtieġa skond id-Direttiva 96/61/KE.
3. L-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għall-ajruport ta’ Ġibiltà hija mifhuma li hi mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit rigward it-tilwima dwar is-sovranità fuq it-territorju li fih jinsab l-ajruport.
Artikolu 3
Id-definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) “kwota ta’ emissjoni” tfisser id-dritt ta’ emissjoni ta’ tunnellata metrika ta’ l-ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju matul perjodu taż-żmien speċifikat, li għandha tkun valida biss sabiex tissodisfa l-ħtiġiet ta’ din d-Direttiva u għandha tkun trasferibbli skond id-disposizzjonijiet ta’ dan id-Direttiva;
(b) “emissjonijet” tfisser ir-rilaxx ta’ gassijiet serra fl-atmosfera minn sorsi ta’ emissjonijiet f’installazzjoni jew ir-rilaxx mill-inġenju tal-ajru waqt li jkun qed iwettaq attività marbuta mal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I tal-gassijiet speċifikati fir-rigward ta’ dik l-attività;
(ċ) “gassijiet serra” ifissru l-gassijiet elenkati fl-Anness II;
(d) “permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra” ifisser il-permess maħruġ skond l-Artikoli 5 u 6;
(e) “stallazzjoni” tfisser unità teknika stazzjonarja fejn jitwettqu attività jew iktar elenkati fl-Anness I u kull attività oħra assoċjata direttament li jkollha konnessjoni teknika ma’ l-attivitajiet imwettqa fuq is-sit u li jista’ jkollhom effett fuq l-emissjonijiet u t-tniġġiż;
(f) “operatur” ifisser kull persuna li tħaddem jew tikkontrolla stallazzjoni jew, meta dan huwa pprovdut fil-leġislazzjoni nazzjonali, li lilha tkun iddelegata s-saħħa ekonomika deċisiva fuq il-funzjonament tekniku ta’ l-istallazzjoni;
(g) “persuna” tfisser kull persuna naturali jew legali;
(h) “min jidħol ġdid” ifisser kull stallazzjoni li twettaq attività jew iktar indikati fl-Anness I, li tkun kisbet permess għall-emissjoni ta’ gassijiet serra jew estensjoni estensiva għall-istallazzjoni, wara n-notifika lill-Kummissjoni tal-pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet;
(i) “il-pubbliku” ifisser persuna jew iktar, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi ta’ persuni;
(j) “l-ekwivalenti ta’ tunnellata metrika ta’ dijossiju tal-karbonju” tfisser tunnellata metrika ta’ Ddijossidu tal-Karbonju (CO2) jew ammont ta’ kull gass ieħor tas-serra bil-potenzjal ekwivalenti għaż-żieda tas-sħana globali;
(k) “Parti għall-Anness I” tfisser Parti elenkata fl-Anness I ta’ l-UNFCCC li rratifikat il-Protokoll ta’ Kjoto kif speċifikat fl-Artikolu 1(7) tal-Protokoll ta’ Kjoto;
(l) “attività ta’ proġett” tfisser attività ta’ proġett approvata minn Parti waħda jew aktar għall-Anness I skond l-Artikolu 6 jew l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto;
(m) “unità ta’ tnaqqis ta’ emissjoni” (ERU) tfisser unità maħruġa skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta' Kjoto;
(n) “tnaqqis ta’ emissjoni ċċertifikata” (CER) tfisser unità maħruġa skond l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta' Kjoto;
(o) “operatur tal-inġenji tal-ajru” tfisser il-persuna li topera inġenju tal-ajru fiż-żmien li jwettaq attività marbuta mal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I jew, meta dik il-persuna ma tkunx magħrufa jew ma tkunx identifikata mis-sid tal-inġenju tal-ajru, is-sid tal-inġenju tal-ajru;
(p) “operatur kummerċjali tat-trasport bl-ajru” tfisser operatur li, għal rimunerazzjoni, jipprovdi servizzi ta’ trasport bl-ajru skedati jew mhux skedati lill-pubbliku għall-ġarr ta’ passiġġieri, merkanzija jew posta;
(q) “Stat Membru amministrattiv” tfisser l-Istat Membru responsabbli għall-amministrazzjoni tal-iskema Komunitarja fir-rigward ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru skond l-Artikolu 18a;
(r) “emissjonijiet attribwiti għall-avjazzjoni” tfisser emissjonijiet mit-titjiriet kollha li jaqgħu fl-ambitu tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru u dawk li jaslu f’tali ajrudrom minn pajjiż terz;
(s) “emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni” tfisser il-medja tal-emissjonijiet annwali fis-snin kalendarji 2004, 2005 u 2006 mill-inġenji tal-ajru li jwettqu attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I.
KAPITOLU II
AVJAZZJONI
Artikolu 3a
Kamp ta’ Applikazzjoni
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-allokazzjoni u l-ħruġ ta’ kwoti fir-rigward tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I.
Artikolu 3b
Attivitajiet tal-avjazzjoni
Sat-2 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-proċedura regolatorja imsemmija fl-Artikolu 23(2), tiżviluppa linji gwida dwar l-interpretazzjoni dettaljata tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I;
Artikolu 3c
Kwantità totali ta’ kwoti għall-avjazzjoni
1. Għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandha tkun ekwivalenti għal 97 % tal-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni.
2. Għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 11(2) li jibda fl-1 ta’ Jannar 2013, u, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe emenda wara r-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 30(4), għal kull perijodu sussegwenti, il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandha tkun ekwivalenti għal 95 % tal-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni mmultiplikati bin-numru ta’ snin f’dak il-perijodu.
Dan il-persentaġġ jista’ jkun rivedut bħala parti mir-reviżjoni ġenerali ta’ din id-Direttiva.
3. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-kwantità totali tal-kwoti li għandha tiġi allokata għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru skond l-Artikolu 30(4).
4. Sat-2 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar l-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni, abbażi tal-aqwa data disponibbli, inklużi stimi bbażati fuq informazzjoni attwali dwar it-traffiku. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi kkunsidrata fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(1).
Artikolu 3d
Metodu għall-allokazzjoni ta’ kwoti għall-avjazzjoni permezz ta’ bejgħ bl-irkant
1. Fil-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), 15 % ta’ kwoti għandhom ikunu rkantati.
2. Mill-1 ta’ Jannar 2013, 15 % tal-kwoti għandhom ikunu rkantati. Dan il-persentaġġ jista’ jiġi miżjud, bħala parti mill-reviżjoni ġenerali ta’ din id-Direttiva.
3. Għandu jiġi adottat Regolament li jkun fih dispożizzjonijiet dettaljati għall-bejgħ bl-irkant mill-Istati Membri tal-kwoti mhux meħtieġa li jinħarġu mingħajr ħlas skond il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu jew l-Artikolu 3f(8). In-numru tal-kwoti li għandhom jinbiegħu bl-irkant f’kull perijodu minn kull Stat Membru għandu jkun f’proporzjon mas-sehem tiegħu tat-total tal-emissjonijiet dovuti mill-avjazzjoni tal-Istati Membri kollha għas-sena ta’ referenza rrappurtata skond l-Artikolu 14(3) u verifikati skond l-Artikolu 15. Għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), is-sena ta’ referenza għandha tkun l-2010 u għal kull perijodu sussegwenti msemmi fl-Artikolu 3c is-sena ta’ referenza għandha tkun is-sena kalendarja li tispiċċa 24 xahar qabel il-bidu tal-perijodu li għalih jirreferi l-irkant.
Dak ir-Regolament, imfassal biex jemenda l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentaha, għandu jiġi adottat skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).
4. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu li għandu jsir mid-dħul iġġenerat mill-irkant ta’ kwoti tal-avjazzjoni. Dak id-dħul għandu jintuża biex jitratta t-tibdil fil-klima fl-UE u f’pajjiżi terzi, inter alia biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra, biex ikunu adattati l-impatti tat-tibdil fil-klima fl-UE u f’pajjiżi terzi, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp għall-mitigazzjoni u l-adattament, inkluż b’mod partikolari fl-oqsma tal-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet permezz ta’ mezzi tat-trasport b’emissjonijiet baxxi, u biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi tal-iskema Komunitarja. Id-dħul mill-bejgħ bl-irkant għandu jintuża wkoll sabiex jiffinanzja kontribuzzjonijiet għall-Fond Globali għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija u għall-Enerġija Rinnovabbli, u għal miżuri biex tiġi evitata d-deforestazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar azzjonijiet meħuda skond dan il-paragrafu.
5. It-tagħrif mogħti lill-Kummissjoni skond din id-Direttiva ma jeżonerax lill-Istati Membri mill-obbligu tan-notifika stabbilit mill-Artikolu 88(3) tat-Trattat.
Artikolu 3e
Allokazzjoni u ħruġ tal-kwoti lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru
1. Għal kull perijodu msemmi fl-Artikolu 3c, kull operatur tal-inġenji tal-ajru jista’ japplika għal allokazzjoni ta’ kwoti li għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas. Applikazzjoni tista’ ssir permezz ta’ preżentazzjoni lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru amministrattiv ta’ data ivverifikata f’tunnellati-kilometru għall-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li twettqu minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru matul is-sena ta’ monitoraġġ. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, is-sena ta’ monitoraġġ għandha tkun is-sena kalendarja li tintemm 24 xahar qabel il-bidu tal-perijodu relatat magħha skond l-Annessi IV u V jew, f’relazzjoni mal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), l-2010. Kwalunkwe applikazzjoni għandha ssir mill-anqas 21 xahar qabel il-bidu tal-perijodu relatat magħha jew, f’relazzjoni mal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), sal-31 ta’ Marzu 2011.
2. Mill-inqas tmintax-il xahar qabel il-bidu tal-perijodu relatat mal-applikazzjoni jew, f’relazzjoni mal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), sat-30 ta’ Ġunju 2011, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-applikazzjonijiet li jkunu rċevew taħt il-paragrafu 1.
3. Mill-inqas ħmistax-il xahar qabel il-bidu ta’ kull perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) jew, f’relazzjoni mal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), sat-30 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni għandha tikkalkula u taddotta deċiżjoni li tistabbilixxi:
(a) il-kwantità totali tal-kwoti li għandha tiġi allokata għal dak il-perijodu skond l-Artikolu 3c;
(b) in-numru ta’ kwoti li jrid jiġi rkantat f’dak il-perijodu skond l-Artikolu 3d;
(ċ) in-numru ta’ kwoti fir-riżerva speċjali għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru f’dak il-perijodu skond l-Artikolu 3f(1);
(d) in-numru ta’ kwoti li għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas f’dak il-perijodu billi jitnaqqsu n-numru ta’ kwoti msemmija fil-punti (b) u (c) mill-kwantità totali ta’ kwoti deċiżi taħt il-punt (a); u
(e) il-punt ta’ referenza li għandu jintuża sabiex jiġu allokati kwoti mingħajr ħlas lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru li l-applikazzjonijiet tagħhom kienu ppreżentati lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 2.
Il-punt ta’ referenza msemmi fil-punt (e), espress bħala kwoti kull tunnellata-kilometru, għandu jiġi kkalkulat permezz tad-diviżjoni tan-numru tal-kwoti msemmija fil-punt (d) bit-total tad-data f’tunnellati-kilometru inkluża fl-applikazzjonijiet ippreżentati lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 2.
4. Fi żmien tliet xhur mid-data minn meta l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skond il-paragrafu 3, kull Stat Membru amministrattiv għandu jikkalkula u jippubblika:
(a) l-allokazzjoni totali tal-kwoti għall-perijodu lil kull operatur tal-inġenji tal-ajru li l-applikazzjoni tiegħu kien ippreżentaha lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 2, ikkalkulata permezz tal-multiplikazzjoni tad-data tat-tunnellati-kilometru inkluża fl-applikazzjoni mal-punt ta’ referenza msemmija fil-paragrafu 3(e); u
(b) l-allokazzjoni tal-kwoti għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru għal kull sena, li għandha tiġi determinata permezz tad-diviżjoni tal-allokazzjoni totali tiegħu tal-kwoti għal dak il-perijodu ikkalkulata taħt il-punt (a) bin-numru ta’ snin matul il-perijodu li fiha dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru qed iwettaq attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I.
5. Sat-28 ta’ Frar 2012 u sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena sussegwenti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru amministrattiv għandha toħroġ għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru n-numru ta’ kwoti allokati għal dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru għal dik is-sena taħt dan l-Artikolu jew l-Artikolu 3f.
Artikolu 3f
Riżerva speċjali għal ċerti operaturi tal-inġenji tal-ajru
1. F’kull perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2), 3 % tal-kwantità totali tal-kwoti li jridu jiġu allokati għandhom jitwarrbu f’riżerva speċjali għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru:
(a) li jibdew iwettqu attività ta’ avjazzjoni li taqa’ taħt l-Anness I wara s-sena ta’ monitoraġġ li għaliha kienet ppreżentata d-data f’tunnellati-kilometru taħt l-Artikolu 3e(1) rigward perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2); jew
(b) li d-data f’tunnellati-kilometru tagħhom tiżdied b’medja ta’ iktar minn 18 % kull sena bejn is-sena ta’ monitoraġġ li għaliha ġiet ippreżentata d-data f’tunnellati-kilometru taħt l-Artikolu 3e(1) fir-rigward ta’ perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) u t-tieni sena kalendarja ta’ dak il-perijodu;
u li l-attività tagħhom taħt il-punt (a), jew attività addizzjonali taħt il-punt (b), m’hijiex fl-intier tagħha jew parzjalment kontinwazzjoni ta’ attività tal-avjazzjoni li qabel kienet imwettqa minn operatur ieħor tal-inġenji tal-ajru.
2. Operatur tal-inġenji tal-ajru li huwa eliġibbli taħt il-paragrafu 1 jista’ japplika għal allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti mir-riżerva speċjali billi jagħmel applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru amministrattiv tiegħu. Kwalunkwe applikazzjoni għandha ssir sat-30 ta’ Ġunju fit-tielet sena tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) li tirreferi għalih.
Allokazzjoni lil operatur ta’ linja tal-ajru taħt il-paragrafu 1(b) m’għandhiex tkun aktar minn 1 000 000 kwota.
3. Applikazzjoni taħt il-paragrafu 2 għandha:
(a) tinkludi data f’tunnellati-kilometru vverifikata skond l-Anness IV u V għall-attivitajiet ta’ avjazzjoni elenkati fl-Anness I imwettqa mill-operatur tal-inġenji tal-ajru fit-tieni sena kalendarja tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) li għalih tirreferi l-applikazzjoni;
(b) tipprovdi prova li l-kriterji għall-eliġibbiltà taħt il-paragrafu 1 huma sodisfatti; u
(ċ) fil-każ ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru li jaqgħu fi ħdan il-paragrafu 1(b), tiddikjara:
(i) iż-żieda fil-persentaġġ f’tunnellati-kilometru mwettqa minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru bejn is-sena ta’ monitoraġġ li għaliha ġiet ippreżentata d-data f’tunnellati-kilometru taħt l-Artikolu 3e(1) fir-rigward ta’ perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) u t-tieni sena kalendarja ta’ dak il-perijodu;
(ii) it-tkabbir assolut f’tunnellati-kilometru mwettqa minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru bejn is-sena ta’ monitoraġġ li għaliha ġiet ippreżentata d-data f’tunnellati-kilometru taħt l-Artikolu 3e(1) fir-rigward ta’ perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) u t-tieni sena kalendarja ta’ dak il-perijodu; u
(iii) it-tkabbir assolut f’tunnellati-kilometru mwettqa minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru bejn is-sena ta’ monitoraġġ li għaliha ġiet ippreżentata d-data f’tunnellati-kilometru taħt l-Artikolu 3e(1) fir-rigward ta’ perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) u t-tieni sena kalendarja ta’ dak il-perijodu li teċċedi l-persentaġġ speċifikat fil-paragrafu 1(b).
4. Mhux aktar tard minn 6 xhur mill-iskadenza biex issir applikazzjoni taħt il-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni applikazzjonijiet irċevuti taħt dak il-paragrafu.
5. Mhux aktar tard minn tnax-il xahar mill-iskadenza biex issir applikazzjoni taħt il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-punt ta’ referenza li għandu jintuża sabiex jiġu allokati kwoti mingħajr ħlas lil operaturi tal-inġenji tal-ajru li l-applikazzjonijiet tagħhom ġew ippreżentati lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 4.
Soġġett għall-paragrafu 6, il-punt ta’ referenza għandu jkun ikkalkulat permezz tad-diviżjoni tan-numru tal-kwoti fir-riżerva speċjali bis-somma ta’:
(a) id-data f’tunnellati-kilometru għal operaturi tal-inġenji tal-ajru li jaqgħu fil-paragrafu 1(a) inkluż fl-applikazzjonijiet ippreżentati lill-Kummissjoni skond il-paragrafi 3(a) u 4; u
(b) it-tkabbir assolut f’tunnellati-kilometru li jeċċedi l-persentaġġ speċifikat fil-paragrafu 1(b) għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jaqgħu fil-paragrafu 1(b) inkluż fl-applikazzjonijiet ippreżentati lill-Kummissjoni skond il-paragrafi 3(c)(iii) u 4.
6. Il-punt ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 5 m’għandux jirriżulta f’allokazzjoni annwali għal kull tunnellata-kilometru ikbar mill-allokazzjoni annwali għal kull tunnellata-kilometru għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru taħt l-Artikolu 3e(4).
7. Fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skond il-paragrafu 5, kull Stat Membru amministrattiv għandu jikkalkula u jippubblika:
(a) l-allokazzjoni ta’ kwoti mir-riżerva speċjali lil kull operatur tal-inġenji tal-ajru li l-applikazzjoni tiegħu kien ippreżentaha lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 4. Din l-allokazzjoni għandha tiġi kkalkulata permezz tal-multiplikazzjoni tal-punt ta’ referenza imsemmi fil-paragrafu 5 ma’:
(i) fil-każ ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru li jaqgħu fil-paragrafu 1(a), id-data f’tunnellati-kilometru inkluża fl-applikazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni taħt il-paragrafi 3(a) u 4;
(ii) fil-każ ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru li jaqgħu fi ħdan il-paragrafu 1(b), it-tkabbir assolut f’tunnellati-kilometru li jeċċedi l-persentaġġ speċifikat fil-paragrafu 1(b) inkluż fl-applikazzjoni ippreżentata lill-Kummissjoni taħt il-paragrafi 3(c)(iii) u 4; u
(b) l-allokazzjoni ta’ kwoti għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru għal kull sena, li għandha tkun iddeterminata permezz tad-diviżjoni tal-allokazzjoni tagħha tal-kwoti taħt il-punt (a) bin-numru tas-snin kalendarji sħaħ li jibqa’ fil-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) li għalih tirreferi l-allokazzjoni.
8. Kwalunkwe kwota mhux allokata fir-riżerva speċjali għandha tiġi rkantata mill-Istati Membri.
9. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-operazzjoni tar-riżerva speċjali taħt dan l-Artikolu, inkluża l-evalwazzjoni ta’ konformità mal-kriterja ta’ eliġibbiltà taħt il-paragrafu 1. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).
Artikolu 3g
Pjanijiet ta’ monitoraġġ u rapportar
L-Istat Membru li jkun qed jamministra għandu jiżgura li kull operatur tal-inġenji tal-ajru jippreżenta lill-awtorità kompetenti f’dak l-Istat Membru pjan ta’ monitoraġġ li jistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emmissjonijiet u data f’tunnellati-kilometru għall-fini ta’ applikazzjoni taħt l-Artikolu 3e u li tali pjanijiet ikunu approvati mill-awtorità kompetenti skond il-linji gwida adottati skond l-Artikolu 14.
KAPITOLU III
INTALLAZZJONIJIET STAZZJONARJI
Artikolu 3h
Kamp ta’ applikazzjoni
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-permessi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għall-allokazzjoni u l-ħruġ ta’ kwoti fir-rigward tal-attivitajiet elenkati fl-Anness I minbarra l-attivitajiet tal-avjazzjoni.
Artikolu 4
Il-permessi għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, mill-1 ta’ Jannar 2005, l-ebda stallazzjoni ma tindħal għal attività elenkata fl-Anness I li tirriżulta fl-emissjonijiet speċifikati fejn tidħol din l-attivita għajr jekk l-operatur tagħha jkollu permess maħruġ minn awtorità kompetenti skond l-Artikoli 5 u 6, jew l-istallazzjoni tkun eskluża temporanjament mill-iskema Komunitarja skond l-Artikolu 27.
Artikolu 5
L-applikazzjonijiet għall-permessi għall-emissjoni tal-gassijiet serra
Applikazzjoni lill-awtorità kompetenti għal permess ta’ l-emissjoni tal-gassijiet serra għandha tinkludi deskrizzjoni dwar:
(a) l-istallazzjoni u l-attivitajiet tagħha inkluża t-teknoloġija wżata;
(b) il-materji prima u awżiljarji, li l-użu tagħhom x’aktarx iwassal għall-emissjonijiet tal-gassijiet elenkati fl-Anness I;
(ċ) is-sorsi ta’ l-emissjoni tal-gassijiet elenkati fl-Anness I mill-istallazzjoni; u
(d) il-miżuri ppjanati sabiex jimmontorjaw u jirrappurtaw l-emissjonijiet skond il-linji gwida adottati skond l-Artikolu 14.
L-applikazzjoni għandha tinkludi wkoll sommarju mhux tekniku tad-dettalji riferiti fl-ewwel sub-paragrafu.
Artikolu 6
Il-kondizzjonijiet u l-kontenut tal-permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra
1. L-awtorità kompetenti għandha toħroġ permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra li jagħti awtorizzazzjoni għall-emissjoni tal-gassijiet serra dinja minn stallazzjoni fl-intier tagħha jew f’parti minnha jew tkun sodisfatta illi l-operatur huwa kapaċi li jimmonitorja u jirrapporta l-emissjonijiet.
Permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra jista’ jkopri stallazzjoni jew iktar fuq l-istess sit imħaddma mill-istess operatur.
2. Il-permessi għall-emissjoni tal-gassijiet serra għandu jkun fihom dan li ġej:
(a) l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur;
(b) deskrizzjoni ta’ l-attivitajiet u l-emissjonijiet mill-istallazzjoni;
(ċ) il-ħtiġiet tal-monitoraġġ, fejn jiġu speċifikati l-metodoloġija u l-frekwenza tal-monitoraġġ;
(d) il-ħtiġiet tar-rappurtaġġ; u
(e) obbligu li ċċedi kwoti, barra minn dawk il-kwoti maħruġa taħt il-Kapitolu II, ekwivalenti ghat-total ta’ emissjonijet tal-installazzjoni f’kull sena kalendarja, kif ivverifikati skond l-Artikolu 15, fi żmien erba’ xhur mill-aħħar ta’ dik is-sena.
Artikolu 7
Il-bidliet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istallazzjonijiet
L-operatur għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti b’kull bidla ppjanata fin-natura u l-funzjonament, jew l-estensjoni, ta’ l-istallazzjoni li jistgħu jeħtieġu l-aġġornament tal-permess ta’ l-emissjoni tal-gassijiet tas-sera. Meta xieraq, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess. Meta jkun hemm bidla fl-identità ta’ l-operatur, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess hekk li jinkludi l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur il-ġdid.
Artikolu 8
Il-kordinament mad-Direttiva 96/61/KE
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi, meta l-istallazzjonijiet iwettqu attivitajiet li huma inklużi fl-Anness I mad-Direttiva 96/61/KE, il-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-ħruġ ta’ permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra jiġu kkoordinati ma’ dawk għall-permess ipprovdut f’din id-Direttiva. Il-ħtiġiet ta’ l-Artikoli 5, 6 u 7 ta’ din id-Direttiva jistgħu jiġu integrati fil-proċedura pprovduta fid-Direttiva 96/61/KE.
Artikolu 9
Il-pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet
1. Għal kull perjodu taż-żmien riferit fl-Artikolu 11(1) u (2), kull wieħed mill-Istati Membri għandu jżviluppa pjan nazzjonali fejn jiddikjara l-kwantità totali tal-kwoti li jkun beħsiebu jalloka għal dan il-perjodu taż-żmien u kif jipproponi li jallokahom. Il-pjan għandu jkun imsejjes fuq kriterji oġġettivi u trasparenti, inklużi dawk elenkati fl-Anness III, filwaqt li jitqiesu l-kummenti mill-pubbliku. Mingħajr prġudizzju għat-Trattat, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa l-iktar tard sal 31 ta’ Diċembru 2003 gwida dwar l-implimentazzjoni tal-kriterji elenkati fl-Anness III.
Għall-perjodu taż-żmien riferit fl-Artikolu 11(1), il-pjan għandu jiġi ppjanat u nnotifikat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-iktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2004. Għall-perjodi sussegwenti taż-żmien, il-pjan għandu jiġi ppubblikat u nnotifikat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mill-inqas 18-il xahar qabel il-bidu tal-perjodu taż-żmien rilevanti.
2. Il-pjani ta’ l-allokazzjonijiet nazzjonali għandhom jiġu kkunsidrati ġewwa l-kumitat riferit fl-Artikolu 23(1).
3. Fi żmien tliet xhur min-notifika tal-pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet minn Stat Membru skond il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta dan il-pjan, jew kull aspett minnu, fuq il-bażi li ma jkunx kompatibbli mal-kriterji elenkati fl-Anness III jew ma’ l-Artikolu 10. L-Istat Membru għandu jieħu deċiżjoni biss skond l-Artikolu 11(1) jew (2) jekk l-emendi proposti jiġu aċċettati mill-Kummissjoni. Għandhom jingħataw ir-raġunijiet għal kull deċiżjoni ta’ rifjut mill-Kummissjoni.
Artikolu 10
Il-metodu ta’ l-allokazzjoni
Għall-perjodu taż-żmien ta’ tliet snin li jibda mill-1 ta’ Jannar 2005, l-Istati Membri għandhom jallokaw mill-inqas 95 % tal-kwotai mingħajr ħlas. Għall-perjodu taż-żmien ta’ ħames snin li jibda mill-1 ta’ Jannar 2008, l-Istati Membri għandhom jallokaw mill-inqas 90 % tal-kwoti mingħajr ħlas.
Artikolu 11
L-allokazzjoni u l-ħruġ tal-kwoti
1. Għall-perjodu taż-żmien ta’ tliet snin li jibda mill-1 ta’ Jannar 2005, kull Stat Membru għandu jiddeċiedi l-kwantità totali tal-kwoti li jrid jalloka għal dan il-perjodu taż-żmien u l-allokazzjoni ta’ dawn il-kwoti lill-operatur ta’ kull waħda mill-istallazzjonijiet. Din id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-inqas tliet xhur qabel il-bidu tal-perjodu taż-żmien u għandha tkun imsejsa fuq il-pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet żviluppat skond l-Artikolu 9 u skond l-Artikolu 10, filwaqt li jitqiesu l-kummenti mill-pubbliku.
2. Għall-perjodu taż-żmien ta’ ħames snin li jibda mill-1 ta’ Jannar 2008, u għal kull perjodu taż-żmien ta’ ħames snin sussegwenti, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jiddeċiedi l-kwantità totali tal-kwoti li jrid jalloka għal dan il-perjodu taż-żmien u jinizja l-proċess ta’ l-allokazzjoni ta’ dawn il-kwoti lill-operatur ta’ kull waħda mill-istallazzjonijiet. Din id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-inqas 12-il xahar qabel il-bidu tal-perjodu rilevanti taż-żmien u għandha tkun imsejsa fuq il-pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet żviluppat skond l-Artikolu 9 u skond l-Artikolu 10, filwaqt li jitqiesu l-kummenti mill-pubbliku.
3. Id-deċiżjonijiet meħuda skond il-paragrafi 1 jew 2 għandhom ikunu skond il-ħtiġiet tat-Trattat, b’mod partikolari l-Artikoli 87 u 88 tiegħu. Meta jkunu qegħdin jiddeċiedu dwar allokazzjoni, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtieġa li jiġi pprovvdut aċċess għall-kwoti għal min jidħol ġdid.
4. L-awtorità kompetenti għandha toħroġ porzjon mill-kwantità totali tal-kwoti għal kull sena tal-perjdu taż-żmien riferit fil-paragrafi 1 jew 2, sat-28 ta’ Frar għal din is-sena.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET LI JAPPLIKAW GĦALL-INSTALLAZZJONIJIET TAL-AVJAZZJONI U DAWK STAZZJONARJI
Artikolu 11a
L-użu ta’ CERs u ERUs minn attivitajiet ta’ proġetti fl-iskema tal-Komunità 1
1. Bla ħsara għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jħallu lill-operaturi jużaw CERs u ERUs minn attivitajiet ta’ proġetti fl-iskema tal-Komunità matul kull perjodu msemmi fl-Artikolu 11(2), sa persentaġġ ta’ l-allokazzjoni lil kull installazzjoni, li jiġi speċifikat minn kull Stat Membru fil-Pjan ta’ Allokazzjoni Nazzjonali tiegħu għal dak il-perjodu. Dan għandu jseħħ permezz tal-ħruġ u ċ-ċediment immedjat ta’ kwota waħda bi tpartit ma’ CER jew ERU wieħed fil-pussess ta’ dak l-operatur fir-reġistru nazzjonali tiegħu.
1a. Matul il-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jistgħu jużaw s-CERs u l-ERUs, sa 15 % tan-numru ta’ kwoti li huma meħtieġa jċedu skond l-Artikolu 12(2a).
Għal perijodi sussegwenti, il-persentaġġ ta’ CERs u ERUs li jistgħu jintużaw fir-rigward ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni għandhom jiġu riveduti, bħala parti mir-reviżjoni ġenerali ta’ din id-Direttiva u b’kont meħud tal-iżvilupp tar-reġim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika dan il-persentaġġ mill-anqas sitt xhur qabel il-bidu ta’ kull perijodu msemmi fl-Artikolu 3c.
2. Bla ħsara għall-paragrafu 3, matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 11(1), l-Istati Membri jistgħu jħallu lill-operaturi jużaw CERs minn attivitajiet ta’ proġetti fl-iskema tal-Komunità. Dan għandu jseħħ permezz tal-ħruġ u ċ-ċediment immedjat ta’ kwota waħda minn Stat Membru bi tpartit ma’ CER wieħed. L-Istati Membri għandhom jikkanċellaw CERs li jkunu ġew użati minn operaturi matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 11(1).
3. Il-CERs u l-ERUs kollha li jinħarġu u li jistgħu jiġu wżati skond il-UNFCCCu l-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet sussegwenti adottati taħthom jistgħu jintużaw fl-Iskema tal-Komunità: ħlief għal dawn li ġejjin:
(a) B’rikonoxximent li skond il-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto u deċiżjonijiet sussegwenti adottati taħthom, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jużaw CERs u ERUs iġġenerati minn faċilitajiet nukleari sabiex jissodisfaw l-impenni tagħhom taħt l-Artikolu 3 (1) tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-Deċiżjoni 2002/358/KE, li l-operaturi għandhom iżommu lura milli jużaw CERs u ERUs iġġenerati minn tali faċilitajiet fl-iskema tal-Komunità matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 11(1) u l-ewwel perjodu ta’ ħames snin imsemmi fl-Artikolu 11(2);
u
(b) l-użu ta’ l-art, użu ġdid ta’ l-art u attivitajiet ta’ forestrija.
Artikolu 11b
L-attivitajiet tal-proġett
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura neċessarja sabiex jiżguraw li l-linji bażi għall-attivitajiet tal-proġetti, kif definiti minn deċiżjonijiet sussegwenti adottati taħt il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto li jkunu saru f’pajjiżi li iffirmaw it-Trattat ta’ Adeżjoni ma’ l-Unjoni jkunu kompletament konformi ma’ l-acquis communautaire, inklużi d-derogi temporanji stabbiliti f’dak it-Trattat ta’ Adeżjoni.
2. Ħlief kif previst fil-paragrafi 3 u 4, l-Istati Membri li jospitaw ►M2 attivitajiet ◄ ta’ proġetti għandhom jiżguraw li ma jinħarġu ebda ERUs jew CERs għal tnaqqis jew limitazzjoni ta’ emissjoni ta’ gass serra minn stallazzjonijiet koperti b’din id-Direttiva.
3. Sal-31 ta’ Diċembru 2012, għall-attivitajiet ta’ proġetti tal-JI u l-CDM li jnaqqsu jew jillimitaw direttament l-emissjonijiet ta’ installazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, ERUs u CERs jistgħu jinħarġu biss jekk numru ekwivalenti ta’ kwoti jiġu kkanċellati mill-operatur ta’ dik l-istallazzjoni.
4. Sal-31 ta’ Diċembru 2012, għall-attivitajiet dwar proġetti tal-JI u l-CDM li jnaqqsu jew jillimitaw indirettament il-livell ta’ l-emissjoni ta’ stallazzjonjiet fil- kamp ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, ERUs u CERs jistgħu jinħarġu biss jekk numru ekwivalenti ta’ kwoti jiġu ikkanċellati mir-reġistru nazzjonali ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini tal-ERUs jew tal-CERs.
5. Stat Membru li jawtorizza lill-entitajiet privati jew pubbliċi biex jipparteċipaw f'attivitajiet ta’ proġetti għandu jibqa’ responsabbli għat-twettiq ta’ l-obbligi tiegħu taħt il-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto u għandu jiżgura li tali parteċipazzjoni tkun konsistenti mal-linji gwida, modalitajiet u proċeduri adottati rilevanti skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto.
6. Fil-każ ta’ attivitajiet ta’ proġetti ta’ produzzjoni ta’ enerġija idroelettrika b’kapaċità ta’ ġenerazzjoni li taqbeż l-20 MW, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, meta japprovaw tali attivitajiet ta’ proġetti, li l-kriterji u l-linji gwida internazzjonali rilevanti, inklużi dawk li hemm fir-Rapport ta' Novembru tas-sena 2000 mill-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi, “Digi u Żvilupp-Qafas ġdid għat-Teħid ta’ Deċiżjonijiet” fir-Rapport Finali ta’ Novembru tas-sena 2000 tal-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi, ikunu rrispettati matul l-iżvilupp ta’ tali attivitajiet ta’ proġetti.
7. Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 3 u 4, b'mod partikolari fir-rigward tal-evitar ta' għadd doppju, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2). Il-Kummissjoni għandha tadotta dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu fejn il-parti ospitanti tissodisfa r-rekwiżiti ta' eliġibilità kollha għall-attivitajiet tal-proġett JI. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).
Artikolu 12
It-trasferiment, iċ-ċediment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-kwoti jistgħu jiġu ttrasferiti bejn:
(a) persuni ġewwa l-Komunità;
(b) persuni ġewwa l-Komunità u persuni f’pajjiżi terzi, meta dawn il-kwoti jiġu konoxxuti skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25 mingħajr restrizzjonijiet oħra għajr li jkunu jinsabu, jew jiġu adottati skond din id-Direttiva.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-kwoti maħruġa minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jiġu konoxxuti bil-għan ►M2 li jiġu sodisfatti l-obbligi ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru skond il-paragrafu 2a jew ◄ li jissodisfaw l-obbligi ta’ operatur skond il-paragrafu 3.
2a. L-Istati Membri amministrattivi għandhom jiżguraw li, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, kull operatur tal-inġenji tal-ajru jċedi numru ta’ kwoti ugwali għall-emissjonijiet totali matul is-sena kalendarja preċedenti minn attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li għalihom l-operatur huwa l-operatur tal-inġenji tal-ajru, kif verifikati skond l-Artikolu 15. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwoti ċeduti skond dan il-paragafu huma sussegewentement imħassra.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, li sat-30 ta’ April ta’ kull sena, l-operatur ta’ kull installazzjoni jċedi numru ta’ kwoti, barra minn dawk il-kwoti maħruġa taħt il-Kapitolu II, ekwivalenti ghat-total tal-emissjonijet ta’ dik l-installazzjoni fis-sena kalendarja preċedenti, kif ivverifikati skond l-Artikolu 15, u li wara dawn jiġu kkanċellati.
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-konċesjonijiet iridu jiġu kkanċellati f’kull waqt fuq it-talba tal-persuna li jkollha minnhom.
Artikolu 13
Il-validità tal-konċessonijiet
1. Il-konċessonijiet għandhom ikunu validi għall-emissjonijiet matul il-perjodu taż-żmien riferit fl-Artikolu 11(1) jew (2) li għalih jinħarġu.
2. Erba’ xhur wara l-bidu ta’ l-ewwel perjodu taż-żmien ta’ ħames snin riferit fl-Artikolu 1192), il-konċessonijiet li ma jkunux validi iktar u li ma jkunux ġew ċeduti u kkanċellati skond l-Artikolu 12(3) għandhom jiġu kkanċellati mill-awtorità kompetenti.
L-Istati Membri għandhom joħorġu l-kwoti lill-persuni għall-perjodu korrenti taż-żmien sabiex jieħdu l-post ta’ kull kwota miżmuma minnhom li jkunu kkanċellati skond l-ewwel sub-paragrafu.
3. Erba’ xhur wara l-bidu ta’ kull perjodu sossegwenti taż-żmien ta’ ħames snin riferit fl-Artikolu 11(2), il-konċessonijiet li ma jkunux validi iktar u li ma jkunux ġew ċeduti u kkanċellati skond ►M2 l-Artikolu 12(2a) jew (3) ◄ għandhom jiġu kkanċellati mill-awtorità kompetenti.
L-Istati Membri għandhom joħorġu l-kwoti lill-persuni għall-perjodu korrenti taż-żmien sabiex jieħdu l-post ta’ kull kwota miżmuma minnhom li jkunu kkanċellati skond l-ewwel sub-paragrafu.
Artikolu 14
Il-linji gwida sabiex jiġu mmonitorjati u rrappurtati l-emissjonijiet
1. ►M3 Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet li jirriżultaw mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I ta' gassijiet serra speċifikati fil-kuntest ta' dawk l-attivitajiet. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3). ◄ Il-linji gwida għandhom ikunu msejsa fuq il-prinċipji tal-monitorġġ u tar-rappurtaġġ iddikjarati fl-Anness IV.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-emissjonijiet jiġu mmonitorjati skond il-linji gwida.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru jirrapporta l-emissjonijet matul kull sena kalendarja mill-installazzjoni, jew, mill-1 ta’ Jannar 2010, l-inġenju tal-ajru, li huwa jopera lill-awtorità kompetenti wara l-aħħar ta’ dik is-sena skond il-linji gwida.
Artikolu 15
Verifika
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rapporti ppreżentati mill-operaturi jew l-operaturi tal-inġenji tal-ajru skond l-Artikolu 14(3) jiġu vverifikati skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness V u kwalunkwe dispożizzjoni dettaljata addottata mill-Kummissjoni skond dan l-Artikolu, u li l-awtorità kompetenti tkun infurmata b’dan.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru li r-rapport tiegħu ma jkunx ġie vverifikati skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness V u kwalunkwe dispożizzjoni dettaljata addottata mill-Kummissjoni skond dan l-Artikolu sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena ghall-emissjonijiet matul is-sena preċedenti ma jistax jagħmel trasferimenti ulterjuri ta’ kwoti sakemm ir-rapport ta’ dak l-operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru jiġi vverifikat bħala sodisfaċenti.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta dispożizzjonijiet dettaljati għall-verifika tar-rapporti ppreżentati minn operaturi tal-inġenji tal-ajru skond l-Artikolu 14(3) u l-applikazzjonijiet taħt l-Artikoli 3e u 3f inklużi l-proċeduri ta’ verifika li jridu jintużaw mill-verifikaturi, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2).
Artikolu 16
Il-Penali
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali li jistgħu jiġu applikati għall-kontravvenzjonijiet kontra d-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-disposizzjonijiet lill-Kummissjoni ►M2 ————— ◄ u għandhom jinnotifikawha wkoll, mingħajr dewmien, b’kull emenda li taffettwahom.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-operaturi u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jkunu qed jiksru r-rekwiżiti biex iċedu kwoti suffiċjenti skond din id-Direttiva.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru li ma jċedux kwoti suffiċjenti sat-30 ta’ April ta’ kull sena biex ikopri l-emissjonijet tiegħu ta’ matul is-sena preċedenti għandu jinżamm responsabbli għall-ħlas ta’ penali ta’ emissjonijiet żejda. Il-penali ta’ emissjonijiet żejda għandha tkun ta’ EUR 100 ghal kull tunellata ta’ dijossidu tal-karbonju ekwivalenti mitfugħa u li għalihom l-operatur ma jkunx ċeda kwoti. Il-ħlas tal-penali ta’ emissjonijiet żejda ma teħlisx lill-operatur mill-obbligu li jċedi ammont ta’ kwoti ekwivalenti ghal dawk l-emissjonijiet żejda meta dan ikun qed iċedi l-kwoti relattivi għas-sena ta’ wara.
4. Matul il-perjodu taż-żmien ta’ tliet snin li jibda fl-1 ta’ Jannar 2005, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-penali l-iktar baxxa għall-eċċess ta’ l-emissjonijiet ta’ EUR 40 għal kull tunnellata metrika tad-dijossidu tal-karbonju mitfugħa minn dik l-istallazzjoni li għaliha l-operatur ma jkunx ċeda kwoti. Il-ħlas tal-penali għall-eċċess ta’ l-emissjonijiet ma għandux jeħles lill-operatur mill-obbligu li jċedi ammont ta’ kwoti egwali għall-dawk l-emissjonijiet maqbuża meta jċedi l-kwoti f’relazzjoni mas-sena kalendarja ta’ wara.
5. Fil-każ li operatur tal-inġenji tal-ajru jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u fejn miżuri ta’ infurzar oħra ma żgurawx il-konformità, l-Istat Membru amministrattiv tiegħu jista’ jitlob lill-Kummissjoni biex tiddeċiedi dwar l-impożizzjoni ta’ projbizzjoni ta’ operar fuq l-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat.
6. Kwalunkwe talba minn Stat Membru amministrattiv taħt il-paragrafu 5 għandha tinkludi:
(a) evidenza li l-operatur tal-inġenji tal-ajru ma kkonformax mal-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva;
(b) dettalji tal-azzjoni ta’ infurzar li ttieħdet minn dak l-Istat Membru;
(ċ) ġustifikazzjoni għall-impożizzjoni ta’ projbizzjoni ta’ operar fil-livell Komunitarju; u
(d) rakkomandazzjoni għall-ambitu ta’ projbizzjoni ta’ operar fil-livell Komunitarju u kwalunkwe kondizzjoni li għandha tiġi applikata.
7. Meta talbiet bħal dawk imsemmijin fil-paragrafu 5 huma indirizzati lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn permezz tar-rappreżentanti tagħhom fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(1) skond ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat.
8. L-adozzjoni ta’ deċiżjoniji wara li tkun saret talba skond il-paragrafu 5 għandha tiġi preċeduta, fejn xieraq u prattikabbli, minn konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni regolatorja tal-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat. Kull meta jkun possibbli, il-konsultazzjonijiet għandhom isiru b’mod konġunt mill-Kummissjoni u l-Istati Membri.
9. Meta l-Kummissjoni tkun qed tikkunsidra jekk tadottax deċiżjoni wara li tkun saret talba skond il-paragrafu 5, hija għandha tiżvela lill-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat il-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li jifformaw il-bażi għal tali deċiżjoni. L-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta kummenti bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol mid-data ta’ żvelar.
10. Fuq talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2), taddotta deċiżjoni li timponi projbizzjoni ta’ operar fuq l-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat.
11. Kull Stat Membru għandu jinforza, fit-territorju tiegħu, kwalunkwe deċiżjoni addottata skond il-paragrafu 10. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura meħuda għall-implimentazzjoni ta’ tali deċiżjonijiet.
12. Fejn xieraq, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati fir-rigward tal-proċeduri msemmija f’dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).
Artikolu 17
L-aċċess għall-informazzjoni
Id-Deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti, l-informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ proġetti fejn Stat Membru jipparteċipa jew jawtorizza lill-entitajiet privati jew pubbliċi biex jipparteċipaw, u r-rapporti dwar l-emissjonijiet meħtieġa fil-permess dwar l-emissjoni ta’ gass serra u li jinżamm mill-awtorità kompetenti, għandhom ikunu aċċessibbli lill-pubbliku skond id-Direttiva 2003/4/KE.
Artikolu 18
L-awtorità kompetenti
L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti amministrattivi xieraq, inkluża n-nomina ta’ l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti xierqa, sabiex jimplimentaw ir-regoli ta’ din id-Direttiva. Meta jiġu nnominati awtorità kompetenti jew iktar, irid jiġi kkordinat ix-xogħol midħul għalih minn dawn l-awtoritajiet skond din id-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom b’mod partikulari jiżguraw li jkun hemm koordinazzjoni bejn il-punt fokali tagħhom sabiex jiġu approvati attivitajiet ta’ proġetti skond l-Artikolu 6(1)(a) tal-Protokoll ta’ Kjoto u l-awtorità nazzjonali nominata tagħhom għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto rispettivament nominati skond deċiżjonijiet sussegwentement adottati taħt l-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto.
Artikolu 18a
Stat Membru Amministrattiv
1. L-Istat Membru amministrattiv fir-rigward ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jkun:
(a) fil-każ ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru b’liċenzja operattiva valida maħruġa minn Stat Membru skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar liċenzjar ta’ air carriers ( 13 ), l-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja operattiva fir-rigward ta’ dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru; u
(b) fil-każijiet kollha l-oħra, l-Istat Membru bl-akbar ammont ta’ emissjonijiet stmati u dovuti lill-avjazzjoni minn titjiriet mwettqa minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru fis-sena ta’ bażi.
2. Meta fl-ewwel sentejn ta’ kwalunkwe perijodu msemmi fl-Artikolu 3c, l-ebda mill-emissjonijiet attribwiti lill-avjazzjoni minn titjiriet imwettqin minn operatur tal-inġenji tal-ajru li jaqa’ fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu ma huma attribwiti lill-Istat Membru amministrattiv tiegħu, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiġi trasferit lejn Stat Membru amministrattiv ieħor fir-rigward tal-perijodu li jmiss. L-Istat Membru amministrattiv il-ġdid għandu jkun l-Istat Membru bl-akbar emissjonijiet attribwiti lill-avjazzjoni stmati minn titjiriet imwettqin minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru matul l-ewwel sentejn tal-perijodu ta’ qabel.
3. Abbażi tal-aqwa informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni għandha:
(a) qabel l-1 ta’ Frar 2009, tippubblika lista tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li wettqu attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2006 li tispeċifika l-Istat Membru amministrattiv għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru skond il-paragrafu 1; u
(b) qabel l-1 ta’ Frar ta’ kull sena sussegwenti, taġġorna l-lista biex tinkludi l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li sussegwentement wettqu attività tal-avjazzjoni kif elenkata fl-Anness I.
4. Il-Kummisjoni tista’, b’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2), tiżviluppa linji gwida marbuta mal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru taħt din id-Direttiva mill-Istati Membri amministrattivi.
5. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, “sena ta’ bażi” tfisser, fir-rigward ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru li beda jopera fil-Komunità wara l-1 ta’ Jannar 2006, l-ewwel sena kalendarja tal-operat, u fil-każijiet l-oħrajn kollha, is-sena kalendarja li tibda fl-1 ta’ Jannar 2006.
Artikolu 18b
Assistenza mill-Eurocontrol
Għall-finijiet tat-twettiq tal-obbligi tagħha skond l-Artikoli 3c(4) u 18a, il-Kummissjoni tista’ titlob l-assistenza tal-Eurocontrol jew ta’ organizzazzjoni rilevanti oħra u tista’ tikkonkludi għal dak l-għan kwalunkwe ftehim xieraq ma’ dawk l-organizzazzjonijiet.
Artikolu 19
L-Uffiċċji tar-Reġistrazzjonijiet
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li jiġi stabbilit u miżmum uffiċċju tar-reġistrazzjonijiet sabiex jiżgura l-kontabbiltà eżatta tal-ħruġ, iż-żamma, it-trasferiment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti. L-Istati Membri jistgħu jżommu l-uffiċċji tagħhom tar-registrazzjonijiet f’sistema konsolidata, flimkien ma’ Stat Membri ieħor jew iktar.
2. Kull persuna jista’ jkollha kwoti. L-uffiċċju tar-reġistrazzjonijiet għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku u għandu jkun fih kontijiet separati sabiex jirreġistra l-kwoti miżmuma minn kull wieħed mill-persuni li lilhom jew minn għandhom joħorġu jew jiġu ttrasferiti l-kwoti.
3. Sabiex timplimenta din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament għal sistema standardizzata u sigura ta' uffiċċji tar-reġistrazzjoni fil-għamla ta' databases elettroniċi u standardizzati li jkun fihom elementi komuni ta' informazzjoni sabiex jittraċċjaw il-ħruġ, iż-żamma, it-trasferiment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti, sabiex jipprovdu l-aċċess lill-pubbliku u għall-kunfidenzjalità kif xieraq u sabiex jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda trasferiment li jkun inkompatibbli mal-obbligi li jirriżultaw mill-Protokoll ta' Kyoto. Dak ir-Regolament għandu jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar l-użu u l-identifikazzjoni ta' CERSs u ERUs fl-iskema tal-Komunità u dwar il-monitoraġġ tal-livell ta' tali użu. Dik il-miżura, mfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).
Artikolu 20
L-Amminstratur Ċentrali
1. Il-Kummissjoni għandha tinnomina Amministratur Ċentrali sabiex iżomm reġistru indipendenti tat-transazzjonijiet li jirreġistra l-ħruġ, it-trasferiment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti.
2. L-Amministratur Ċentrali għandu jikkonduċi kontroll awtomatizzat fuq kull waħda mit-transazzjonijiet fl-uffiċċji tar-reġistrazzjonijiet permezz ta’ reġistru indipendenti tat-transazzjonijiet sabiex jiżgura li ma jkun hemm l-ebda irregolarità fil-ħruġ, it-rasferiment u l-kanċellazzjoni tal-konċessonijiet.
3. Jekk l-irregolaritajiet jiġu identifikati permezz tal-kontroll awtomatizzat, l-Amministratur Ċentrali għandu jgħarraf lill-Istat Membru jew lill-Istati Membri interessati li ma għandhomx jirreġistraw it-transazzjonijiet fil-kwistjoni jew kull transazzjoni oħra li jkollha x’taqsam mal-kwoti sakemm jiġu riżolti l-irregolaritajiet.
Artikolu 21
Ir-rappurtaġġ mill-Istati Membri
1. Kull sena l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. ►M1 Dan ir-rapport għandu jagħti kas b’mod partikulari ta’ l-arranġamenti għall-allokazzjoni ta’ kwoti, l-użu ta’ ERUs u CERs fl-iskema tal-Komunità, l-operat tar-reġistri, l-applikazzjoni tal-linji gwida dwar ir-rappurtaġġ u l-monitoraġġ, il-verifika u l-kwistjonijiet dwar il-konformità mad-Direttiva u t-trattament fiskali ta’ kwoti, jekk ikun hemm. ◄ L-ewwel rapport għandu jiġi ssottomess lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2005. Ir-rapport għandu jiġi mfassal fuq il-bażi ta’ kwestjonarju jew deskrizzjoni fil-qosor abbozzati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE. Il-kwestjonarju jew id-deskrizzjoni fil-qosor għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri mill-inqas sitt xhur qabel it-temma taż-żmien għas-sottomissjoni ta’ l-ewwel rapport.
2. Fuq il-bażi tar-rapporti riferiti fil-paragrafu 1, il-Kummisjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri.
3. Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri dwar l-iżviluppi dwar il-kwistjonijiet ta’ kwoti, l-użu ta’ ERUs u CERs fl-iskema tal-Komunità, l-operat tar-reġistri, il-monitoraġġ, ir-rappurtaġġ, il-verifika u l-konformità.
◄
Artikolu 21a
L-appoġġ ta’ attivitajiet ta’ żvilupp ta' kapaċità
Skond il-UNFCCC, il-Protokoll ta’ Kjoto u kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti adottata għall-implimentazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jappoġġaw attivitajiet ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet f’pajjiżi li qed jiżviluppaw u f’pajjiżi fejn l-ekonomija tkun fi transizzjoni sabiex jgħinuhom jagħmlu użu sħiħ tal-JI u tal-CDM b’mod ta’ appoġġ ma’ l-istrateġiji tagħhom ta’ żvilupp sostenibbli u sabiex jiffaċilitaw it-tqabbid ta’ entitajiet fl-iżvilupp u l-implementazzjoni ta’ proġett ta’ JI u CDM.
Artikolu 22
Emendi għall-Anness III
Il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness III, minbarra l-kriterji 1, 5 u 7, għall-perjodu taż-żmien mill-2008 sal-2012 fid-dawl tar-rapporti previsti fl-Artikolu 21 u l-esperjenza tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).
Artikolu 23
Il-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat istitwit bl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 93/389/KEE.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 24
Il-Proċeduri għall-inklużjoni ta’ l-attivitajiet u l-gassijiet addizzjonali
1. Filwaqt li jitqiesu l-kriterji rilevanti kollha, b'mod partikolari l-effetti fuq is-suq intern, id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, l-integrità ambjentali tal-iskema u l-affidabilità tas-sistema ta' monitoraġġ u ta' rappurtaġġ ippjanata, l-Istati Membri jistgħu, mill-2008, japplikaw għal skambji ta' kwoti ta' emissjonijiet skont din id-Direttiva għal:
(a) installazzjonijiet li m'humiex elenkati fl-Anness I, bil-kondizzjoni li l-inklużjoni ta' dawn l-installazzjonijiet tkun approvata mill-Kummissjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2), u
(b) attivitajiet u gassijiet serra li m'humiex elenkati fl-Anness I, bil-kondizzjoni li l-inklużjoni ta' dawn l-attivitajiet u gassijiet serra tkun approvata mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dik id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).
Mill-2005, l-Istati Membri jistgħu japplikaw taħt l-istess kondizzjonijiet l-iskambji ta' kwoti ta' emissjonijiet għall-installazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet elenkati fl-Anness I taħt il-limiti tal-kapaċità msemmija f'dak l-Anness.
2. L-allokazzjonijiet magħmula għall-istallazzjonijiet li jwettqu dawn l-attivitajiet għandhom ikunu speċifikati fil-pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet riferit fl-Artikolu 9.
3. Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess, jew fuq talba ta' Stat Membru tadotta linji gwida għall-monitoraġġ u r-rappurtar għall-emissjonijiet minn attivitajiet, installazzjonijiet u gassijiet bl-effett serra li mhumiex elenkati fl-Anness I jekk il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ ta' dawn l-emmisjonijiet jistgħu jitwettqu bi preċiżjoni suffiċjenti.
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).
4. Fl-eventwalità li jiddaħħlu dawn il-miżuri, ir-rivisti mwettqa skond l-Artikolu 30 għandhom jikkunsidraw ukoll jekk l-Anness I għandux jiġi emendat sabiex jinkludi l-emissjonijiet minn dawn l-attivitajiet f’manjiera armonizzata ġewwa l-Komunità kollha.
Artikolu 25
Ir-rabtiet ma’ skemi oħra ta’ skambju ta’ emissjoni tal-gassijiet serra
1. Għandhom jiġu konklużi ftehimijiet mal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness B rigward il-Protokoll ta’ Kyoto li jkunu rratifikaw il-protokoll sabiex jipprovdu għall-għarfien tal-kwoti bejn l-iskema Komunitarja u skemi oħra ta’ l-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra skond ir-regoli dikjarati fit-Trattat.
2. Fejn jiġi konkluż ftehim imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta kwalunkwe dispożizzjoni meħtieġa relatata mar-rikonoxximent reċiproku tal-kwoti ta' dak il-ftehim. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).
Artikolu 25a
Miżuri ta’ pajjiżi terzi biex jitnaqqas l-impatt tal-avjazzjoni fuq it-tibdil fil-klima
1. Meta pajjiż terz jadotta miżuri għat-tnaqqis tal-impatt tat-tibdil fil-klima minn titjiriet li jitilqu minn dak il-pajjiż li jinżlu fil-Komunità, il-Kummissjoni wara li tkun ikkonsultat mal-pajjiż terz, u mal-Istati Membri fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(1), għandha tqis l-għażliet disponibbli sabiex tipprovdi għall-aħjar interazzjoni bejn l-iskema tal-Komunità u l-miżuri ta’ dak il-pajjiż.
Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ taddotta emendi biex jipprovdu għal tijiriet li jaslu mill-pajjiż terz ikkonċernat sabiex dawn jiġu esklużi mill-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I jew biex jipprovdu għal kwalunkwe emenda oħra għall-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li huma meħtieġa minn ftehim skond ir-raba’ subparagrafu. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).
Il-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill emendi oħra għal din id-Direttiva.
Il-Kummissjoni tista’ wkoll, fejn xieraq, tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 300(1) tat-Trattat biex tiftaħ negozjati bil-ħsieb tal-konklużjoni ta’ ftehim mal-pajjiż terz ikkonċernat.
2. Il-Komunità u l-Istat Membri tagħha għandhom ikomplu jfittxu ftehim dwar miżuri globali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-avjazzjoni. Fid-dawl ta’ tali ftehim, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk humiex meħtieġa l-emendi għal din id-Direttiva kif tapplika għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru.
Artikolu 26
L-emenda għad-Direttiva 96/61/KE
Fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 96/61/KE għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:
“Meta l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tad-dinja minn stallazzjoni jiġu speċifikati fl-Anness I mad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti għall-emissjoni tal-gassijiet serra dinjia u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ( 14 ) fejn tidħol attività mwettqa f’din l-istallazzjoni, il-permess ma għandux jinkludi valur tal-limitu ta’ l-emissjonijiet għall-emissjonijiet diretti ta’ dan il-gass għajr jekk meħtieġ sabiex jiġi żgurat illi ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġiż lokali sinifikanti.
Għall-attivitajiet elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jimponux ħtiġiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-effiċjenza ta’ l-emerġija rigward l-unitajiet tal-kombustjoni jew emissjonijiet oħra li jitfgħu id-dijossidu tal-karbonju fuq is-sit.
Meta xieraq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jemendaw il-permess kif appoprjat.
It-tliet sub-paragrafi preċedenti ma għandhomx japplikaw għall-istallazzionijiet esklużi temporanjament mill-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni tal-gassijiet serra ġewa l-Komunità skond l-Artikolu 27 td-Direttiva 2003/87/KE.
Artikolu 27
L-esklużjoni temporanja ta’ ċerti stallazzjonijiet
1. L-Istati Membri jistgħu japplikaw lill-Kummissjoni sabiex stallazzjonijiet ikunu eskużi temporanjament l-iktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2007 mill-iskema Komunitarja. Kull applikazzjoni minn din għandha telenka kull stallazzjoni min dawn u għandha tiġi ppubblikata.
2. Jekk, wara li tkun ikkunsidrat kull kumment mill-pubbliku dwar din l-applikazzjoni, il-Kummissjoni tiddeċiedi, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 23(2), illi l-istallazzjonijiet iridu:
(a) b’riżultat tal-politiki nazzjonali, jillimaw l-emissjonijiet tagħhom daqs kemm ikun il-każ jekk ikunu bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;
(b) ikunu bla ħsara għall-ħtiġiet tal-monitoraġġ, ir-rappurtaġġ u l-verifika li jkunu ekwivalenti għal dawk ipprovduti fl-Artikoli 4 u 15; u
(ċ) ikunu bla ħsara għal penali mill-inqas ekwivalenti għal dawk riferiti fl-Artikolu 16(1) u (4) fil-każ li ma jwettqux il-ħtiġiet nazzjonali;
għandha tipprovdi għall-esklużjoni temporanja ta’ dawn l-istallazzjonijiet mill-iskema Komunitarja.
Irid jiġi żgurat illi ma jkun hemm l-ebda tagħwiġ fis-suq intern.
Artikolu 28
Il-ġabra komuni
1. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-operaturi ta’ l-istallazzjonijiet li jwettqu waħda mill-attivitiajiet elenkati fl-Anness I f’ġabra komuni ta’ stallazzjonijiet ta’ l-istess attività għall-perjodu taż-żmien riferit fl-Artikolu 1(2) skond il-paragrafi min 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.
2. L-operaturi li jwettqu attività elenkata fl-Anness u li jixtiequ jiffurmaw ġabra komuni għandhom japplikaw lill-awtorità kompetenti, fejn jispeċifikaw l-istallazzjonijiet u l-perjodu taż-żmien li għalihom iridu l-ġabra komuni u jfornu xiehda illi depożitarji jkun jista’ wettaq l-obbligi riferiti fil-paragrafi 3 u 4.
3. L-operaturi li jixtiequ jagħmlu ġabra komuni għandhom jinnominaw depożitarju:
(a) li trid tinħariġlu l-kwantità totali tal-konċessonijiet ikkalkolati mill-istallazzjoni ta’ l-operaturi, bħala deroga mill-Artikolu 11;
(b) li jkun responsabbli li jċedi l-kwoti, minbarra kwoti maħruġin taħt il-Kapitolu II, ugwali għat-total tal-emissjonijet tal-installazzjonijiet fil-ġabra komuni, b’deroga mill-Artikolu 6(2)(e) u 12(3); u
(ċ) ikun ristrett milli jagħmel iktar trasferimenti fl-eventwalità li rapport ta’ operatur ma jkunx ġie vverifikat bħala sodisfaċenti skond it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 15.
4. Id-depożitarju għandu jkun suġġett ghall-penalitajiet applikabbli ghal ksur tar-rekwiżiti biex iċedi kwoti suffiċjenti, minbarra kwoti maħruġin taħt il-Kapitolu II, sabiex jiġi kopert it-total tal-emissjonijet tal-installazzjonijiet fil-ġabra komuni, b’deroga mill-Artikolu 16(2), (3) u (4).
5. Stat Membru li jixtieq jippermetti li jiġu ffurmati ġabra komuni waħda jew iktar għandu jissottomettu lill-Kummissjoni l-applikazzjoni riferita fil-paragrafu 2, Mingħajr preġudizzju għat-Trattat, il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta fi żmien tliet xhur applikazzjoni li ma twettaqx il-ħtiġiet ta’ din id-Diettiva. Għandhom jingħataw raġunijiet għal kull deċiżjoni bħal din. Fil-każ ta’ rifjut, l-Istat Membru jista’ jippermetti biss li tiġi ffurmata l-ġabra komuni jekk l-emendi proposti jiġu aċċettati mill-Kummissjoni.
6. Fl-eventwalità li d-depożitarju jonqos milli jħares il-penali riferiti fil-paragrafu 4, għandu jkun responsabbli kull wieħed mill-operaturi ta’ stallazzjoni fil-ġabra komuni skond l-Artikoli 12(3) u 16 rigward l-emissjonijiet mill-istallazzjoni tiegħu.
Artikolu 29
Il-forza maġġuri
1. Matul il-perjodu taż-żmien riferit fl-Artikolu 11(1), l-Istati Membri jistgħu japplikaw lill-Kummissjoni li ċerti stallazzjonijiet jinħarġulhom kwoti addizzjonali f’każijiet ta’ forza maġġuri. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tiġix murija forza maġġuri, li f’dan il-każ għandha tawtorizza l-ħruġ ta’ kwoti addizzjonali mhux trasferibbli minn dan l-Istat Membru lill-operaturi ta’ dawn l-istallazzjonijiet.
2. Mingħajr preġudizzju għat-Trattat, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa l-iktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2003 gwida li tiddeskrivi ċ-ċirkostanzi li fihom tiġi murija forza maġġuri.
Artikolu 30
Ir-rivista u iktar żvilupp
1. Fuq il-bażi tal-progres miksub fil-monitoraġġ ta’ l-emissjoni tal-gassijiet serra, il-Kummissjoni tista’ tagħmel proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2004 sabiex temenda l-Anness I sabiex jinkludi attivitajiet u emissjonijiet oħra tal-gassijiet serra elenkati fl-Anness II.
2. Fuq il-bażi ta’ l-esperjenza ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tal-progress miksub fil-monitoraġġ ta’ l-emissjoni tal-gassijiet serra u fid-dawl ta’ l-iżviluppi fil-kuntest internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, fejn tikkunsidra:
(a) kif u jekk l-Anness I għandux jiġi emendat sabiex jinkludi setturi oħra rilevanti, fost l-oħrajn is-setturi tal-kimiċi, ta’ l-aluminju u tat-trasport, l-attivitajiet u l-emissjoni ta’ gassijiet oħra elenkati fl-Anness II, bil-ħsieb li tittejjeb iktar l-effiċjenza ekonomika ta’ l-iskema.
(b) ir-relazzjoni ta’ l-iskambju Komuntarju ta’ kwoti għall-emissjoniet ma’ l-iskambju internazzjonali ta’ l-emissjonijiet li jrid jibda fis-sena 2008;
(ċ) iktar armonizzazzjoni tal-metodu ta’ l-allokazzjoni (inkluż l-irkant għaż-żmien wara s-sena 2012) u tal-kriterji għall-pjani nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet riferiti fl-Anness III;
(d) l-użu ta’ krediti minn attivitajiet ta’ proġetti, inkluż il-bżonn għall-armonizzazzjoni ta’ l-użu permess ta’ ERUs u CERs fl-iskema tal-Komunità;
(e) ir-relazzjoni ta’ l-iskambju ta’ l-emissjonijiet ma’ politiki u miżuri oħra implimentati fil-livell ta’ l-Istati Membri u tal-Komunità, inkluża t-tassazzjoni, li jsegwu l-istess għanijiet;
(f) jekk ikunx approprjat li jkun hemm uffiċċju wieħed Komunitarju tar-reġistrazzjonijiet;
(g) il-livell tal-penali għall-eċċess ta’ l-emissjonijiet, filwaqt li titqies l-inflazzjoni, fost ħwejjeġ oħra;
(h) il-funzjonament tas-suq tal-għti tal-kwoti, li jkopri b’mod partikolari kull disturbanza possibbli tas-suq;
(i) kif l-iskema Komunitarja tiġi addattata għall-Unjoni Ewropea magħmula ikbar;
(j) il-ġabra komuni;
(k) kemm hu prattikabbli li jiġu żviluppati livelli ta’ gradazzjoni mal-Komunità kollha bħala bażi ta’ l-allokazzjonijiet, filwaqt li jitqiesu l-aħjar metodi tat-teknika u benefiċċji taħt il-profil tal-ġestjoni disponibbli;
(l) l-impatt ta’ l-attivitajiet ta’ proġetti fuq il-pajjiżi ospitanti, b’mod partikulari fuq l-għanijiet ta’ żvilupp tagħhom, kemm ta’ attivitajiet ta’ proġetti ta’ produzzjoni ta’ enerġija idroelettrika JI u CDM b’kapaċità ta’ ġenerazzjoni ta’ aktar minn 500 MW li għandhom impatti ambjentali jew soċjali negattivi ġew approvati, u l-użu futur ta’ CERs jew ERUs li jirriżultaw minn kwalunkwe attività ta’ proġetti tali ta’ produzzjoni ta’ enerġija idroelettrika fl-iskema tal-Komunità;
(m) is-sostenn ta’ sforzi għall-ħolqien ta’ kapaċitajiet f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u f’pajjiżi b’ekonomiji tranżitorji;
(n) il-modalitajiet u proċeduri għall-approvazzjoni ta’ l-Istati Membri ta’ attivitajiet ta’ proġetti domestiċi u għall-ħruġ ta’ kwoti fir-rigward ta’ tnaqqis jew limitazzjonijiet ta’ emissjonijiet li jirriżultaw minn tali attivitajiet mill-2008;
(o) dispożizzjonijiet tekniċi dwar in-natura temporanja tal-krediti u l-limitu ta’ 1 % għall-eliġibilità għall-użu ta’ l-art, użu ġdid ta’ l-art u attivitajiet ta’ proġetti ta’ afforestazzjoni kif stabbilit fid-Deċiżjoni 17/CP.7, u d-dispożizzjonijiet dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni ta’ riskji potenzjali assoċjati ma’ l-użu ta’ l-organiżmi modifikati ġenetikament u speċji barranin li huma potenzjalment invażivi b’attivitajiet ta’ proġetti ta’ afforestazzjoni u afforestazzjoni mill-ġdid sabiex iħallu lill-operaturi jużaw CERs u ERUs li jirriżultaw mill-użu ta’ l-art, użu ġdid ta’ l-art u attivitajiet ta’ proġetti ta’ afforestazzjoni fl-iskema tal-Komunità mill-2008, skond id-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto.
Il-Kummissjoni għandha tissottometti dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta’ Ġunju 2006, akkumpanjat bi proposti kif jixraq.
3. Qabel kull perjodu msemmi fl-Artikolu 11(2), kull Stat Membru għandu jippublika fil-pjan ta’ l-allokazzjoni nazzjonali tiegħu l-użu previst ta’ ERUs u CERs u l-persentaġġ massimu ta’ l-allokazzjoni għal kull stallazzjoni li l-operaturi jistgħu jużaw ERUs u CERs fl-iskema tal-Komunità għal dak il-perjodu. L-użu totali ta’ ERUs u CERs għandu jkun konsistenti ma’ l-obbligi supplimentari rilevanti taħt il-Protokoll ta’ Kjoto u l-UNFCCC u d-deċiżjonijiet adottati taħthom.
L-Istati Membri għandhom, skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru. 280/2004/KE, jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull sentejn dwar kemm l-azzjoni domestika attwalment tikkostitwixxi element sinifikanti ta’ l-isforzi magħmula f’livell nazzjonali, kif ukoll safejn l-użu tal-mekkaniżmi dwar il-proġetti hu attwalment supplimentari għall-azzjoni domestika u l-proporzjon ta’ bejniethom, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Protokoll ta’ Kjoto ( 15 ) u d-deċiżjonijiet adottati taħthom. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar dan skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni msemmija. Fid-dawl ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, tagħmel proposti leġiżlattivi jew oħrajn sabiex tikkomplementa id-dispożizzjonijiet minn Stati Membri biex tiżgura li l-użu tal-mekkaniżmi hu supplimentari għall-azzjoni domestika fil-Komunità.
4. Sa l-1 ta’ Diċembru 2014 il-Kummissjoni għandha, abbażi ta’ monitoraġġ u esperjenza tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, tirrevedi l-funzjonament ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-Anness I u tista’ tagħmel proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 251 tat-Trattat kif xieraq. Il-Kummissjoni għandha tagħti konsiderazzjoni b’mod partikolari għal:
(a) l-implikazzjonijiet u l-impatti ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-funzjonament ġenerali tal-iskema Komunitarja;
(b) il-funzjonament tas-suq tal-għoti tal-kwoti, li jkopri b’mod partikolari kwalunkwe disturbanza possibbli tas-suq;
(ċ) l-effikaċja ambjentali tal-iskema Komunitarja u sa fejn il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi tal-ajru taħt l-Artikolu 3c għandha titnaqqas f’konformità ma’ miri tal-UE ta’ tnaqqis ġenerali ta’ emissjonijiet;
(d) l-impatt tal-iskema Komunitarja fuq is-settur tal-avjazzjoni, inklużi l-kwistjonijiet tal-kompetittività, filwaqt li jitqies b’mod partikolari l-effett tal-politika dwar it-tibdil fil-klima implimentati għall-avjazzjoni barra mill-UE;
(e) il-kontinwazzjoni mar-riżerva speċjali għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru, b’kont meħud tal-konverġenza possibbli tar-rati ta’ tkabbir fl-industrija kollha;
(f) l-impatt tal-iskema Komunitarja fuq id-dipendenza strutturali fuq it-trasport tal-avjazzjoni ta’ gżejjer, reġjuni mingħajr kosta, reġjuni periferiċi u dawk l-aktar ‘il bogħod tal-Komunità;
(g) jekk għandhiex tiġi inkluża sistema ta’ portal biex tiffaċilita l-iskambju ta’ kwoti bejn operaturi tal-inġenji tal-ajru u operaturi ta’ installazzjonijiet waqt li tiżgura li l-ebda transazzjonijiet ma jirriżultaw fi trasferiment nett ta’ kwoti minn operaturi tal-inġenji tal-ajru lil operaturi ta’ installazzjonijiet;
(h) l-implikazzjonijiet tal-limiti tal-esklużjoni kif speċifikati fl-Anness I f’termini ta’ massa massima ċċertifikata għat-tluq u n-numru ta’ titjiriet fis-sena li twettqu minn operatur tal-inġenji tal-ajru;
(i) l-impatt tal-eżenzjoni mill-iskema Komunitarja ta’ ċerti titjiriet li twettqu fil-qafas tal-obbligi tas-servizz pubbliku imposti skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar l-aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji ( 16 );
(j) żviluppi, inkluż il-potenzjal għal żviluppi futuri, fl-effiċjenza tal-avjazzjoni u b’mod partikolari l-progress lejn il-kisba tal-għan tal-Kunsill Konsultattiv dwar ir-Riċerka Aeronawtika fl-Ewropa (ACARE) biex jiġu żviluppati u murija teknoloġiji li jistgħu jnaqqsu l-konsum tal-karburant b’50 % sa l-2020 u jekk humiex meħtieġa miżuri ulterjuri biex tiżdied l-effiċjenza.
(k) żviluppi fl-għarfien xjentifiku dwar l-impatti tat-tibdil fil-klima tat-traċċi ta’ kondensazzjoni u tas-sħab tat-tip ċirru kkawżat mill-avjazzjoni bil-għan li jiġu proposti miżuri effettivi ta’ mitigazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha mbagħad tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJO NIJIET FINALI
Artikolu 31
L-implimentazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva l-iktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2003. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.
Il-Kummisjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri l-oħra b’dawn il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif isir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjoni fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttva. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra bihom.
Artikolu 32
Id-Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 33
Id-destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
KATEGORIJI TA’ ATTIVITAJIET LI GĦALIHOM TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA
1. |
L-istallazzjonijiet jew il-partijiet ta’ l-istallazzjonijiet użati għar-riċerka, l-iżvilupp u t-testijiet ta’ prodotti u proċessi ġodda mhumiex koperti b’din id-Direttiva, |
2. |
Il-valuri tal-għetiebi mogħtija hawn taħt ġeneralment jirreferu għall-kapaċitajiet jew ir-riżultati tal-produzzjoni. Meta operatur iwettaq numru ta’ attivitajiet li jidħlu fl-istess sub-intestatura fl-istess stallazzjonijiet jew fuq l-istess sit, il-kapaċitajiet ta’ dawn l-attivitajiet jiġu miżjuda flimkien. Mill-1 ta’ Jannar 2012, għandhom jiġu inklużi t-titjiriet kollha li jaslu jew li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru li għalih japplika t-Trattat.
|
ANNESS II
IL-GASSIJIET SERRA DINJIA RIFERITI FL-ARTIKOLI 3 U 30
Id-Dijossidu tal-karbonju (CO2)
Il-Metan (CH4)
L-Ossidu nitriku (N2O)
L-Idrofluworokarboni (HFCs)
Il-Perfluworokarboni (PFCs)
L-Essafluworur tal-kubrit (SF6)
ANNESS III
IL-KRITERJI GĦALL-PJANI NAZZJONALI GĦALL-ALLOKAZZJONIJIET RIFERITI FL-ARTIKOLI 9, 22 U 30
1. Il-kwantità totali tal-għoti tal-kwoti li jridu jiġu allokati għall-perjodu rilevanti taż-żmien għandha tkun konsistenti ma' l-obbligu ta' l-Istat Membru li jillimita l-emissjonijiet tiegħu skond id-Deċiżjoni 2002/358/KE u l-Protokoll ta' Kyoto, fil-waqt li jitqiesu, minn banda waħda, l-proporzjon ta' l-emissjonijiet ġenerali li dawn l-emissjonijiet jirrappreżentaw f'paragun ma' l-emissjonijiet minn sorsi mhux koperti b'din id-Direttiva u, mill-banda l-oħra, il-politiki nazzjonali dwar l-enerġija, u għandhom ikunu konsistenti mal-programm nazzjonali tal-bidla fil-klima. Il-kwantità totali tal-kwoti li trid tiġi allokata ma għandhiex tkun iktar milli x'aktarx li tkun meħtieġa għall-applikazzjoni stretta tal-kriterji ta' dan l-Anness.Qabel is-sena 2008, il-kwantità għandha tkun konsistenti mat-triq lejn il-kisba jew in-nuqqas tal-kisba tal-mira ta' kull wieħed mill-Istati Membri skond id-Deċiżjoni 2002/358/KE u l-Protokoll ta' Kyoto.
2. Il-kwantità totali tal-għoti tal-kwoti li trid tiġi allokata għandha tkun konsistenti ma' l-istimi tal-progress attwali u proġettati sabiex iwettqu l-kontribuzzjonijiet ta' l-Istati Membri għall-impennji Komunitarji magħmula skond id-Deċiżjoni 93/389/KEE.
3. Il-kwantitajiet tal-kwoti li jridu jiġu allokati għandhom ikunu konsistenti mal-potenzali, inkluż il-potenzjal teknoloġiku, ta' l-attiviajiet koperti b'din l-iskema sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet. L-Istati Membri jistgħu jsejsu d-distribuzzjoni tagħhom tal-kwoti fuq l-emissjonijiet medji tal-gassijiet serra skond il-prodott f'kull attività u l-progress li jista' jinkiseb f'kull attività.
4. Il-pjan għandu jkun konsistenti ma' l-istrumenti l-oħra Komunitarji leġislattivi u ta' politika. Għandhom jitqiesu ż-żidiet li ma jistgħux jiġu evitati fl-emissjonijiet li jirriżultaw minn ħtiġiet leġislattivi ġodda.
5. Il-pjan ma għandux jiddiskrimina bejn il-kumpaniji jew is-setturi hekk li jiffavorixxi kif mhux mistħoqq lil ċerti impriżi jew attivitajiet skond il-ħtiġiet tat-Trattat, b'mod partikolari l-Artikolu 87 u 88 tiegħu.
6. Il-pjan għandu jkun fih tagħrif dwar il-manjiera li fiha dawk li jidħlu ġodda jkunu kapaċi li jibdew jipparteċipaw fl-iskema Komunitarja fl-Istati Membri interessati.
7. Il-pjan jista' jakkommoda azzjoni bikrija u għandu jkun fih it-tagħrif dwar il-manjiera li fiha titqies l-azzjoni bikrija. Jistgħu jintużaw fl-Istati Membri l-livelli tal-gradazzjoni derivati mid-dokumenti tar-riferiment li jirrigwardaw l-aħjar teknoloġiji disponibbli fl-iżvilupp tal-Pjani Nazzjonali tagħhom ta' l-Allokazzjonijiet, u dawn il-livelli tal-gradazzjoni jistgħu jinkorporaw element li jakkommoda l-azzjoni bikrija.
8. Il-pjan għandu jkun fih tagħrif dwar il-manjiera li fiha titqies it-teknoloġija nadifa, inklużi t-teknoloġiji ta' enerġija effiċjenti.
9. Il-pjan għandu jinkludi disposizzjonijiet għall-kummenti li jridu jiġu espressi mill-pubbliku, u jkun fih tagħrif dwar l-arranġamenti li bihom jitqiesu dawn il-kummenti qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-kwoti.
10. Il-pjan għandu jkun fih lista ta' l-istallazzjonijiet koperti b'din id-Direttiva bil-kwantitajiet tal-konċessonijiet maħsuba li jiġu allokati lil kull waħda.
11. Il-pjan jista' jkun fih tagħrif fil-manjiera li fiha titqies l-eżistenza tal-kompetizzjoni minn pajjiżi jew entitajiet 'il barra mill-Unjoni.
12. Il-pjan għandu jispeċifika l-ammont massimu ta' CERs u ERUs li jista’ jintuża minn operaturi fl-iskema tal-Komunità bħala persentaġġ ta’ l-allokazzjoni tal-kwoti għal kull stallazzjoni. Il-persentaġġ għandu jkun konsistenti ma’ l-obbligi supplimentari ta’ l-Istati Membri taħt il-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto.
ANNESS IV
IL-PRINĊIPJI GĦALL-MONITORAĠĠ U R-RAPPURTAĠĠ RIFERITI FL-ARTIKOLU 14(1)
PARTI A – Il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet minn installazzjonijiet stazzjonarji
Il-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet tad-dijossisdu tal-karbonju
L-emissjonijiet għandhom jiġu mmonitorjati jew bil-kalkolu jew fuq il-bażi tal-kejl.
Il-kalkolu
Il-kalkoli ta' l-emissjonijiet għandhom jitwettqu bl-użu tal-formola:
L-informazzjoni dwar l-attività × il-Fattur ta' l-emissjoni × il-Fattur ta' l-ossidazzjoni
L-informazzjoni dwar l-attività (il-karburant użat, ir-rata tal-produzzjoni, eċċ) għandhom jiġu mmonitorjati fuq il-bażi ta' l-informazzjoni dwar il-provvista jew tal-kejl.
Għandhom jintużaw fatturi aċċettati ta' l-emissjonijiet. Huma aċċettabbli l-fatturi speċifiċi għall-attività ta' l-emissjonijiet rigward il-karburanti kollha. Huma aċċettabbli l-fatturi tan-nuqqas għall-karburanti kollha minbarra dawk mhux kummerċjali (karburanti ta' l-iskart bħalma huma t-tyres u l-gassijiet tal-proċessi industrijali). Nuqqasijiet li huma speċifiċi għas-saff rigward il-faħam, u nuqqasijiet speċifiċi għall-UE jew speċifiċi għall-pajjiż rigward il-produttur għall-gass naturali għandhom jiġu elaborati iktar. Il-valuri IPCC tan-nuqqas huma aċċettabbli għall-prodotti tar-raffineriji. Il-valur ta' l-emissjonijiet għall-bijomassa għandu jkun żero.
Jekk il-fattur ta' l-emissjonijiet ma jqisx il-fatt illi wħud mill-karbonji ma jkunux ossidizzati, allura għandu jintuża fattiu addizzjonali għall-ossidazzjoni. Jekk il-fatturi speċifiċi għall-attività ta' l-emissjonijiet ikunu ġew ikkalkolati u diġà jieħdu l-ossidazzjoni f'konsiderazzjoni, allura l-fattur ta' l-ossidazzjoni ma għandux għalfejn jiġi applikat.
Għandhom jintużaw il-fatturi tan-nuqqas rigward l-ossidazzjoni żviluppati skond id-Direttiva 96/61/KE, għajr jekk l-operatur jista' juri illi l-fatturi speċifiċi għall-attività huma iktar eżatti.
Għandu jsir kalkolu separat għal kull attività, stallazzjoni u għal kull karburant.
Il-kejl
Il-kejl ta' l-emissjonijiet għandu juża metodi standardizzati jew aċċettati, u għandhom jiġu kkorroborati minn kalkolu ta' appoġġ ta' l-emissjonijiet.
Il-monitoraġġ ta' l-emissonijiet ta' gassijiet oħra tas-serra.
Għandhom jintużaw metodi standardizzati jew aċċettati, żviluppati mill-Kummissjoni f'kollaborazzjoni mal-partijiet rilevanti kollha. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).
Ir-Rappurtaġġ ta' l-emissjonijiet
Kull wieħed mill-operaturi għandu jinkludi t-tagħrif li ġej fir-rapport dwar stallazzjoni:
A. L-informazzjoni dwar l-istallazzjoni, li tinkludi:
— L-isem ta' l-istallazzjoni;
— L-indirizz tagħha, inklużi l-kodiċi postali u l-pajjiż;
— It-tip u n-numru ta' l-attivitajiet ta' l-Anness I imwettqa fl-istallazzjoni;
— L-indirizz, u d-dettalji dwar it-telefon, il-fax u l-e-mail għal persuna tal-kuntatt; u
— L-isem tas-sid ta' l-istallazzjoni, u tal-kumpanija prinċipali.
B. Għal kull attività ta' l-Anness I imwettqa fuq is-sit li għaliha jiġu kkalkolati l-emissjonjiet:
— L-informazzjoni dwar l-attività;
— Il-fatturi ta' l-emissjoni;
— Il-fatturi ta' l-ossidazzjoni;
— L-emissjonijiet totali; u
— L-inċertezza.
Ċ. Għal kull attività ta' l-Anness I imwettqa fuq is-sit li għaliha jiġu mkejla l-emissjonjiet:
— L-emissjonjiet totali;
— It-tagħrif dwar il-fiduċja tal-metodi tal-kejl; u
— L-inċertezza.
D. Għall-emissjonijiet mill-kombustjoni, ir-rapport għandu jinkludi wkoll il-fattur ta' l-ossidazzjoni, għajr jekk l-ossidazzjoni tkun diġà tqieset fl-iżvilupp ta' fattur speċifiku għall-attività ta' l-emissjoni.
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jikkordinaw il-ħtiġiet tar-rappurtaġġ ma' kull ħtieġa eżistenti tar-rappurtaġġ sabiex jimminimizaw it-toqol tar-rappurtaġġ fuq in-negozji.
PARTI B – Il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet minn attivitajiet tal-avjazzjoni
Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju
L-emissjonijiet għandhom jiġu mmonitorjati permezz ta’ kalkolu. L-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkolati permezz tal-formola:
Konsum tal-karburant × fattur ta’ emissjoni
Il-konsum tal-karburant għandu jinkludi l-karburant ikkunsmat mill-ġeneratur awżiljarju. Il-konsum attwali tal-karburant għal kull titjira għandu jintuża kull fejn hu possibbli u għandu jiġi kkalkulat permezz tal-formola:
Ammont ta’ karburant li jinsab fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru ladarba jkun sar il-mili tal-karburant għat-titjira – ammont ta’ karburant li jinsab fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru wara li jkun sar il-mili tal-karburant għat-titjira sussegwenti + mili tal-karburant għal dik it-titjira sussegwenti.
Jekk id-data tal-konsum attwali tal-karburant ma tkunx disponibbli, għandu jintuża metodu standardizzat imqassam f’livelli għall-istima tad-data tal-konsum tal-karburant ibbażat fuq l-aqwa informazzjoni disponibbli.
Għandhom jintużaw il-fatturi ta’ bażi għall-emissjonijiet IPCC, meħudin mil-Linji Gwida tal-Inventarju tal-IPCC 2006 jew minn aġġornamenti sussegwenti ta’ dawn il-Linji Gwida, sakemm ma jkunux aktar preċiżi l-fatturi għall-emissjonijiet marbutin speċifikament mal-attività li waslu għalihom laboratorji indipendenti akkreditati permezz ta’ metodi ta’ analiżi aċċettati. Il-fattur tal-emissjoni għall-bijomassa għandu jkun żero.
Għandu jsir kalkolu separat għal kull titjira u għal kull karburant.
Ir-rappurtaġġ tal-emissjonijiet
Taħt l-Artikolu 14(3) kull operatur tal-inġenji tal-ajru, fir-rapport tiegħu għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
A. Data li tiddentifika l-operatur tal-inġenji tal-ajru, inkluż:
— l-isem tal-operatur tal-inġenji tal-ajru,
— l-Istat Membru amministrattiv tiegħu,
— l-indirizz tiegħu, inkluż il-kodiċi postali u l-pajjiż u, jekk differenti, l-indirizz ta’ kuntatt tiegħu fl-Istat Membru amministrattiv,
— in-numri ta’ reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru u t-tipi ta’ inġenji tal-ajru li ntużaw minnu fil-perijodu kopert bir-rapport għat-twettiq tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I,
— in-numru u l-awtorità tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru u l-liċenzja operattiva li permezz tagħha l-operatur tal-inġenji tal-ajru wettaq l-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I,
— l-indirizz, u d-dettalji tat-telefon, il-fax u l-e-mail għal persuna ta’ kuntatt, u
— l-isem ta’ sid l-inġenju tal-ajru.
B. Għal kull tip ta’ karburant li għalih jiġu kkalkulati l-emissjonijiet:
— il-konsum tal-karburant,
— il-fattur tal-emissjoni,
— l-emissjonijiet totali aggregati mit-titjiriet kollha li twettqu matul il-perijodu kopert bir-rapport li jaqgħu fl-ambitu tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li għalihom l-operatur in kwistjoni huwa kkunsidrat l-operatur tal-inġenji tal-ajru,
— l-emissjonijiet aggregati minn:
—— it-titjiriet kollha li twettqu matul il-perijodu kopert bir-rapport li jaqgħu fi ħdan l-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li għalihom l-operatur in kwistjoni huwa kkunsidrat l-operatur tal-inġenji tal-ajruu li telqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru u li waslu f’ajruport li jinsab fit-territorju tal-istess Stat Membru,
— titjiriet kollha oħrajn li twettqu matul il-perijodu kopert bir-rapport li jaqgħu fl-ambitu tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li għalihom l-operatur in kwistjoni huwa kkunsidrat l-operatur tal-inġenji tal-ajru,
— l-emissjonijiet totali aggregati mit-titjiriet kollha li twettqu matul il-perijodu kopert bir-rapport li jaqgħu’ fl-ambitu tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li għalihom l-operatur in kwistjoni huwa kkunsidrat l-operatur tal-inġenji tal-ajru u li:
—— telqu minn kull Stat Membru, u
— waslu f’kull Stat Membru minn pajjiż terz,
— l-inċertezza.
Il-monitoraġġ tad-data f’tunnellati-kilometru għall-fini tal-Artikoli 3e u 3f
Għall-fini tal-applikazzjoni għal allokazzjoni ta’ kwoti skond l-Artikolu 3e(1) jew l-Artikolu 3f(2), l-ammont tal-attività tal-avjazzjoni għandu jiġi kkalkulat f’tunnellati-kilometru permezz tal-formola li ġejja:
tunnellati-kilometru = distanza x tagħbija li tinġarr bi ħlas
fejn:
“distanza” tfisser id-distanza fiċ-ċirku kbir bejn l-ajrudrom tat-tluq u l-ajrudrom tal-wasla b’żieda ta’ fattur fiss addizzjonali ta’ 95 km; u
“tagħbija li tinġarr bi ħlas” tfisser il-massa totali tal-merkanzija, il-posta u l-passiġġieri li nġarru.
Għall-finijiet tal-kalkolu tat-tagħbija li tinġarr bi ħlas:
— in-numru tal-passiġġieri għandu jkun in-numru ta’ persuni abbord esklużi l-membri tal-ekwipaġġ,
— operatur tal-inġenji tal-ajru jista’ jagħżel li japplika jew il-massa attwali jew standard għall-passiġġieri u l-bagalji rreġistrati li jinsabu fil-massa tiegħu u d-dokumentazzjoni bilanċarja għat-titjiriet rilevanti jew valur ta’ bażi ta’ 100 kg għal kull passiġġier u l-bagalji rreġistrati tiegħu.
Ir-rappurtaġġ ta’ data f’tunnellati-kilometru għall-fini tal-Artikoli 3e u 3f
Kull operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja fl-applikazzjoni tiegħu skond l-Artikolu 3e(1) jew Artikolu 3f(2):
A. Data li tidentifika l-operatur tal-inġenji tal-ajru, inkluż:
— l-isem tal-operatur tal-inġenji tal-ajru,
— l-Istat Membru amministrattiv tiegħu,
— l-indirizz tiegħu, inkluż il-kodiċi postali u l-pajjiż u, jekk differenti, l-indirizz ta’ kuntatt tiegħu fl-Istat Membru amministrattiv,
— in-numri ta’ reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru u t-tipi ta’ inġenji tal-ajru li ntużaw matul is-sena koperta bl-applikazzjoni għat-twettiq tal-attivitajiet tal-avjazzjoni mill-operatur tal-inġenji tal-ajru elenkati fl-Anness I,
— in-numru u l-awtorità tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru u l-liċenzja operattiva li permezz tagħha l-operatur tal-inġenji tal-ajru wettaq l-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I,
— l-indirizz, u d-dettalji tat-telefon, il-fax u l-e-mail għal persuna ta’ kuntatt, u
— l-isem ta’ sid l-inġenju tal-ajru.
B. Data f’tunnellati-kilometru:
— in-numru ta’ titjiriet għal kull par ta’ ajrudromi,
— in-numru ta’ passiġġieri-kilometri għall kull par ta’ ajrudromi,
— in-numru ta’ tunnellati-kilometru skond il-pari ta’ ajrudrom,
— il-metodu magħżul biex tiġi kkalkulata l-massa għall-passiġġieri u l-bagalji rreġistrati,
— in-numru totali ta’ tunnellati-kilometru għat-titjiriet kollha li twettqu matul is-sena relatati mar-rapport li jaqgħu fi ħdan l-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I u li twettqu mill-operatur tal-inġenji tal-ajru.
ANNESS V
IL-KRITERJI GĦALL-VERIFIKA RIFERITI FL-ARIKOLU 15
PARTI A – Il-verifika tal-emissjonijiet minn installazzjonijiet stazzjonarji
Il-Prinċipji ġenerali
1. L-emissjonijiet minn kull waħda mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I għandhom ikunu bla ħsara għal verifika.
2. Il-proċess tal-verifika għandu jinkludi l-konsiderazzjoni tar-rapport skond l-Artikolu 14(3) u tal-monitoraġġ matul is-sena ta’ qabel. Għandu jindirizza l-fiduċja, il-kredibbiltà u l-eżattezza tas-sistemi tal-monitoraġġ u l-informazzjoni u t-tagħrif irrappurtati fejn jidħlu l-emissjonijiet, b’mod partikolari:
(a) l-informazzjoni dwar l-attività rrappurtata u l-kejlijiet u l-kalkoli rrelatati;
(b) il-għażla u l-użu tal-fatturi ta’ l-emissjonijiet;
(ċ) il-kalkoli li jwasslu sabiex jiġu stabbiliti l-emissjonijiet ġenerali; u
(d) jekk jintuża l-kejl, l-approprjatezza tal-għażla u l-użu tal-metodi tal-kejl.
3. L-emissjonijiet irrappurtati jistgħu jiġu vvalidati biss jekk l-informazzjoni u t-tagħrif ta’ fiduċja u kredibbli jippermettu li l-emissjonijiet jiġu stabbiliti b’livell għoli ta’ ċertezza. Livell għoli ta’ ċertezza jeħtieġ li l-operatur juri illi:
(a) l-informazzjoni rrappurtata tkun ħielsa mill-inkonsistenzi;
(b) il-kollezzjoni ta’ l-informazzjoni tkun twettqet skond l-i standards xjentifiċi li japplikaw; u
(ċ) ir-registri rilevanti ta’ l-istallazzjoni jkunu kompleti u konsistenti.
4. Il-verifikatur għandu jingħata aċċess għas-siti kollha u t-tagħrif fejn jidħol is-suġġett tal-verifika.
5. Il-verifikatur għandu jqis jekk l-istallazzjoni tkunx irreġistrata skond l-iskema Komunitarja ta’ l-eko-ġestjoni u l-verifika (EMAS).
Il-metodoloġija
L-analiżi strateġiku
6. Il-verifika għandha tkun imsejsa fuq analiżi strateġiku dwar l-attivitajiet kollha mwettqa fl-istallazzjoni. Dan ifisser illi l-verifikatur ikollu veduta ġenerali ta’ l-attivitajiet kollhau s-sinifikat tagħhom għall-emissjonijiet.
L-analiżi tal-proċess
7. Il-verifika tat-tagħrif issottomess għandha, meta xieraq, titwettaq fuq is-sit ta’ l-istallazzjoni. Il-verifikatur għandu juża kontrolli fuq il-post sabiex jistabbilixxi l-fiduċja ta’ l-informazzjoni u tat-tagħrif irrappurtati.
L-anliżi tar-riskju
8. Il-verifikatur għandu jissottometti s-sorsi kollha ta’ l-emissjonijiet fl-istallazzjoni għal valutazzjoni rigward il-fiduċja ta’ l-informazzjoni dwar kull sors li jikkontribwixxi għall-emissjonijiet ġenerali ta’ l-istallazzjoni.
9. Fuq il-bażi ta’ dan l-analiżi, il-verifikatur għandu jidentifika b’mod espliċitu dawk is-sorsi b’riskju għoli ta’ żball u l-aspetti l-oħra tal-proċedura tal-monitoraġġ u r-rappurtaġġ li x’aktarx jikkontribwixxu għall-iżbalji meta jiġu stabbiliti l-emissjonijiet ġenerali. Dan jinvolvi b’mod speċjali l-għażla tal-fatturi ta’ l-emissjonijiet u l-kalkoli meħtieġa sabiex jistabbilixxu l-livell ta’ l-emissjonijiet minn sorsi individwali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dawk is-sorsi b’riskju għoli ta’ żball u l-aspetti msemmija hawn fuq dwar il-proċedura tal-monitoraġġ.
10. Il-verifikatur għandu jieħu f’konsiderazzjoni kull metodu effettiv tal-kontroll tar-riskju applikat mill-operatur bil-ħsieb li jiġi mminimizzat il-grad ta’ l-inċertezza.
Ir-rapport
11. Il-veifikatur għandu jħejji rapport dwar il-proċess tal-validazzjoni fejn jiddikjara jekk ikunx sodisfaċenti r-rapport skond l-Artikolu 14(3). Dan ir-rapport għandu jispeċifika l-kwistjonijiet kollha rilevanti għax-xogħol imwettaq. Tista’ ssir dikjarazzjoni illi r-rapport skond l-Artikolu 14(3) huwa sodisfaċenti jekk, fl-opinjoni tal-verifikatur, l-emissjonijiet ma jkunux iddikjarati ħażin materjalment.
Il-ħtiġiet tal-kompetenza minima għall-verifikatur
12. Il-verifikatur għandu jkun indipendenti mill-operatur, iwettaq l-attivitajiet tiegħu f’manjiera soda u professjonalment oġġettiva, u jifhem:
(a) id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva kif ukoll ta’ l-i standards rilevanti u l-gwida adottata mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 14(1);
(b) il-ħtiġiet leġislattivi, regolatorji u amministrattivi rilevanti għall-attivitajiet li jkunu qegħdin jiġu vverifikati; u
(ċ) il-ġenerazzjoni tat-tagħrif kollu li għandu x’jaqsam ma’ kull wieħed mis-sorsi ta’ l-emissjonijiet fl-istallazzjoni, b’mod partikolari, fejn jidħlu l-ġbir, il-kejl, il-kalkolu u r-rappurtaġġ ta’ l-informazzjoni.
PARTI B – Il-verifika tal-emissjonijiet minn attivitajiet tal-avjazzjoni
13. Il-prinċipji ġenerali u l-metodoloġija stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw għall-verifika tar-rapporti tal-emissjonijiet minn titjiriet li jaqgħu fi ħdan attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I.
Għal dan il-għan:
(a) fil-paragrafu 3, ir-referenza għal operatur għandha tinftiehem bħala referenza għal operatur tal-inġenji tal-ajru, u fil-punt (c) ta’ dak il-paragrafu r-referenza għal installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għall-inġenju tal-ajru li ntuża għat-twettiq tal-attivitajiet tal-avjazzjoni koperti bir-rapport;
(b) fil-paragrafu 5, ir-referenza għal installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għall-operatur tal-inġenji tal-ajru;
(c) fil-paragrafu 6, ir-referenza għal attivitajiet imwettqin fl-installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għal attivitajiet tal-avjazzjoni koperti bir-rapport u mwettqin mill-operatur tal-inġenji tal-ajru;
(d) fil-paragrafu 7, ir-referenza għas-sit tal-installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għas-siti użati mill-operatur tal-inġenji tal-ajru għat-twettiq tal-attivitajiet tal-avjazzjoni koperti bir-rapport;
(e) fil-paragrafi 8 u 9 r-referenzi għas-sorsi tal-emissjonijiet fl-installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għall-inġenju tal-ajru li għalih huwa responsabbli l-operatur tal-inġenji tal-ajru; u
(f) fil-paragrafi 10 u 12 ir-referenzi għal operatur għandhom jinftiehmu bħala referenza għal operatur tal-inġenji tal-ajru.
Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijet tal-avjazzjoni
14. Il-verifikatur b’mod partikolari għandu jaċċerta li:
(a) it-titjiriet kollha li jaqgħu fi ħdan attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I ittieħdu f’konsiderazzjoni. F’din il-ħidma il-verifikatur għandu jiġi assistit permezz ta’ data dwar l-iskedi ta’ żmien u ta’ data oħra dwar it-traffiku tal-operatur tal-inġenji tal-ajru inkluża d-data mill-Eurocontrol mitluba minn dak l-operatur;
(b) hemm konsistenza ġenerali bejn id-data dwar il-konsum aggregat tal-karburant u d-data dwar il-karburant mixtri jew inkella fornut lill-inġenju tal-ajru li jwettaq l-attività tal-avjazzjoni.
Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-verifika tad-data f’tunnellati-kilometru ppreżentata għall-finijiet tal-Artikoli 3e u 3f
15. Il-prinċipji ġenerali u l-metodoloġija għall-verifika tar-rapporti tal-emissjonijiet skond l-Artikolu 14(3) stabbiliti f’dan l-Anness għandhom, fejn applikabbli, japplikaw ukoll b’mod korrispondenti għall-verifika tad-data f’tunnellati-kilometru tal-avjazzjoni.
16. Il-verifikatur għandu b’mod partikolari jiżgura li dawk it-titjiriet biss li verament twettqu u li jaqgħu fi ħdan attività tal-avjazzjoni kif elenkata fl-Anness I li għaliha hu responsabbli l-operatur tal-inġenji tal-ajru ttieħdu f’konsiderazzjoni fl-applikazzjoni ta’ dak l-operatur skond l-Artikoli 3e(1) u 3f(2). F’din il-ħidma l-verifikatur għandu jiġi assistit permezz ta’ data dwar it-traffiku tal-operatur tal-inġenji tal-ajru inkluża data mill-Eurocontrol mitluba minn dak l-operatur. Minbarra dan, il-verifikatur għandu jiżgura li t-tagħbija li tinġarr bi ħlas irrappurtat mill-operatur tikkorrispondi għar-reġistri dwar it-tagħbija li tinġarr bi ħlasb miżmuma minn dak l-operatur għall-finijiet ta’ sikurezza.
( 1 ) ĠU C 75 E, tas-26.3.2002, pġ. 33.
( 2 ) ĠU L 221, tas-17.9.2002, pġ. 27.
( 3 ) ĠU L 192, tat-12.8.2002, pġ. 59.
( 4 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Ufiċjali), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-18 ta’ Marzu 2003 (ĠU C 125 E, tas-27.5.2003, pġ. 72), id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ Lulju 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003.
( 5 ) ĠU L 242, tal-10.9.2002, pġ. 1.
( 6 ) ĠU L 33, ta-7.2.1994, pġ. 11.
( 7 ) ĠU L 130, tal-15.5.2002, pġ. 1.
( 8 ) ĠU L 167, tad-9.7.1993, pġ. 31. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 1999/296/KE (ĠU L 117, tal-5.5.1999, pġ. 35)
( 9 ) ĠU L 41, ta’ l-14.2.2003, pġ. 26.
( 10 ) ĠU L 377, tal-31.12.1991, pġ. 48.
( 11 ) ĠU L 257, tal-10.10.1996, pġ. 26.
( 12 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, pġ. 23.
( 13 ) ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1.
( 14 ) ĠU L 275, tal-25.10.2003, pġ. 32.”
( 15 ) Ġ U L 49, tad-19.2.2004, p. 1.
( 16 ) ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8.