02003L0035 — MT — 31.12.2016 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA 2003/35/KE TAL-PALAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Mejju 2003

li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja

(ĠU L 156 25.6.2003, p. 17)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA 2011/92/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-13 ta’ Diċembru 2011

  L 26

1

28.1.2012

►M2

DIRETTIVA (UE) 2016/2284 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-14 ta' Diċembru 2016

  L 344

1

17.12.2016




▼B

ID-DIRETTIVA 2003/35/KE TAL-PALAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Mejju 2003

li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja



Artikolu 1

Il-mira

Il-mira ta’ din id-Direttiva hija li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ l-obbligi li joħorġu mill-Konvenzjoni ta’ Århus, b’mod partikolari billi:

(a) tipprovdi għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent;

(b) ittejjeb il-parteċipazzjoni tal-pubbliku u tipprovdi disposizzjonijiet dwar l-aċċess għall-ġustizzja ġewwa d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE.

Artikolu 2

Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fejn jirridgwarda l-pjani u l-programmi

1.  Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, “il-pubbliku” għandu jfisser persuna jew iktar naturali jew legali, u, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-pubbliku jingħata opportunitajiet minn kmieni u effettivi sabiex jipparteċipa fit-tħejjija u l-modifika jew ir-rivista tal-pjani jew tal-programmi meħtieġa li jitfasslu skond id-dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness I.

Għal dan il-fini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi:

(a) il-pubbliku jiġi mgħarraf, jew b’avviżi pubbliċi jew b’mezzi oħra approprjati bħalma huma l-medja elettronika meta disponibbli, dwar kull proposta għal dawn il-pjani jew programmi jew għall-modifika jew ir-rivista u li t-tagħrif rilevanti dwar dawn il-proposti jiġi magħmul disponibbli lill-pubbliku inkluż fost ħwejjeġ oħra t-tagħrif dwar id-dritt tal-parteċipazzjoni fit-tfassil tad-deċiżjonijiet u dwar l-awtorità kompetenti li lilha jistgħu jiġu ssottomessi kummenti jew mistoqsijiet;

(b) il-pubbliku huwa initolat li jesprimi kummenti u opinjonijiet meta l-għażliet kollha jkunu miftuħa qabel ma jsiru d-deċiżjonijiet dwar il-pjani jew il-programmi;

(ċ) fit-tfassil ta’ dawn id-deċiżjonijiet, għandu jingħata qies mistħoqq lir-riżultati tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku;

(d) wara li jiġu eżaminati l-kummenti u l-opinonijiet espressi mill-pubbliku, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel sforzi raġjonevoli sabiex tgħarraf lill-pubbliku bid-deċiżjonijiet meħuda u r-raġunijiet u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom ikunu msejsa dawn id-deċiżjonijiet, inkluż tagħrif dwar il-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

3.  L-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-pubbliku intitolat li jipparteċipa għall-għanijiet tal-paragrafu 2, inklużi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti li jiltaqgħu ma’ ħtiġiet imposti skond il-liġijiet nazzjonali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-protezzjoni ta’ l-ambjent,

L-arranġamenti ddettaljati għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku skond dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri hekk illi jgħinu lill-pubbliku jħejji ruħu u jipparteċipa b’mod effettiv.

Għandhom jiġu pprovvduti kwadri taż-żmien raġjonevoli li jippermettu żmien biżżejjed għal kull wieħed mill-istadji differenti tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku meħtieġa minn dan l-Artikolu.

4.  Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-pjani u l-programmi ddisinjati bil-għan waħdieni li jaqdu d-difiża nazzjonali jew meħuda fil-każ ta’ emerġenzi ċivili.

5.  Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-pjani u l-programmi ddikjarati fl-Anness I li għalihom il-proċedura ta’ parteċipazzjoni mill-pubbliku titwettaq taħt id-Direttiva2002/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjani u programmi dwar l-ambjent ( 1 ) jew taħt id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għall-azzjoni Komunitarja fil-kamp tal-politika dwar l-ilma ( 2 ).

▼M1 —————

▼B

Artikolu 4

L-emenda għad-Direttiva 96/61/KE

Id-Direttiva 96/61/KE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) is-sentenza li ġejja għandha tiżdied mal-paragrafu 10(b):

“Għall-għanijiet ta’ din id-definizzjoni, kull bidla jew estensjoni ta’ ħidma għandhom jitqiesu li jkunu sostanzjali jekk il-bidla jew l-estensjoni fihom infushom jissodisfaw l-għetiebi, jekk ikun hemm minnhom, iddikjarati fl-Annes I.”;

(b) għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“13. ‘il-pubbliku’ għandu jfisser persuna jew iktar naturali jew legali, u, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom;

14. ‘il-pubbliku interessat’ għandu jfisser il-pubbliku affettwat jew x’aktarx li jiġi affettwat bil-proċeduri dwar it-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent riferiti fl-Artikolu 2(2) jew li għandu interess fihom; għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni ta’ l-ambjent u jissodisfaw kull ħtieġa taħt il-liġijiet nazzjonali għandhom jitqiesu li għandhom interess;”

2. fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

“— l-alternattivi prinċipali, jekk ikun hemm minnhom, studjati f’deskrizzjoni fil-qosor mill-applikant.”

3. l-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-pubbliku interessat jingħata opportunitajiet minn kmieni u effettivi sabiex jipparteċipa fil-proċedura għal:

 il-ħruġ ta’ permess għal stallazzjonijiet ġodda,

 il-ħruġ ta’ permess għal kull bidla sostanzjali fil-ħidma ta’ stallazzjoni,

 l-aġġornament ta’ permess jew il-kondizzjonijiet ta’ permess għal istallazzjoni skond l-ewwel inċiż tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 13.

Il-proċedura ddikjarata fl-Anness V għanha tapplika għall-għanijiet ta’ din il-parteċipazzjoni.”;

(b) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.  Meta tkun ittieħdet deċiżjoni, l-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-pubbliku skond il-proċeduri approprjati u għandha tagħmel disponibbli lill-pubbliku t-tagħrif li ġej:

(a) il-kontenut tad-deċiżjoni, inkluża kopja tal-permess u ta’ kull kondizzjoni u ta’ kull aġġornament sossegwenti; u

(b) wara li tkunu eżaminat it-tħassib u l-opinjonijiet espressi mill-publiku interessat, ir-raġunijiet ewliena u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom tkun imsejsa d-deċiżjoni, inkluż it-tagħrif dwar il-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku.”;

4. għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“L-Artikolu 13a

L-aċċess għall-ġustizzja

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, skond is-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku interessat:

(a) li jkollu interess biżżejjed, jew alternattivament,

(b) li jżomm l-indebboliment ta’ dritt, meta l-liġi amministrattiva proċedurali ta’ Stat Membru teħtieġ dan bħala pre-kondizzjoni;

ikollhom aċċess għal rivista quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi għalbiex jisfida l-legalità sostanzjali jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu f’liema stadju jistgħu jiġu rrikużati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet.

Dak li jikkostiwixxi interess suffiċjenti u l-indebboliment ta’ dritt għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-mira li jingħata aċċess għall-ġustizzja lill-pubbliku interessat. Għal dan il-fini, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tissodisfa l-ħtiġiet riferiti fl-Artikolu 2(14) għandu jitqies biżżejjed għall-għan tas-subparagrafu (a) ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet kapaċi li jiġu indebboliti għall-għan tas-subparagrafu (b) ta’ dan l-Artikolu.

Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jeskludu l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ rivista preliminari quddiem awtorità amminisrattiva u ma għandhomx jaffettwaw il-ħtieġa ta’ l-eżawriment tal-proċeduri tar-rivista amministrattiva qabel ir-rikors għall-proċeduri tar-rivista ġudizzjarja, meta teżisti din il-ħtieġa taħt il-liġijiet nazzjonali.

Kull proċedura bħal din għandha tkun ġusta, retta, f’waqtha u ma tiswiex tant li tkun projbittiva.

Sabiex iżidu l-efettività tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi tagħrif prattiku jintgħamel disponibbli lill-pubbliku dwar l-aċċess għall-proċeduri amministrativi u ġudizzjarji tar-rivista.”;

5. l-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“1.  Meta Stat Membru jkun konxju illi l-ħidma ta’ stallazzjoni x’aktarx li jkollha effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent ta’ Stat Membru ieħor, jew meta Stat Membru li x’aktarx li jiġi affettwat b’mod sinifikanti hekk jitlob, l-Istat Membru li fit-territordju tiegħu kienet issottomessa l-applikazzjoni għal permess skond l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 12(2) għandu jibgħat lill-Istat Membru l-ieħor kull tagħrif meħtieġ li jrid jingħata jew magħmul disponibbli skond l-Anness V fl-istess waqt li jagħmlu disponibbli liċ-ċittadini tiegħu. Dan it-tagħrif għandu jservi bħala bażi għal kull konsultazzjoni meħtieġa fil-qafas tar-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ Stati Membri fuq bażi reċiproku u ekwivalenti.”

(b) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.  Iridu jitqiesu r-riżultati ta’ kull konsultazzjoni skond il-paragrafi 1 u 2 meta l-awtorità kompetenti tasal għal deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.

4.  L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lil kull Stat Membru, li jkun ġie kkonsultat skond il-paragrafu 1, bid-deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni u għandha tibgħatlu t-tagħrif riferit fl-Artikolu 15(5). Dan l-Istat Membui għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi dan it-tagħrif jiġi magħmul disponibbli f’manjiera approprjata lill-pubbliku interessat fit-territorju tiegħu nnifsu.”;

6. għandu jiżdied l-Anness V, kif iddikjarat fl-Anness II ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 5

Ir-Rappurtaġġ u r-rivista

Sal-15 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni u l-effikaċja ta’ din id-Direttiva. Bil-ħsieb li jżid il-ħtiġiet ta’ l-integrazzjoni tal-protezzjoni ambjentali, skond l-Artikolu 6 tat-Trattat, u filwaqt li jqis l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri, dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat bi proposti sabiex tiġi emendata din id-Direttiva, jekk approprjat. B’mod partikolari, il-Kummissjoni trid tikkunsidra l-possibbiltà li jiġi estiż l-iskop ta’ din id-Direttiva għall-pjani u l-programmi l-oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent.

Artikolu 6

L-implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-25 ta’ Ġunju 2005. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 7

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

ID-DISPOSIZZJONIJIET GĦALL-PJANI U L-PROGRAMMI RIFERITI FL-ARTIKOLU 2

(a) L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulhu 1975 dwar l-iskart ( 3 ).

(b) L-Artikolu 6 tad-Diretiva tl-Kunill 91/157/KEE tat-18 ta' Marzu 1991 dwar il-batteriji u l-akkumulaturi li jkun fihom ċerti sustanzi perikolużi ( 4 )

(ċ) L-Artikolu 5(1) tad-Direttuiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 li tirrigwarda l-protezzjoni ta' l-ilmijiet mit-tniġġiż ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli ( 5 ).

(d) L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar l-iskart perikoluż ( 6 ).

(e) L-Artikolu 14 tad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar il-pakkeġġjar u l-iskart mill-pakkeġġjar ( 7 ).

(f) L-Artikolu 8(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta' Settembru 1996 dwar l-istima u l-ġestjoni tal-kwalità ta' l-arja ta' mad-dwar ( 8 ).

▼M2

(g) L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE ( 9 ).

▼B




ANNESS II

Fid-Direttiva 96/61/KE, għandu jiżdied l-Anness li ġej:




“L-ANNESS

Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-tfassil tad-deċiżjonijiet

1.

Il-pubbliku għandu jiġi mgħarraf (b'avviżi pubbliċi jew b'mezzi oħra approprjati bħalma hija l-medja elettronika meta disponibbli) dwar il-materji li ġejjin kmieni fil-proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet jew, l-iktar tard hekk kif dan it-tagħrif ikun jista' jiġi pprovvdut b'mod raġjonevoli:

(a) l-applikazzjoni għal permess jew, skond kif ikun il-każ, il-proposta għall-aġġornament ta' permess jew tal-kondizzjonijiet ta' permes skond l-Arikolu 1(1), inkluża d-deskrizzjoni ta' l-elementi elenkati fl-Artikolu 6(1);

(b) meta japplika, il-fatt illi deċiżjoni hija bla ħsara għal stima ta' l-impatt ambjentali nazzjonali jew li jaqsam il-fruntieri jew għal konsultazzjonijiet bejn l-Istati Membri skond l-Artikolu 17;

(ċ) id-dettalji ta' l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet, dawk li minnhom jista' jinkiseb tagħrif rilevanti, dawk li lilhom jistgħu jiġu ssottomessi kummenti jew mistoqsijiet, u d-dettalji dwar l-iskeda taż-żmien għat-trasmissjoni tal-kummenti jew il-mistoqsijiet;

(d) in-natura tad-deċiżjonijiet possibbli jew, meta jkun hemm wieħed, l-abbozz tad-deċiżjoni;

(e) meta japplikaw, id-dettalji li għandhom x'jaqsmu ma' proposta sabiex jiġu aġġornati permess jew il-kondizzjonijiet ta' permess;

(f) indikazzjoni dwar iż-żmenijiet jew il-postijiet meta, u li permezz tagħhom. it-tagħrif irid jiġi magħmul disponibbli;

(g) id-dettalji ta' l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni tal-pubbliku magħmula skond il-punt 5.

2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, fi kwadri approprjati taż-żmien, dan li jintgħamel disponibbli lill-pubbliku interesat:

(a) skond il-leġislazzjoni nazzjonali, ir-rapporti prinċipali u l-pariri maħruġa lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien meta l-pubbliku interessat jiġi mgħarraf skond il-punt 1;

(b) skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess tal-pubbliku għat-tagħrif dwar l-ambjent ( *1 ), it-tagħrif għajr dak riferit fil-punt 1 li jkun rilevanti għad-deċiżjoni skond l-Artikolu 8 u li jintgħamel disponibbli biss wara ż-żmien li l-pubbliku interessat ikun ġie mgħarraf skond il-punt 1.

3.

Il-pubbliku interessat għandu jkun intitolat li jesprimi kummenti u opinjonijiet lill-awtorità kompetenti qabel ma tittieħed deċiżjoni.

4.

Ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet miżmuma skond dan l-Anness iridu jitqiesu kif mistħoqq fit-teħid ta' deċiżjoni.

5.

L-arranġamenti ddettaljati sabiex il-pubbliku jiġi mgħarraf (per eżempju bit-twaħħil tal-kartelluni f'ċertu raġġ jew bil-pubblikazzjoni fil-gazzetti lokali) u sabiex il-pubbliku interessat jiġi kkonsultat (per eżempju b'sottomissjonijiet bil-miktub jew permezz ta' inkjesta pubblika) għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. Għandhom jiġu pprovvduti kwadri raġjonevoli taż-żmien għall-fażijiet differenti, billi jiġi permess żmien biżżejjed sabiex il-pubbliku u l-pubbliku interessat jiġu mgħarrfa sabiex iħejju ruħhom u jipparteċipaw b'mod effettiv fit-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness.



( 1 ) ĠU L 197, tal-21.07.01, p. 30.

( 2 ) ĠU L 327, tat-22.12.2000, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE (ĠU L 331, tal-15.12.2001, p. 1).

( 3 ) ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/350/KE (ĠU L 135, tas-6.6.1996, p. 32).

( 4 ) ĠU L 78, tas-26.3.1991, p. 38. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/101/KE (ĠU L 1, tal-5.1.1999, p. 1).

( 5 ) ĠU L 375, tal-31.12.1991 p.1.

( 6 ) ĠU L 377, tal-31.12.1991, p.20. Direttiva kifd l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/31/KE (ĠU L 168, tat-2.7.1994, p.28)

( 7 ) ĠU L 365, tal-31.12.1994, p. 10.

( 8 ) ĠU L 296, tal-21.11.1996, p. 55.

( 9 ) ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1.

( *1 ) ĠU L 41, ta' l-14.2.2003, p. 26.”