2001R0539 — MT — 19.12.2009 — 006.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILLL (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 (ĠU L 081, 21.3.2001, p.1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2414/2001 tas-7 ta' Diċembru 2001 |
L 327 |
1 |
12.12.2001 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 453/2003 tas-6 ta' Marzu 2003 |
L 69 |
10 |
13.3.2003 |
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 851/2005 tat-2 ta' Ġunju 2005 |
L 164M |
99 |
16.6.2006 |
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006 |
L 363 |
1 |
20.12.2006 |
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1932/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 |
L 405 |
23 |
30.12.2006 |
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1244/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 |
L 336 |
1 |
18.12.2009 |
Emendat bi:
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
Ikkoreġut b'
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILLL (KE) Nru 539/2001
tal-15 ta' Marzu 2001
li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħjom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 62, il-punt (2)(b)(i) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),
Billi:
(1) |
Permezz ta' l-Artikolu 62, il-punt (2)(b) tat-Trattat, il-Kunsill għandu jadotta regoli li jirrigwardjaw il-viżi għall-soġġorni ntiżi ta' aktar minn tlett xhur, u f'dak il-kuntest huwa meħtieġ li tkun determinata l-lista ta' dawk il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa. L-Artikolu 61 jelenka dawk il-listi fost il-miżuri laterali li huma direttament marnuta mal-moviment ħieles ta' persuni ġewwa żona ta' libertà, sigurtà u ġustizjs. |
(2) |
Dan ir-Regolament isegwi mill-acquis Schengen bi qbil mal-Protokoll li jintegraħ fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea, minn hawn il-quddiem referuta bħala il-“Protokoll Schengen”, Dan ma jaffetwax l-obbligi tal-Istati Membri li jiriżultaw mill-acquis kif definit fl-Anness A tad-Deċiżjoni 1999/435/KE ta' l-20 ta' Mejju 1999 li tikkonċerna d-definizzjoni tal-acquis Schengen għall-iskop tad-determinazzjoni, b'konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea u tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, il-bażi legali għal kull waħda mid-dispożizzjonijiet jew id-deċiżjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis ( 3 ). |
(3) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi aktar żvilupp ta' dawk id-dispożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom koperazzjoni aktar mill-qrib kienet ġiet awtorizzata permezz tal-Protokoll Schengen u jidħol fil-qasam referut fl-Artikolu 1, il-punt B, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u tar-Repubblika ta' l-Islanda u tar-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna l-assoċċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati ma l-implementazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis Schengen ( 4 ). |
(4) |
Bis-saħħa ta' l-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda anness mat-Trattat ta' l-Unjonu Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Irlanda u r-Renju Unit m'humiex jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Konsegwentament u mingħajr preġudizzju ta' l-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi qabel, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma japplkaw la għall-Irlanda u anqas għar-Renju Unit. |
(5) |
Id-determinazzjoni ta' dawk il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għall-ħtieġa tal-viża, u dawk eżentati minnha, hija rregolata minn kriterja meqjusa, bl-assessjar tal-każ b'każ tal-varjetà tal-kriterja li tirrigwardja, inter alia, l-immigrazzjoni illegali, l-istrateġija u s-sigurtà publika, u tar-relazzjonijiet esterni ta' l-Unjoni Ewropea ma pajjiżi terzi, konsiderazzjoni għandha wkoll tkun mogħtija għall-implikazzjonijiet ta' l-għaqda u r-reċipriċità. Id-dispożizzjoni għandha għalhekk għall-mekkaniżmu tal-Komunità li jiffaċilita dan il-prinċipju ta' reċiproċità li għandu jkun implementat jekk wieħed mill-pajjiżi terzi inklużi fl-Anness II ta' dan ir-Regolament jiddieċedi li jagħmel liċ-ċittadini ta' wieħed jew aktar Stati Membri li jkunu suġġetti għall-obbligu tal-viża. |
(6) |
Minħabba li l-Ftehin dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jeżenta ċ-ċittadini ta' l-Islanda, Liechtenstein u tan-Norveġja mill-ħtieġa tal-viża, dawk il-pajjiżi ma humhiex inklużi fil-lista ta' l-Anness II tiegħu. |
(7) |
F'dak li jirrigwardja persuni mingħajr stat u r-refuġjati rikonoxxuti, mingħajr preġudizzju għall-obbligi permezz tal-ftehim internazzjonali iffermati mill-Istati Membri u partikolarment il-Ftehim Ewropew dwar l-Abolizzjoni tal-Viżi għar-Refuġjatim iffermat fi Strasbourg fl-20 ta' April 1959, id-deċiżjoni rigward il-ħtieġa jew l-eżenzjoni tal-viża għandha tkun ibbażata fuq il-pajjiż terz li fih dawk il-persuni jabitaw u li jkunu ħarġu d-dokumenti tal-ivjaġġar. B'dana kollu, meqjusa d-differenzi fil-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli għall-persuni mingħajr stat u għal refuġjuti rikonoxxuti, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk dawn il-kategoriji ta' persuni għandhom ikunu suġġetti għall-ħtieġa tal-viża, meta l-pajjiż terz li fih dawn il-persuni jkunu abitanti u li joħroġ id-dokumenti għall-ivvjaġġar tagħhom ikun pajjiż terz li ċ-ċittadini tiegħu huma eżentati mill-ħtieġa tal-viża. |
(8) |
F'każi speċifiċi meta r-regoli speċjali tal-viża huma ġġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw ċerti kategoriji ta' persuni mill-ħtieġa tal-viża jew li jimponuha fuqhom bi qbil mal-liġi jew il-konswetudini internazzjonali pubblika. |
(9) |
Bil-għan li jkun assigurat li s-sistema tkun amministrata mingħajr ħabi u li l-persuni ikkonċernati jkunu nfurmati, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn l-Istati Membri u lejn il-Kummissjoni il-miżuri li għandhom jittieħdu bis-saħħa ta' dan ir-Regolament. Għall-istess raġunijiet, l-informazzjoni għandha wkoll tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. |
(10) |
Il-kondizzjonijiet li jirregolaw id-dħul fit-territorju tal-Istati Membri jew li l-ħruġ tal-viżi ma jkunux jaffettwaw ir-regoli li bħal issa jirregolaw ir-rikonoxximent tal-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar. |
(11) |
B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità mistqarr fl-Artikolu 5 tat-Trattat, li jiddigrieta Regolament li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom pussess ta' viżi meta jaqsmu l-fruntieri esterni, u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa, huwa kemm meħtieġ u mezz xieraq li jassigura li r-regoli komuni tal-viża ikunu operati b'effiċċjenza. |
(12) |
Dan ir-Regolament jipprovdi għal armonizzazzjoni sħiħa rigward il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma bla ħsara għall-ħtieġa tal-viża meta jaqsmu l-limiti ta' barra ta' l-Istati Membri u li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Iċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi elenkati fil-lista ta' l-Anness I għandhom ikunu meħtieġa li jkollhom il-pussess ta' viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri.
Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet li joħorġu mill-Ftehim Ewropew dwar it-Tneħħija tal-Viżi għar-Refuġjati ffirmat fi Strasburgu fl-20 ta’April 1959, refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat (apolidi) għandhom ikun meħtieġa li jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni ta’ l-Istati Membri jekk il-pajjiż terz li fih huma residenti u li ħarġilhom id-dokument ta’ l-ivvjaġġar tagħhom huwa pajjiż terz elenkat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
2. ►M1 Ċittadini ta' pajjiżi terzi fuq il-lista fl-Anness II għandhom jiġu eżentati mill-ħtieġa dikjarata fil-paragrafu1 għal waqfien ta' aktar minn tliet xhur b'kollox. ◄
Dawn li ġejjin għandhom ukoll jiġu eżentati mill-ħtieġa tal-viża:
— iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament li huma deternturi ta’ karta tat-traffiku tal-fruntieri lokali maħruġa mill-Istati Membri skond ir-Regolament (KE) Nru 1936/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dwar it-Traffiku tal-Fruntieri Lokali fuq il-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Schengen ( 5 ) meta dawn id-detenturi jeżerċitaw id-dritt tagħhom fil-kuntest tar-reġim tat-Traffiku tal-Fruntieri Lokali;
— tfal ta’ l-iskola li huma ċittadini ta’ pajjiż terz elenkat fl-Anness I u li joqogħdu fi Stat Membru li japplika d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/795/ĠAI tat-30 ta' Novembru 1994 dwar azzjoni konġunta adottata mill-Kunsill abbażi ta' l-Artikolu K.3.2.b tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea rigward faċilitajiet ta' l-ivvjaġġar għal tfal ta' l-iskola minn pajjiżi terzi li joqogħdu fi Stat Membru ( 6 ) u jkunu qed jivvjaġġaw fil-kuntest ta’ eskursjoni skolastika bħala membri ta’ grupp ta’ tfal ta’ l-iskola akkumpanjati minn għalliem mill-iskola konċernata;
— refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat u persuni oħra li m'għandhomx iċ-ċittadinanza ta' kwalunkwe pajjiż li joqogħdu fi Stat Membru u huma detenturi ta' dokument ta' l-ivvjaġġar maħruġ minn dak l-Istat Membru.
3. Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi ġodda li preċedentament kienu parti mill-pajjiżi fil-listi ta' l-Annessi I u II għandhom ikunu suġġetti rispettivament għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2u sakemm il-Kunsill ma jiddeċiedix mod ieħor permezz tal-proċedura stabbilita fid-dispożizzjoni relevanti tat-Trattat.
4. Fejn pajjiż terz elenkat fl-Anness II jintroduċi ħtieġa ta’ viża għaċ-ċittadini ta’ Stat Membru, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) fi żmien 90 jum minn tali introduzzjoni, jew mit-tħabbir tagħha, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-miktub; in-notifika għandha tiġi ppubblikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. In-notifika għandha tispeċifika d-data ta’ l-implimentazzjoni tal-miżura u t-tip ta’ dokumenti ta’ vjaġġar u l-viżi kkonċernati.
Jekk il-pajjiż terz jiddeċiedi li jneħħi l-obbligu ta’ viża qabel l-iskadenza ta’ dan it-terminu perentorju, in-notifika ssir superfluwa.
(b) il-Kummissjoni għandha minnufih wara l-pubblikazzjoni ta' dik in-notifika u f’konsultazzjoni ma’ l-Istat Membru kkonċernat, tieħu passi ma’ l-awtoritajiet tal-pajjiż terz sabiex jerġa’ jiddaħħal vjaġġar mingħajr viża;
(ċ) fi żmien 90 jum wara l-pubblikazzjoni ta' dik in-notifika, il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni ma’ l-Istat Membru kkonċernat, għandha tirrapporta lill-Kunsill. Ir-rapport jista’ jkun akkumpanjat minn proposta li tipprovdi għad-dħul mill-ġdid temporanju tal-ħtieġa ta’ viża għal ċittadini tal-pajjiż terz in kwistjoni. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tippreżenta din il-proposta wara deliberazzjonijiet fil-Kunsill dwar ir-rapport tagħha. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq tali proposta b’maġġoranza kwalifikata fi żmien tliet xhur;
(d) jekk tqis li dan hu meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta għad-dħul temporanju mill-ġdid tal-ħtieġa ta’ viża għal ċittadini tal-pajjiż terz imsemmi fis-subparagrafu (ċ) mingħajr rapport minn qabel. Il-proċedura prevista fis-subparagrafu (ċ) għandha tapplika għal dik il-proposta. L-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddikjara jekk jixtieqx li l-Kummissjoni żżomm lura mid-dħul mill-ġdid temporanju ta’ tali ħtieġa ta’ viża mingħajr rapport minn qabel;
(e) il-proċedura msemmija fis-subparagrafi (ċ) u (d) ma taffettwax id-dritt tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta li temenda dan ir-Regolament sabiex il-pajjiż terz ikkonċernat jiġi trasferit għall-Anness I. Fejn miżura temporanja kif imsemmija fis-subparagrafi (ċ) u (d) tkun ġiet deċiża, il-proposta li temenda dan ir-Regolament għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn disa’ xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-miżura temporanja. Tali proposta għandha wkoll tinkludi dispożizzjonijiet għat-tneħħija ta’ miżuri temporanji, li setgħu kienu ġew introdotti bis-saħħatal-proċeduri msemmija fis-subparagrafi (ċ) u (d). Sadattant il-Kummissjoni ser tkompli bl-isforzi tagħha sabiex tagħmel mezz li l-awtoritajiet tal-pajjiż terz in kwistjoni jerġa’ jdaħħal vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini ta’ l-Istat Membru kkonċernat;
(f) fejn il-pajjiż terz in kwistjoni jabolixxi l-ħtieġa ta’ viża, l-Istat Membru għandu minnufih jinnotifika lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar dan. In-notifika għandha tiġi ppubblikata fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Kwalunkwe miżura temporanja li dwarha ttieħdet deċiżjoni taħt is-subparagrafu (d) għandha tintemm sebat ijiem wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali. F’każ li l-pajjiż terz in kwistjoni jkun introduċa ħtieġa ta’ viża għaċ-ċittadini ta’ żewġ Stati Membri jew aktar il-miżura temporanja tintemm biss wara l-aħħar pubblikazzjoni.
5. Sakemm ir-reċiproċità ta’ l-eżenzjoni ta’ viża tibqa’ ma teżistix ma’ kwalunkwe pajjiż terz elenkat fl-Anness II fir-rigward ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel l-1 ta’ Lulju ta’ kull sena pari dwar is-sitwazzjoni ta’ non-reċiproċità u għandha, jekk ikun meħtieġ, tissottometti proposti adattati.
Artikolu 2
Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, “viża” għandha tfisser l-awtorizzazzjoni maħruġha minn Stat Membru jew b'deċiżjoni meħudha minn tali Stat li tkun meħtieġa bil-għan li:
— tad-dħul għal soġġorn intiż f'dak l-Istat Membru jew f'diversi Stati Membri ta' mhux aktar minn total ta' tlett xhur,
— tad-dħul għal transitu matul it-territorju ta' dak l-Istat Membru jew diversi Stati Membri, aparti milli għat-transitu f'ajruport.
▼M5 —————
Artikolu 4
1. Stat Membru jista jipprovdi għal eċċezzjonijiet mill-ħtieġa tal-viża li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 1(1) jew mill-eżenzjoni mill-ħtieġa għall-viża li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 1(2), f'dak li jirrigwardja:
(a) id-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, passaporti tas-servizz/uffiċjali jew passaporti speċjali skond waħda mill-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 1(1) u 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jirriserva lill-Kunsill il-poteri ta' implimentazzjoni rigward ċerti dispożizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għall-viżi ( 7 );
(b) l-ekwipaġġ pajżana kemm ta' l-ajru u wkoll tal-baħar;
(ċ) l-ekwipaġġ tat-tirjira u l-attendenti fuq titjiriet ta' emerġenza jew salbataġġ u dawk l-oħrajn li jagħtu l-għajnuna fl-okkorrenza ta' xi disastru jew inċident;
(d) l-ekwipaġġ pajżana ta' vapuri li jbaħħlu f'ibħra internazzjonali;
(e) id-detenturi tal-laissez-passer maħruġ minn uħud mill-organizzazzjonijiet intergornamentali internazzjonali lill-uffiċjali tagħhom.
2. Stat Membru jista’ jeżenta mill-ħtieġa tal-viża:
(a) tifel/tifla ta’ l-iskola li jkollu/ha ċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz elenkat fl-Anness I li hu/hi residenti f’pajjiż terz elenkat fl-Anness II jew fl-Iżvizzera u Liechtenstein u li jkun/tkun qed j/tivvjaġġa fil-kuntest ta’ eskursjoni skolastika bħala membru ta’ grupp ta’ tfal ta’ l-iskola akkumpanjati minn għalliem mill-iskola konċernata;
(b) refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat jekk il-pajjiż terz fejn joqogħdu u li jkun ħareġ id-dokument ta’ l-ivvjaġġar tagħhom ikun wieħed mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anneess II;
(ċ) membri tal-forzi armati li jkunu qed jivvjaġġaw fuq xogħol tan-NATO jew tas-Sħubija għall-Paċi u detenturi ta’ ordnijiet ta’ identifikazzjoni u moviment previsti fil-Ftehim tad-19 ta’ Ġunju 1951 bejn il-Partijiet ta' l-Organizzazzjoni tat-Trattat tat-Tramuntana ta’ l-Atlantiku dwar l-istatus tal-forzi tagħhom.
3. Stat Membru jista jipprovdi għal eċċezzjonijiet mill-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 1(2) f'dak li jirrigwardja l-persuni li jwettqu attività bi ħlas matul is-soġġorn tagħhom.
Artikolu 5
1. Fi żmien 10 t'ijiem utili mid-dħul b'effett ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bill-miżuri meħuda bis-saħħa ta' l-Artikoli 3, it-tieni nċiż u l-Artikolu 4. Aktar tibdiliet għal dawk il-miżuri għandhom l-istess ikunu ikkommunikati fi żmien ħamest ijiet utili.
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika il-miżuri ikkommunikati bis-saħħa tal-paragrafu 1 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għal skopijiet ta' l-informazzjoni.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-kompetenza tal-Istati Membri f'dak li jirrigwardja r-rikonoxximent ta' Stati u unitajiet territorjali u l-passaporti, id-dokumenti ta' l-ivjaġġar u ta' l-identità maħruġa mill-awtoritajiet tagħhom.
Artikolu 7
1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/1999 ( 8 ) għandu jkun mibdul b'dan ir-Regolament.
2. Il-verżjonijiet finali tal-Istruzzjoni Konsulari Komuni (CCI) u tal-Manwal Komuni (CM), hekk kif jirriżultaw mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Schengen tat-28 ta' April 1999 (SCH/Com-ex(99) 13) għandhom ikunu emendati kif ġej:
1. l-intestatura ta' l-Anness 1, il-parti I tal-CCI u l-Anness 5, il-parti I tal-CM, għandha tkun mibdulha b'dan li ġej:
“Lista Komuni ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għall-ħtieġa tal-viża imposta bir-Regolament (KE) Nru 539/2001”
;2. il-lista fl-Anness 1, il-parti I tal-CCI u l-Anness 5, il-parti I tal-CM, għandha tkun mibdulha bil-lista fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;
3. l-intestatura ta' l-Anness 1, il-parti II tal-CCI u l-Anness 5, il-parti II tal-CM, għandha tkun mibdulha b'dan li ġej:
“Lista Komuni ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati mill-ħtieġa tal-viża imposta bir-Regolament (KE) Nru 539/2001”
;4. il-lista fl-Anness 1, il-parti II tal-CCI u l-Anness 5, il-parti II tal-CM, għandha tkun mibdulha bil-lista fl-Anness II ta' dan ir-Regolament;
5. il-parti III ta' l-Anness 1 tal-CCI u l-parti III ta' l-Anness 5 tal-CM għandha tkun imħassra.
3. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Schengen tal-15 ta' Diċembru 1997 (SCH/Com-ex(97)32) I tas-16 ta' Diċembru 1998 (SCH/Com-ex(98)53, rev.2) għandhom ikunu mħassra.
Artikolu 8
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
L-ANNESS I
Il-lista komuni referuta fl-Artikolu 1 ( 9 )
1. STATI
L-Afganistan
L-Albanija
L-Alġerija
L-Angola
▼M5 —————
L-Armenja
L-Ażerbajġann
▼M5 —————
Il-Baħrejn
Il-Bangladexx
▼M5 —————
Il-Belarus
IL-Beliż
Il-Benin
Il-Butan
Il-Bolivja
Il-Bosnia u Herżegovina
Il-Botswana
Il-Burkina Faso
Il-Burma/Mjanmar
Il-Burundi
Il-Kambodja
Il-Kamerun
Il-Kap Verde
Ir-Repubblika Ċentrali Afrikana
Iċ-Ċadd
Iċ-Ċina
Il-Kolumbja
Il-Kongo
Il-Côte d'Ivoire
Il-Kuba
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
Id-Dġjibuti
Domenika
Ir-Repubblika Domenikana
L-Eġittu
L-Ekwador
It-Timor-Leste
Il-Gwinea Ekwatorjali
L-Eritrea
L-Etjopja
Il-Fiġi
▼M6 —————
Il-Gabon
Gambja
Il-Ġeorġja
Il-Gana
Il-Grenada
Il-Gwinea
Gwinea-Bissau
Il-Gujana
Haïti
L-Indja
L-Indoneżja
L-Iran
L-Iraq
Il-Ġamajka
Il-Ġordan
Il-Każakstan
Il-Kenja
Kiribati
Il-Kuwajt
IL-Kriġiżstan
Il-Laos
Il-Lebanon
Il-Lesoto
Il-Liberja
Il-Libja
Il-Madagaskar
Il-Malawi
Il-Maldivi
Il-Mali
Il-Gżejjer Marshall
Il-Mawritanja
▼M5 —————
Il-Mikroneżja
Il-Moldovja
Il-Mongolja
▼M6 —————
Il-Marokk
Il-Możambik
In-Namibja
In-Nauru
In-Nepal
In-Niġer
In-Niġerja
Il-Korea ta' fuq
Il-Marjanas tat-Tramuntana
L-Oman
Il-Pakistan
Il-Palaw
Il-Papwa l-Gwinea l-Ġdida
Il-Peru
Il-Filippini
Il-Qatar
Ir-Russja
Ir-Rwanda
▼M5 —————
Santa Luċija
Saint Vincent u l-Grenadine
São Tomé és Príncipe
L-Arabja Sawdita
Is-Senegal
▼M5 —————
▼M6 —————
Sierra Leone
Il-Gżejjer Solomon
Is-Somalja
L-Afrika t'Isfel
Is-Sri Lanka
Is-Sudan
Is-Surinam
Sważilandja
Is-Sirja
It-Taġikistan
It-Tanżanija
It-Tajlandja
Il-Komoros
It-Togo
It-Tonga
Trinidad u Tobago
It-Tunisja
It-Turkija
It-Turkmenistan
It-Tuvalu
L-Uganda
L-Ukrajna
L-Emitari Arab Magħquda
L-Użbekistan
Il-Vanwatu
Il-Vjetnam
Samoa
Il-Jemen
Iż-Żambja
Iż-Żimbabwe
2. L-ENTITAJIET U L-AWTORITAJIET TERRITORJALI LI MA HUMIEX TIKONOXXUTI BĦALA STATI B'MILL ANQAS STAT MEMBRU WIEĦED
▼M2 —————
L-Awtorità Palestinjana
It-Taiwan
il-Kosovo kif definita mir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999
3. ĊITTADINI BRITANNIĊI LI MHUMIEX ĊITTADINI TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ GĦALL-FINIJIET TAD-DRITT KOMUNITARJU:
Ċittadini ta' Territorji Brittaniċi Overseas li m'għandhomx id-dritt li jabitaw fir-Renju Unit
Ċittadini Britanniċi Overseas
Suġġetti Brittaniċi li m'għandhomx id-dritt li jabitaw fir-Renju Unit
Persuni Britanniċi Protetti
L-ANNESS II
Il-lista komuni referuta fl-Artikolu 1(2)
1. STATI
L-Andorra
Antigwa u Barbuda ( 10 )
L-Arġentina
L-Awstralja
Baħamas (10)
Barbados (10)
▼M5 —————
Il-Brażil
Brunei Daussalam
▼M4 —————
Il-Kanada
Iċ-Ċili
Il-Kosta Rika
Il-Kroazja
dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ( 11 )
▼M2 —————
Il-Gwatemala
Is-Santa Sede
Il-Ħonduras
L-Iżrael
Il-Ġappun
Il-Malażja
Mawrizju (11)
Il-Messiku
Monako
il-Montenegro (11)
New Zealand
In-Nikaragwa
Il-Panama
Il-Paragwaj
▼M4 —————
Saint Kitts u Nevis (11)
Salvador
is-Serbja (esklużi d-detenturi ta’ passaporti Serbi maħruġa mid-Direttorat tal-Koordinazzjoni Serb (bil-lingwa Serba: Koordinaciona uprava)) (11)
Seychelles (11)
San Marino
Singapore
Il-Korea t'Isfel
▼M2 —————
L-Istati Uniti ta' l-Amerika
L-Urugwaj
Il-Veneżwela
2. IR-REĠJUNI AMMINISTRATTIVI SEP¬JALI TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU
TAĊ-ĊINA, Hong Kong SAR ( 12 )
Makaw SAR ( 13 )
3) ĊITTADINI BRITANNIĊI LI MHUMIEX ĊITTADINI TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ GĦALL-FINIJIET TAD-DRITT KOMUNITARJU:
Ċittadini Britanniċi (Overseas).
( 1 ) ĠU C 177 E, tas-27.6.2000, p. 66.
( 2 ) L-Opinjoni tal-5 ta' Lulju 2000 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
( 3 ) ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 1.
( 4 ) ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 31.
( 5 ) ĠU L 405, 30.12.2006, p. 1.
( 6 ) ĠU L 327, 19.12.1994, p. 1.
( 7 ) ĠU L 116, 26.4.2001, p. 2. Regolament kif emendat bid-Deċiżjoni 2004/927/KE (ĠU L 396, 31.12.2004, p. 45).
( 8 ) ĠU L 72, tat-18.3.1999, p. 2.
( 9 ) Ara l-Artikolu 8(2).
( 10 ) L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża ser tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Komunità Ewropea.
( 11 ) L-eżenzjoni mir-rekwiżit tapplika biss għad-detenturi ta’ passaporti biometriċi.
( 12 ) L-eżenzjoni tal-ħtieġa ta' viża hija applikabbli biss għad-detenturi ta' passaport “Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong”.
( 13 ) L-eżenzjoni tal-ħtieġa ta' viża hija applikabbli biss għad-detenturi ta' passaport “Região Administrativa Especial de Macau”.