1998L0083 — MT — 07.08.2009 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. (ĠU L 330, 5.12.1998, p.32) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003 |
L 284 |
1 |
31.10.2003 |
|
REGOLAMENT (KE) Nru 596/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Ġunju 2009 |
L 188 |
14 |
18.7.2009 |
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 98/83/KE
tat-3 ta' Novembru 1998
dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 130s(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ( 3 ),
Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu189c ( 4 ),
(1) |
Billi hu meħtieġ li id-Direttiva tal-Kunsill 80/778/KEE tal-15 ta' Lulju 1980 dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ( 5 ) tiġi adattata skond l-avvanzi xjentifiċi u teknoloġiċi; billi l-esperjenza miksuba mill-implementazzjoni tad-Direttiva turi li hemm bżonn li jinħoloq qafas legali iktar flessibli u trasparenti li bih l-Istati Membri ikunu jistgħu jaġixxu f'każijiet fejn ma jintlaħqux il-livelli; billi, iktar minn hekk, id-Direttiva trid tiġi eżaminata mill-ġdid fl-isfond tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea u partikolarment il-prinċipju tas-sussidjarjetà; |
(2) |
Billi skond l-Artikolu 3b tat-Trattat, l-ebda azzjoni Komunitarja m'għandha tagħmel iktar milli hu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tat-trattat, hu meħtieġ li d-Direttiva 80/778/KEE tiġi riveduta ħalli tiffoka fuq il-ħarsien tal-parametri essenzali tal-kwalità u tas-saħħa, b'mod li l-Istati Membri jitħallew liberi li jżidu parametri oħra li jaħsbu li huma xierqa; |
(3) |
Billi, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, azzjoni Komunitarja għandha tappoġġja u tibni fuq azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri; |
(4) |
Billi, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, id-differenzi naturali u soċjo-ekonomiċi bejn ir-reġjuni ta' l-Unjoni jirrekjedu li ħafna mid-deċiżjonijiet fuq kontrolli, analiżi u miżuri f'każ li ma jintlaħqux il-livelli jittieħdu f'livell lokali, reġjonali u nazzjonali sa kemm dawk id-differenzi ma jonqsux minn dak li hemm stabbilit fil-qafas tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi imniżżlin f'din id-Direttiva; |
(5) |
Billi hemm bżonn ta' livelli Komunitarji għal parametri marbuta mas-saħħa essenzali u priventattiva fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem biex ikunu definiti l-għanijiet ta' kwalità ambjentali minima li għandhom jintlaħqu flimkien ma' miżuri oħra tal-Komunità sabiex ikun salvagwardat u promoss l-użu sostenibbli ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem; |
(6) |
Billi, fl-isfond ta' l-importanza tal-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għas-saħħa tal-bniedem, hu meħtieġ li jiġi stabbilit fuq livell tal-Komunità, il-livelli essenzali tal-kwalità ta' dan it-tip ta' ilma; |
(7) |
Billi hu meħtieġ li jiġi inkluż l-ilma użat fl-industrija ta' l-ikel sa kemm ma jiġix stabbilit li l-użu ta' dan l-ilma ma jaffetwax it-tjubija għas-saħħa tal-prodott finali; |
(8) |
Billi, biex l-impriżi tad-distribuzzjoni ta' l-ilma jkunu jistgħu jilħqu l-livelli ta' kwalità ta' l-ilma tax-xorb, għandhom jittieħdu miżuri xierqa ta' protezzjoni ta' l-ilma biex jiġi żgurat li l-ilma tal-wiċċ u ta' l-art jinżamm nadif; billi l-istess għan jista' jintlaħaq billi jittieħdu miżuri xierqa tat-trattament ta' l-ilma qabel il-provvista; |
(9) |
Billi il-koerenza tal-politika Ewropea dwar l-ilma tassumi li għandha tiġi adottata f'waqtha Direttiva xierqa dwar l-ilma; |
(10) |
Billi hu meħtieġ li l-ilmijiet naturali minerali u ilmijiet li huma prodotti mediċinali jiġu esklużi mill-għanijiet ta' din id-Direttiva, peress li digà ġew stabbiliti regoli speċjali għal dawk it-tipi ta' ilma; |
(11) |
Billi, jekk ikun hemm tnaqqis fil-kwalità, hemmm bżonn ta' miżuri kemm għal parametri marbuta direttament mas-saħħa kif ukoll għal parametri oħra; billi, iktar minn hekk, dawn il-miżuri jridu jkunu kordinati ma' l-implementazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 dwar id-dħul fis-suq ta' prodotti ta' protezzjoni għall-pjanti ( 6 ) u d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 li tikkonċerna d-dħul fis-suq ta' prodotti bioċidali ( 7 ); |
(12) |
Billi hu meħtieġ li jkunu stabbiliti parametri individwali għal sustanzi li huma importanti fil-Komunità kollha f'livell strett biżżejjed biex ikun żgurat li jintlaħaq l-għan ta' din id-Direttiva; |
(13) |
Billi parametri huma bbażati fuq it-tagħrif xjentifiku disponibbli u billi l-prinċipju ta' prekawzjoni ġie kunsidrat ukoll; billi l-parametri ntgħażlu biex ikun żgurat li l-ilma maħsub għal konsum mill-bniedem jista' jinxtorob mingħajr periklu għas-saħħa, u allura jfissru livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa; |
(14) |
Billi irid jintlaħaq bilanċ biex jiġu evitati kemm riskji mikrobijoloġiċi u kif ukoll dawk kimiċi; billi, minħabba f'hekk, u fid-dawl tal-fatt li fil-ġejjieni dawn il-parametri sa jerġgħu jiġu studjati, il-parametri għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għandhom ikunu imsejsa fuq il-prinċipji tas-saħħa pubblika u metodu ta' evalwazzjoni tar-riskju; |
(15) |
Billi bħal issa ma hemmx biżżejjed evidenza fuq xiex wieħed jista' jibbaża parametri fuq livell Komunitarju għal kimiċi li jaffettwaw is-sistema ta' l-ormoni, anke jekk qed jiżdied it-tħassib dwar l-impatt li kimiċi perikolużi għas-saħħa jista' jkollhom fuq il-bnedmin u fuq in-natura u l-ambjent. |
(16) |
Billi b'mod partikolari, l-istandards fl-Anness I fil-biċċa l-kbira tagħhom huma imsejsa fuq il-“Linji ta' Gwida għall-Kwalità ta' l-Ilma tax-Xorb” ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u fuq l-opinjoni tal-Kumitat għall-Pariri Xjentifiċi li l-Kummissjoni ħatret biex jeżamina l-effetti tossiċi ta' ċertu kimiċi; |
(17) |
Billi l-Istati Membri iridu jistabbilixxu parametri oħra mhux inklużi fl-Anness I fejn dan hu meħtieġ għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem fit-territorji tagħhom; |
(18) |
Billi l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu parametri addizzjonali mhux inklużi fl-Anness I jekk dan hu meħtieġ bix ikun żgurat li l-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-ispezzjoni ta' l-ima maħsub għall-konsum mill-bniedem jilħqu l-kwalità meħtieġa; |
(19) |
Billi, meta l-Istati Membri jħossu li l-ħtieġa li jaddottaw standards iktar iebsa minn dawk imsemmija fl-Anness I, Partijiet A u B, jew standards għal parametri oħra mhux inklużi fl-Annes I imma meħtieġa għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, huma iridu jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dawn l-istandards; |
(20) |
Billi l-Istati Membri huma marbuta li, meta jdaħħlu miżuri ta' protezzjoni iktar stretti, jagħmlu dan skond il-prinċipji u r-regoli tat-Trattat, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja; |
(21) |
Billi fil-punt li fih l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ikun jista' jiġi użat dan għandu jkollu l-parametri kollha milħuqa; |
(22) |
Billi l-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tista' tkun nfluwenzata mis-sistema ta' distribuzzjoni domestika; u billi, iktar minn hekk, hu magħruf li kemm is-sistema ta' distribuzzjoni domestika u kif ukoll il-manutenzjoni tagħha jistgħu ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri; |
(23) |
Billi kull Stat Membru irid joħloq programmi li bihom jara li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jilħaq il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva; billi dawn il-programmi iridu jkunu xierqa għaċ-cirkustanzi lokali u jridu jilħqu l-ħtiġiet minimi mniżżlin f'din id-Direttiva; |
(24) |
Billi l-metodi użati biex tiġi analizzata l-kwalità ta' l-ilma maħsuba għall-konsum mill-bniedem trid tkun b'tali mod li tassigura li r-riżultati miksuba huma komparabbli u ta' min joqgħod fuqhom; |
(25) |
Billi, f'każ li l-livelli imposti minn din id-Direttiva ma jintlaħqux l-Istat Membru konċernat irid jinvestiga l-kawża u jassigura li, kemm jista' jkun malajr, tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex titranġa l-kwalità ta' l-ilma; |
(26) |
Billi huwa mportanti li l-ilma mniġġeż ma' jitħalliex ikun ta' ħsara potenzali għas-saħħa tal-bniedem; billi l-provvista ta' dan l-ilma għandha tiġi mwaqqfa jew l-użu tiegħu ristrett; |
(27) |
Billi, f'każ li ma jintlaħaqx parametru li għandu funzjoni indikattiva, l-Istat Membriu konċernat għandu jikkonsidra jekk dan in-nuqqas hux ta' riskju għas-saħħa umana; billi għandha tittieħed azzjoni korrettiva biex titranġa l-kwalità ta' l-ilma fejn dan hu metieġ biex tkun protetta s-saħħa tal-bniedem; |
(28) |
Billi, jekk tkun meħtieġa azzjoni korrettiva bħal din biex titranġa l-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, skond l-Artikolu 130r(2) tat-Trattat, għandha tinagħta prijorità lill-azzjoni li ssewwi l-kawża tal-problema; |
(29) |
Billi l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati, taħt ċerti kondizzjonijiet, biex jagħtu derogi minn din id-Direttiva; billi, iktar minn hekk, hemm bżonn li jinħoloq qafas xieraq għal dawn id-derogi, dejjem jekk dawn ma joħolqux periklu potenzali għas-saħħa tal-bniedem u jekk il-provvista ta' l-ilma maħsub għal konsum mill-bniedem f'dak il-post partikolari ma tkunx tista' tiġi mantenuta b'mezzi oħra raġonevoli; |
(30) |
Billi, minħabba li waqt t-tħejjija u d- distribuzzjoni ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jistgħu jintużaw ċerti sustanzi jew materjali, hemm bżonn ta' regoli dwar dan l-użu sabiex jiġu evitati effetti li jistgħu ikunu perikolużi għas-saħħa tal-bniedem; |
(31) |
Billi jista' jkun hemm bżonn li l-ħtiġiet tekniċi imniżżla fl-Annessi II u III jiġu adattati malajr minħabba avvanzi xjentifiċi u tekniċi; billi, iktar minn hekk, biex titħaffef l-applikazzjoni tal-miżuri meħtieġa għal dak il-għan, trid issir dispożizzjoni għal proċedura li biha l-Kummissjoni tkun tista' taddotta dawn l-addattazzjonijiet bil-għajnuna ta' kumitat magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri; |
(32) |
Billi konsumaturi għandhom ikunu mgħarrfa b'mod tajjeb u xieraq dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, dwar kwalunkwe derogi mogħtija mill-Istati Membri u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda mill-awtoritajiet kompetenti; billi, iktar minn hekk, iridu jiġu konsidrati il-ħtiġijiet tekniċi u statistiċi tal-Kummissjoni, kif ukoll il-jeddijiet ta' l-individwu li jikseb tagħrif xieraq dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem; |
(33) |
Billi, f'ċirkostanzi eċċezzjonali u għal postijiet definiti ġeografikament, jista' jkun hemm bżonn li xi Stati Membri jinagħtaw żmien itwal biex jilħqu ċerti dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva; |
(34) |
Billi din id-Direttiva m'għandiex taffettwa l-obbligi ta' l-istati Membri għal-limitu ta' ħin għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali, jew għall-applikazzjoni, kif murija fl-Anness IV, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għan
1. Din id-Direttiva hi dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.
2. L-għan tad-Direttiva għandu jkun dak li s-saħħa tal-bniedem tiġi mħarsa mill-effetti ħżiena ta' kwalunkwe tniġġiż ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem billi jkun żgurat li dan ikun nadif u tajjeb.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:
1. “ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem” tfisser:
(a) l-ilma kollu, fl-istat oriġinali tiegħu jew wara trattament, maħsub għax-xorb, tisjir, tħejjija ta' l-ikel u għanijiet oħra domestiċi, irrispettivament minn minn fejn ġej u minn jekk huwhiex provist minn network ta' distribuzzjoni, tank, jew ġo fliexken jew reċipjenti;
(b) l-ilma kollu użat fi kwalunkwe impriża li tipproduċi l-ikel għall-manifattura, proċessar, preservazzjoni jew marketing ta' prodotti jew sustanzi maħsuba għall-konsum mill-bniedem sa kemm l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti m'humhiex konvinti li l-kwalità ta' l-ilma ma tkunx sa taffettwa t-tjubija għas-saħħa ta' l-ikel lest;
2. “sistema ta' distribuzzjoni domestika” tfisser is-sistema ta' pajpijiet, fittings u appliances oħra li huma stallati bejn il-viti li huma normalment użati għall-konsum mill-bniedem u r-retikolat ta' distribuzzjoni imma biss jekk dawn ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà ta' min jipprovdi l-ilma, skond il-liġi nazzjonali relevanti.
Artikolu 3
Eżenzjonijiet
1. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal:
(a) ilmijiet minerali naturali magħrufin bħala tali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, skond id-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE tal-15 ta' Lulju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati ma' l-esplojtazzjoni u l-marketing ta' l-imijiet minerali naturali ( 8 );
(b) ilmijiet li huma prodotti mediċinali skond kif imfisser fid-Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE tas-26 ta' Jannar 1965 dwar l-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti b'liġi, regolamenti jew azzjoni amministrattiva relatata mal-prodotti mediċinali ( 9 ).
2. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva:
(a) ilma maħsub esklussivamnet għal dawk l-għanijiet li għalihom l-awtoritajiet kompetenti huma sodisfatti li l-kwalità ta' l-ilma m'għandux influwenza, la diretta u lanqas indiretta, fuq is-saħħa tal-konsumaturi konċernati;
(b) ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jkun ġej minn provvista individwali li tipprovdi medja ta' inqas minn 10 metri kubi kuljum jew li sservi inqas minn 50 persuna, sakemm l-ilma ma jkunx provvist bħala parti minn attività kummerċjali jew pubblika.
3. L-Istati Membri li jirrikorru għall-eżenzjonijiet imsemmija fil-Paragrafu 2(b) għandhom jiżguraw li l-popolazzjoni konċernata tiġi mgħarrfa dwar dan u dwar kwalunkwe azzjoni li tista' tittieħed biex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem minn effetti ħżiena kawżati minn kwalunkwe tniġġiż ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Barra minn hekk, meta jkun evidenti li hemm ħsara potenzali għas-saħħa tal-bniedem ġejja mill-kwalità ta' dan l-ilma, il-popolazzjoni konċernata għandha tiġi mgħarrfa minnufiħ.
Artikolu 4
Obbligi Ġenerali
1. Mingħajr preġudizzju lejn l-obbligi tagħhom skond dispożizzjonijiet tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem huwa nadif u tajjeb għas-saħħa. Għall-għanijijiet tar-rekwiżiti minimi ta' din id-Direttiva, l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għandu jkun tajjeb għas-saħħa u nadif jekk:
(a) ma jkunx fih mikro-organiżmi u parassiti u sustanzi li, f'numri jew konċentrazzjonijiet, jistgħu ikunu ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem, u
(b) jilħaq il-ħtiġiet minimi imniżżla fl-Anness I, Partijiet A u B;
u jekk, skond id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Artikoli 5 sa 8 u 10 u skond it-Trattat, l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jaqbel mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex tiġi implimentata din id-Direttiva fl-ebda ċirkostanzi ma jippermettu, direttament jew indirettament, la xi tnaqqis tal-kwalità preżenti ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fejn għandha x'taqsam il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u lanqas xi żieda fit-tniġġiż ta' ilmijiet użati għall-produzzjoni ta' l-ilma tax-xorb.
Artikolu 5
Standards tal-Kwalità
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri applikabbli għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għall-parametri mniżżla fl-Anness I.
2. Il-valuri stabbiliti skond il-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu anqas stretti minn dawk dikjarati fl-Anness I. Rigward il-parametri ddikjarati fil-Parti Ċ ta' l-Anness I, il-valuri għandhom bżonn ikunu fissati biss għal skopijiet ta' kontrolli u għall-ħarsien ta' l-obligazzjonijiet imposti fl-Artikolu 8.
3. Stat Membru għandu jistabbilixxi valuri għal parametri oħra mhux inklużi fl-Anness I jekk dan ikun meħtieġ għall-ħarsien tas-saħħa tal-bnedmin fit-territorju nazzjonali tagħhu jew parti minnu. Il-valuri għandhom, ta' l-inqas, iħarsu l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 4(1)(a).
Artikolu 6
Punt ta' konformità
1. Il-valuri parametriċi stabbiliti skond l-Artikolu 5 għandhom jiġu mħarsa:
(a) fil-każ ta' ilma provvist minn retikolat ta' distribuzzjoni, fil-punt fi stabbilimenti li fih joħroġ mill-viti li huma normalment użati għall-konsum mill-bniedem;
(b) fil-każ ta' l-ilma provvist minn tank, fil-punt fejn joħroġ mit-tank;
(ċ) fil-każ ta' ilma imqiegħed fi fliexken jew reċepjenti maħsuba għall-bejgħ, fil-punt li fih l-ilma huwa mqiegħed fi fliexken jew reċepjenti;
(d) fil-każ ta' l-ilma użat f'impriża ta' produzzjoni ta' l-ikel, fil-punt li fih l-ilma huwa użat fl-impriża.
2. Fil-każ ta' l-ilma kopert mill-paragrafu 1(a), l-Istati Membri għandhom jitqiesu li jissodisfaw l-obligi tagħhom skond dan l-Artikolu u skond l-Artikoli 4 u 8(2) fejn jista' jkun stabbilit li nuqqas ta' konformità mal-valuri parametriċi magħmulin skond l-Artikolu 5 ikun ġej mis-sistema ta' distribuzzjoni domestika jew mill-manutenzjoni tagħha ħlief fi stabbilimenti fejn l-ilma huwa servut lill-pubbliku, bħal skejjel, sptarijiet u restoranti.
3. Fejn paragrafu 2 japplika u hemm riskju li l-ilma kopert mill-paragrafu 1(a) ma jkunx konformi mal-valuri parametriċi stabbiliti skond l-Artikolu 5, l-Istati Membri xorta waħda għandhom jiżguraw li:
(a) jittieħdu miżuri xierqa biex inaqqsu jew jeliminaw ir-riskju ta' nuqqas ta' konformità mal-valuri parametriċi, fosthom billi jiggwidaw lis-sidien ta' propjetà fuq kwalunkwe azzjoni korrettiva possibbli li dawn ikunu jistgħu jieħdu, u/jew
jittieħdu miżuri oħra, fosthom metodi xierqa ta' trattament, biex titbiddillu n-natura jew il-karatteristiċi ta' l-ilma qabel ma dan ikun provvist sa biex jitnaqqas jew jiġi eliminat ir-riskju li l-ilma ma jaqbilx ma jkunx konformi mal-valuri parametriċi wara l-provvista.
u
(b) il-konsumaturi konċernati ikunu mgħarrfa u iggwidati dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva li għandhom jieħdu.
Artikolu 7
Kontrolli
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jsiru kontrolli regolari tal-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, biex jaraw li l-ilma disponibbli għall-konsumaturi jilħaq il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva u partikolarment il-valuri parametriċi dikjarati skond l-Artikolu 5. Iridu jittieħdu kampjuni rappreżentattivi tal-kwalità ta' l-ilma konsmat matul is-sena. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li, fejn id-diżinfettazzjoni hi parti mill-preparazzjoni jew distribuzzjoni ta' l-ilma maħsub għal-konsum mill-bniedem, l-effiċjenza tad-diżinfettazzjoni hi verifikata, u li kwalunkwe tniġġiż minn sustanzi prodotti mill-istess diżinfettazzjoni jinżamm baxx kemm jista' jkun mingħajr ma jikkomprometti d-disinfettazzjoni.
2. Biex jintlaħqu l-obligazzjonijet imposti fil-paragrafu 1, programmi addattati ta' kontroll għandhom jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti għall-ilma kollu maħsub għall-konsum mill-bniedem. Dawn il-programmi ta' kontroll għandhom jilħqu l-ħtiġiet minimi stabbiliti fl-Anness II.
3. Il-punti li minnhom jittieħdu l-kampjuni għandhom jiġu determinati mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom jilħqu l-ħtiġiet imniżżla fl-Anness II.
4. Jistgħu jinħolqu linji ta’ gwida Komunitarji għall-kontrolli preskritti f’dan l-Artikolu f’konformità mal-proċedura tal-amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2).
5.
(a) L-Istati Membri għandhom ikunu konformi ma' l-ispeċifikazzjonijiet għall-analiżi tal-parametri imniżżla fl-Anness III.
(b) Jistgħu jintużaw metodi differenti minn dawk speċifikati fil-Parti 1 ta' l-Anness III, sakemm ikun jista' jintwera r-riżultati miksuba ikunu ta' min joqgħod fuqhom għall-inqas daqs dawk miksuba bil-metodi msemmija. L-Istati Membri li jużaw metodi alternattivi għandhom jagħtu lill-Kummissjoni it-tagħrif relevanti kollu dwar dawn il-metodi u l-ekwivalenza tagħhom.
(ċ) Għal dawk il-parametri imniżżla fil-Partijiet 2 u 3 ta' l-Anness III, kull metodu ta' analiżi jista' jintuża sakemm jintlaħqu l-ħtiġiet dikjarati fihom.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru kontrolli żejda, każ b'każ, fuq sustanzi u mikro-organiżmi li għalihom ma kien stabbilit l-ebda valur parametriku skond l-Artikolu 5, jekk hemm raġuni biex wieħed jaħseb li dawn jistgħu ikunu preżenti f'ammonti jew numri li jikkostitwixxu periklu potenzali għas-saħħa umana.
Artikolu 8
Azzjoni Korrettiva u restrizzjonijiet fl-użu
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull kaz li fih ma jintlaħqux il-valuri parametriċi stabbiliti skond l-Artikolu 5 ikun investigat mill-ewwel ħalli tiġi identifikata l-kawża.
2. Jekk, minkejja l-miżuri meħuda biex jintlaħqu l-obligazzjonijiet imposti fl-Artikolu 4(1), l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ma' jilħaqx il-valuri parametriċi stabbiliti skond l-Artikolu 5, u soġġetti għall-Artikolu 6(2), l-Istati Membri konċernati għandhom jiżguraw li tittieħed azzjoni korrettiva mill-iktar fis possibli biex terġa' tintlaħaq il-kwalità u jagħtu prijorità lill-azzjoni ta' l-infurzar tagħhom, wara li jkunu ikkunsidraw inter alia b'kemm ikun inqabeż il-valur parametriku relevanti u l-ħsara li dan jista' jagħmel lis-saħħa tal-bniedem.
3. Sew jekk ikunu intlaħqu l-valuri parametri u sew jekk le, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun projbit jew ristrett l-użu ta' kwalunkwe provvista ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jista' jkun ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem jew li tittieħed azzjoni oħra bħal din skond kif meħtieġ għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem. F'dawn il-każijiet il-konsumaturi għandhom jiġu mgħarrfa mill-ewwel bihom u mogħtija l-pariri meħtieġa.
4. L-awtoritajiet kompetenti jew korpi oħra relevanti għandhom jiddeċiedu x'azzjoni trid tittieħed skond il-paragrafu 3, waqt li jżommu quddiem għajnejhom ir-riskji għas-saħħa umana li jinħolqu mit-twaqqif jew restrizzjoni fl-użu ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.
5. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu linji ta' gwida biex jassisstu lill-awtoritajiet kompetenti biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skond il-paragrafu 4.
6. F'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-valuri parametriċi jew ma' l-ispeċifikazzjonijiet iddikjarati fil-Parti Ċ ta' l-Anness I, l-Istati Membri għandhom jikunsidraw jekk dan in-nuqqas ta' konformità huwiex ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem. Għandhom jieħdu azzjoni korrettiva biex titjieb il-kwalità ta' l-ilma meta dan ikun meħtieġ biex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem.
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi ikunu mgħarrfa kull meta tittieħed azzjoni korrettiva, ħlief meta l-awtoritajiet kompetenti jaħsbu li n-nuqqas ta' konformità mal-valur parametriku ikun wieħed trivjali.
Artikolu 9
Derogi
1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu derogi mill-valuri parametriċi stabbiliti fil-Parti B ta' l-Anness I, jew skond l-Artikolu 5(3), sa valur massimu li jiddeterminaw huma stess, sakemm l-ebda deroga ma tikkostitwixxi periklu potenzali għas-saħħa tal-bniedem u sakemm il-provvista ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fil-post konċernat ma tkunx tista' tinżamm b'mezzi oħra raġonevoli. Id-derogi għandhom jiġu limitati għall-iqsar żmien possibbli u ma għandhomx jaqbżu t-tlett snin. Kif iż-żmien tad-deroga joqrob lejn tmiemu, għandha issir reviżjoni li tara jekk sarx progress suffiċjenti. Meta Stat Membru jkun irid jagħti t-tieni deroga, dan għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bir-reviżjoni li tkun saret kif ukoll bir-raġunijiet li wassluh jagħti t-tieni deroga. It-tieni deroga ma għandhiex taqbeż it-tlett snin.
2. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, Stat Membru jista' jitlob għat-tielet deroga mill-Kummissjoni għal perjodu li ma jaqbiżx it-tlett snin.“Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fuq talba bħal din fi żmien tlett xhur.”
3. Kwalunkwe deroga mogħtija skond il-pargrafi 1 jew 2 għandha tispeċifika dan li ġej:
(a) ir-raġunijiet għad-deroga;
(b) il-parametru konċernat, riżultati relevanti ta' kontrolli li jkunu saru, u l-valur massimu permessibbli taħt id-deroga;
(ċ) iż-żona ġeografika, il-kwantità ta' l-ilma provduta kull jum, il-popolazzjoni konċernata u jekk tkunx sa tiġi affetwata xi mpriża tal-produzzjoni ta' l-ikel;
(d) skema xierqa ta' kontroll, b'żieda fil-frekwenza ta' kontroll fejn meħtieġ;
(e) Il-pjan fil-qosor ta' l-azzjoni korrettiva meħtieġa, li tinkludi time-table għax-xogħol u stima ta' l-ispejjeż u disposizzjonijet għar-reviżjoni;
(f) it-tul taż-żmien tad-deroga.
4. Jekk l-awtoritajiet kompetenti iħossu li n-nuqqas ta' konformità mal-valur parametriku jkun wieħed trivjali, u jekk azzjoni meħuda skond l-Artikolu 8(2) tkun biżżejjed biex tirrimedja l-problema fi żmien tletin jum, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3 jistgħu ma jiġux applikati.
F'dak il-każ, l-awtoriajiet kompetenti jew korpi oħra relevanti għandhom jistabbilixxu biss il-valur massimu permissibli għall-parametru konċernat u l-ħin allokat għar-rimedju tal-problema.
5. Wieħed ma għandux iktar jirrikorri għall-paragrafu 4 jekk ikun ġie innutat nuqqas ta' konformità ma' valur parametriku wieħed għal provvista partikolari ta' ilma li tkun seħħet f'iktar minn 30 jum fit-12 il-xahar ta' qabel.
6. Kwalunkwe Stat Membru li jirrikorri għad-derogi provduti f'dan l-Artikolu għandu jiżgura li l-popolazzjoni affetwata minn din id-deroga tiġi mgħarrfa fil-ħin u b'mod xieraq dwar id-deroga u l-kondizzjonijet tagħha. Barra minn hekk l-Istat Membru għandu, fejn meħtieġ, jiżgura li jinagħta tagħrif xieraq lil gruppi partrikolari fil-popolazzjoni li jgħalihom id-deroga tista' tippreżenta riskju speċjali.
Dawn l-obligi m'għandhomx japplikaw fiċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 4 sa kemm l-awtoritajiet kompetenti ma jiddeċidux mod ieħor.
7. Ħlief għal derogi mogħtija skond il-paragrafu 4a, Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn bi kwalunkwe derogi li għandhom x'jaqsmu ma' provvista individwali ta' l-ilma b'medja ta' iktar minn 1 000 m3 kull jum jew li sservi iktar minn 5 000 persuna, inkluż it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 3.
8. Dan l-Artikolu m'għandux japplika għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem offrut għall-bejgħ fi fliexken jew reċipjenti.
Artikolu 10
Kontroll fuq il-Kwalità tat-trattament, tagħmir u materjali
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li ebda sustanzi jew materjali għal stallazzjonijiet ġodda użati fit-tħejjija jew distribuzzjoni ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jew impuritajiet li għandhom x'jaqsmu ma' dawn is-sustanzi jew materjali għal stallazzjonijiet ġodda ma jibqgħu fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem f'konċentrazzjoni ogħla minn dik meħtieġa għall-użu xieraq tagħhom u li dawn ma jnaqqsux, direttament jew indirettament, il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem kif prevista f'din id-Direttiva; id-dokument ta' interpretazzjoni u d-dettalji tekniċi skond l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri relatati mal-prodotti tal-kostruzzjoni ( 10 ) għandhom iħarsu l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.
Artikolu 11
Reviżjoni ta' l-Annessi
1. Ta' l-anqas kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Anness I fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku u tipproponi emendi, fejn meħtieġa, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 189c tat-Trattat.
2. tal-anqas kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha temenda l-Annessi II u III biex tagħmel l-adattamenti meħtieġa għall-progress xjentifiku u tekniku.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).
Artikolu 12
1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjunha minn kumitat.
2. Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 11 ) għandhom ikunu applikabbli, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 13
Tagħrif u rappurtaġġ
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-konsumaturi ikollhom aċċess għal tagħrif adekwat u aġġornat fuq il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.
2. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 90/3/13/KEE tas-7 ta' Ġunju 1990 dwar il-libertà ta' l-aċċess għat-tagħrif fuq l-ambjent ( 12 ), kull Stat Membru għadu jippubblika rapport kull tlett snin fuq il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem bil-ħsieb li jiġu mgħarrfa l-konsumaturi. L-ewwel rapport għandu jkopri s-snin 2002, 2003 u 2004. Kull rapport għandu jinkludi, ta' l-anqas, il-provvisti ta' l-ilma individwali kollha li jipprovdu medja ta' aktar minn 1 000 m3 kull jum jew iservu iktar minn 5 000 persuna u għandu jkopri 3 snin u għandu jiġi publikat fi żmien sena minn tmiem il-perjodu rapportat.
3. L-Istati Membri għandhom jibagħtu r-rapprti tagħhom lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mill-pubblikazzjoni tagħhom.
4. Il-formati u t-tagħrif minimu li għandhom ikunu inklużi fir-rapporti kif stabbilit fil-paragrafu 2 għandhom jiġu determinati wara kunsiderazzjoni speċjali lill- miżuri msemmija fl-Artikolu 3(2), l-Artikolu 5(2) u (3), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(6) u (7) u l-Artikolu 15(1), u jekk ikun meħtieġ għandhom jiġu emendati f’konformità mal-proċedura tal-amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2).
5. Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rapporti ta' l-Istati Membri u, kull tlett snin, tippubblika rapport fil-qosor fuq il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fil-Komunità. Dan ir-rapport għandu jiġi publikat fi żmien disa' xhur minn meta l-Kummissjoni tirċievi r-rapporti ta' l-Istati Membri.
6. Flimkien mal-ewwel rapport fuq din id-Direttiva kif imsemmi fil-paragrafu 2 l-Istati Membri għandhom jipproduċu wkoll rapport li jrid jingħata lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li jkunu ħadu jew ippjanaw li jieħdu biex jissodisfaw l-obbligazzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 6(3) u n-nota 10 tal-Parti B tal-Anness I. Il-Kummissjoni għandha tissottometti, kif xieraq, proposta dwar il-format ta’ dan ir-rapport f’konformità mal-proċedura tal-amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2).
Artikolu 14
Żmien għall-konformità
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tkun konformi ma' din id-Direttiva fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu, mingħajr preġudizzju għan-noti 2, 4 u 10 tal-Parti B ta' l-Anness I.
Artikolu 15
Ċirkostanzi eċċezzjonali
1. Stat Membru jista', f'ċirkostanzi eċċezzjonali u għal postijiet definiti ġeografikament, jissottomettu talba speċjali lill-Kummissjoni għal-perjodu itwal minn dak stipulat fl-Artikolu 14. Il-Perjodu miżjud m'għandux jaqbeż it-tlett snin, u lejn l-aħħar tagħhom għandha ssir reviżjoni u din tiġi mgħoddija lill-Kummissjoni. Skond din ir-reviżjoni, il-Kummissjoni tista' tippremetti perjodu ieħor miżjud ta' mhux iktar minn tlett snin. Din id-dispożizzjoni m'għandiex tapplika għall-ilma maħsub għall-konum mill-bniedem offrut għall-bejgħ fi fliexken jew reċepjenti.
2. Talba bħal din, li r-raġunijiet għaliha għandhom ikunu mogħtija, għandha tiddikjara d-diffikultajiet esperjenzati u tinkludu mill-inqas it-tagħrif kollu speċifikat fl-Artikolu 9(3).
3. Dik it-talba għandha tkun eżaminata f’konformità mal-proċedura tal-amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2).
4. Kwalunkwe Stat Membru li jirrikorri għal dan l-Artikolu għandu jiżgura li l-popolazzjoni affettwata minn talba bħal din tiġi mgħarrfa mill-ewwel u b'mod xieraq bir-riżultat ta' dak it-talba. Barra minn hekk, l-Istat Membru għandu, fejn meħtieġ, jiżgura li jinagħta tagħrif xieraq lil gruppi partikolari tal-popolazzjoni li għalihom din it-talba tista' tippreżenta riskju partikolari.
Artikolu 16
Tħassir
1. Id-Direttiva 80/778/KEE qegħdha hawnhekk titħassar b'effett minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Soġġett għall-paragrafu 2, dan it-tħassir ma għandux jaffettwa l-obligazzjonijiet ta' l-Istati Membri rigward iż-żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u għall-applikazzjoni kif murija fl-Anness IV.
Kwalunkwe referenza għad-Direttiva mħassra għandha tinftihem bħala referenza għal din id-Direttiva u għandha tinqara skond it-tabella ta' korrelazzjoni li hemm fl-Anness V.
2. Hekk kif Stat Membru ikun beda jħaddem il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijet amministrattivi meħtieġa biex ikun konformi ma' din id-Direttiva u ħa l-miżuri msemmija fl-Artikolu 4, din id-Direttiva, u mhux id-Direttiva 80/778/KEE, għandha tapplika għall-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem f'dak l-Istat Membru.
Artikolu 17
Trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali
1. L-Istati Membri għandhom jibdew iħaddmu l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa sentejn wara li din tidħol fis-seħħ. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan mill-ewwel.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom riferenzi għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkpumpnjati b'referenzi bħal dawn meta jiġu pubblikazzjoni uffiċjalment. Il-metodi dwar kif isiru dawn ir-riferenzi għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni it-testi tad-dispożizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttivi għandha tidħol fis-seħħ fil-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 19
Lil Min hi Indirizzata
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
PARAMETRI U VALURI PARAMETRIĊI
PARTI A
Parametri mikrobijoloġiċi
Parametru |
Valur Parametriku (numru/100ml) |
Escherichia coli (E.coli) |
0 |
Enterokokki |
0 |
Dan li ġej japplika għall-ilma għall-bejgħ fi fliexken jew reċepjenti:
Parametru |
Valur Parametriku |
Escherichia coli (E.coli) |
0/250 ml |
Enterokokki |
0/250 ml |
Pseudomonas aeruginosa |
0/250 ml |
Colony count 22°C |
100/ml |
Colony count 37°C |
20/ml |
PARTI B
Parametri kimiċi
Parametru |
Valur Parametriku |
Unit |
Noti |
Arcylamide |
0,10 |
μg/l |
Nota 1 |
Antimony |
5,0 |
μg/l |
|
Arseniku |
10 |
μg/l |
|
Benzene |
1,0 |
μg/l |
|
Benzo(a)pyrene |
0,010 |
μg/l |
|
Boron |
1,0 |
μg/l |
|
Bromate |
10 |
μg/l |
Nota 2 |
Kadmju |
5,0 |
μg/l |
|
Kromju |
50 |
μg/l |
|
Ramm |
2,0 |
μg/l |
Nota 3 |
Cyanide |
50 |
μg/l |
|
1,2-dichloroethane |
3,0 |
μg/l |
|
Epichlorohydrin |
0,10 |
μg/l |
Nota 1 |
Fluroide |
1,5 |
μg/l |
|
Ċomb |
10 |
μg/l |
Noti 3 u 4 |
Merkurju |
1,0 |
μg/l |
|
Nickel |
20 |
μg/l |
Nota 3 |
Nitrate |
50 |
μg/l |
Nota 5 |
Nitrite |
0,50 |
μg/l |
Nota 5 |
Pestiċidi |
0,10 |
μg/l |
Noti 6 u 7 |
Pestiċidi—Total |
0,50 |
μg/l |
Noti 6 u 8 |
Hydrocarbons poliċikliċi aromatici |
0,10 |
μg/l |
Total ta' konentrazzjonijiet tal-kimiċi speċifikati; Nota 9 |
Selenju |
10 |
μg/l |
|
Tetrachloroethene u Trichloroethane |
10 |
μg/l |
Total tal-konċentrazzjonijiet tal-parametri speċifikati |
Trihalomethanes —Totali |
100 |
μg/l |
Total tal-konċentrazzjonijiet tal-kimiċi speċifikati; Nota 10 |
Vinyl chloride |
0,50 |
μg/l |
Nota 1 |
Nota 1:
Il-valur parametriku jirreferi għall-konċentrazzjoni tal-monomer li jibqa' fl-ilma kif kalkulat skond id-dettalji tal-massimu li jiġi rilaxxat mill-polymer korrispondenti hekk kif dan jiġi f'kuntatt ma' l-ilma.
Note 2:
Fejn ikun possibli, mingħajr ma tiġi kompromessa d-dinżinfettazzjoni, l-Istati Membri għandhom jimmiraw għal valur iktar baxx.
Nota 3:
Il-valur japplika għal kampjun ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem miksub minn metodu adegwat ta' teħid ta' kampjuni ( 13 ) mill-vit u meħud b'mod li jkun jirrappreżenta medja ta' kull gimgħa li jkunu ħadu l-konusmaturi. Fejn ikun il-każ, għandhom jintużaw metodi ta' teħid ta' kampjuni u ta' kontrolli b'mod armonizzat li għandhom jintagħżlu skond l-Artikolu 7(4). L-Istati Membri għandhom jikkonsidraw l-effetti li l-livelli massimi jista' jkollhom fuq is-saħħa umana.
Nota 4:
Għall-ilma msemmi fl-Artikolu 6(1)(a), (b) u (d), il-valur għandu jintlaħaq mhux iktar tard minn 15-il sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Il-valur parametriku għaċ-ċomb minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva sa 15 il-sena wara id-dħul fis-seħħ huwa ta' 25 μg/l.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri kollha xierqa biex inaqqsu l-konċentrazzjoni taċ-ċomb fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kemm jista' jkun matul il-perjodu meħtieġ biex jintlaħaq il-valur parametriku.
Waqt li jimplimentaw il-miżuri biex jilħqu konformità ma' dak il-valur, l-Istat Membru għandhom progressivament jagħtu prijorità fejn hemm l-ogħla konċentrazzjonijiet taċ-ċomb f'ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.
Nota 5:
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu mħarsa l-kondizzjonijiet li [nitrate]/50 + [nitrite]/3 ≤ 1, bil-parentesi kwadri juru l-konċentrazzjoni f'mg/1 għan-nitrate (NO3) u nitrite (NO2), u li jintlaħaq il-valur ta 0,10 mg/1 għan-nitrites f'ilma li jkun ġie trattat.
Nota 6:
“Pestiċidi” tfisser:
— insettiċidi organiċi,
— erbiċidi organiċi,
— fungiċidi organiċi,
— nematoċidi organiċi,
— akariċidi organiċi,
— algiċidi organiċi,
— rodentiċidi organiċi
— slimiċidi organiċi,
— prodotti relatati (inter alia, regolaturi tat-tkabbir)
u l-metaboliti relevanti tagħhom, prodotti ta' degradazzjoni u rejazzjoni.
Għandhom jiġu kontrollati biss dawk il-pestiċidi li x'aktarx jinstabu fi provvista partikolari.
Nota 7:
Il-valur parametriku japplika għal kull pestiċida individwali. Fil-kaz ta' aldrin, dieldrin, heptachlor u heptachlor epoxide il-valur parametriku huwa 0,030 μg/l.
Nota 8:
“Pestiċidi – Totali” tfisser it-total tal-pestiċidi individwali kollha misjuba u kwantifikati fil-proċedura ta' kontroll.
Nota 9:
Il-kimiċi speċifikati huma:
— benzo(b)fluoranthene,
— benzo(k)fluoranthene,
— benzo(ghi)perylene,
— indeno(1,2,3-cd)pyrene.
Nota 10:
Fejn hu possibli, mingħajr ma tkun kompromessa d-diżinfettazzjoni, l-Istati Membri għandom jippruvaw jilħqu livell iktar baxx.
Il-kimiċi speċifikati huma: chloroform, bromoform, dibromochloromethane, bromodichloromethane.
Għall-ilma msemmi fl-Artikolu 6(1)(a), (b) u (d) il-valur għandu jintlaħaq mhux aktar tard minn 10 snin wara id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Il-valur parametriku għat-THM totali minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva sa 10 snin wara id-dħul tagħha fis-seħħ huwa ta' 150 μg/l.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri kollha xierqa biex inaqqsu l-konċentrazzjoni ta' THMs f'ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kemm jista' jkun matul il-perjodu meħtieġ biex tintlaħaq konformità mal-valur parametriku.
Waqt li jimplimentaw il-miżuri biex jilħqu dan il-valur, l-Istati Membri għandhom progressivament jagħtu prijorità lil dawk iż-żoni fejn hemm l-ogħla konċentrazzjoni ta' THM f'ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.
PARTI Ċ
Parametri Indikaturi
Parametru |
Valur Parametriku |
Unit |
Noti |
Aluminju |
200 |
μg/l |
|
Ammonju |
0,5 |
mg/l |
|
Chloride |
250 |
mg/l |
Nota 1 |
Clostridium perfringens (l-ispori inklużi) |
0 |
numru/100 ml |
Nota 2 |
Kulur |
Aċċettabli għall-konsumaturi u l-ebda bidla mhux normali |
||
Konduttività |
2 500 |
μS/cm-1 kull 20 °C |
Nota 1 |
Konċentrazzjoni ta' l-ions ta' l-Idroġenu |
≥ 6,5 u ≤ 9,5 |
pH uniti |
Noti 1 u 3 |
Ħadid |
200 |
μg/l |
|
Manganese |
50 |
μg/l |
|
Riħa |
Aċċettabli għall-konsumaturi u l-ebda bidla mhux normali |
||
Ossidazzjonabilità |
5,0 |
mg/l O2 |
Nota 4 |
Sulphate |
250 |
mg/l |
Nota 1 |
Sodju |
200 |
mg/l |
|
Togħma |
Aċċettabli għall-konsumaturi u l-ebda bidla mhux normali |
||
Colony count 22 o |
L-ebda bidla mhux normali |
||
Battirja coliform |
0 |
numru/100 ml |
Nota 5 |
Karbonju organiku totali (TOC) |
L-ebda bidla mhux normali |
Nota 6 |
|
Turbidità |
Aċċettabli għall-konsumaturi u l-ebda bidla mhux normali |
Nota 7 |
RADIOATTIVITÀ
Parametru |
Valur Parametriku |
Unit |
Noti |
Tritium |
100 |
Bq/l |
Noti 8 u 10 |
Doża indikattiva totali |
0,10 |
mSv/sena |
Noti 9 u 10 |
ANNESS II
KONTROLLI
TABELLA A
Parametri li għandhom jiġu analiżżati
1. Check Monitoring
L-għan taċ-check monitoring huwa li jipprovdi regolarment tagħrif dwar il-kwalità organoleptika u mikrobijoloġika ta' l-ilma provdut għall-konsum mill-bnedmin kif ukoll tagħrif dwar l-effettività tat-trattament ta' l-ilma tax-xorb (l-aktar tad-diżinfettazzjoni) fejn huwa użat, sabiex ikun stabbilit jekk l-ilma maħsub għall-konsum mill-bnedmin jaqbilx mal-valuri parametriċi rilevanti mniżżla f'din id-Direttiva.
Il-parametri li ġejjin għandhom jkunu soġġetti għaċ-check monitoring. L-Istati Membri jistgħu iżidu mal-lista parametri oħra li jħossu li huma xierqa.
Aluminju (Nota 1)
Ammonium
Kulur
Konduttività
Clostridium perfringens (inklużi l-ispori) (Nota 2)
Escherichia coli (E. coli)
Konċentrazzjoni ta' l-ions ta' l-idroġenju
Ħadid (Nota 1)
Nitrite (Note 3)
Riħa
Pseudomonas aeruginosa (Nota 4)
Togħma
Colony count (Nota 4)
Battirja coliform
Turbidità
Nota 1: |
Meħtieġa biss meta użat bħala flocculant. (1) |
Nota 2: |
Meħtieġa biss jekk l-ilma joriġina jew huwa nfluwenżat mill-ilma tal-wiċċ. (1) |
Nota 3: |
Meħtieġa biss meta l-kloraminazzjoni hija użata bħala diżinfettant. (1) |
Nota 4: |
Meħtieġa biss fil-każ ta' ilma offrut għall-bejgħ fi fliexken jew reċipjenti. |
(1) Fil-każijiet l-oħra kollha, il-parametri jinsabu fil-lista għall-kontroll tal-verifika. |
2. Immonitorjar tal-verifika
L-iskop ta’ mmonitorjar tal-verifika huwa li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex jiddetermina jekk qed ikunx hemm jew le konformità mal-valuri parametriċi tad-Direttiva. Il-parametri kollha stabbiliti skont l-Artikolu 5(2) u (3) għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli tal-verifika sakemm ma jistax ikun stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti, għal perjodu determintat minhhom li, parametru x’akarx mhux preżenti f’forniment f’konċentrazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal possibilità ta’ ksur ta’ valur parametriku rilevanti. Dan il-punt ma japplikax għall-parametri għal radjuattività, li, suġġett għan-Noti 8, 9 u 10 fl-Anness I, Parti C, se jkunu mmonitorjati f’ konformità mar-rekwiżiti ta’ mmonitorjar adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).
TABELLA B1
Frekwenża minima ta' teħid ta' kampjuni w analiżi għal ilma maħsub għall-konsum mill-bnedmin fornut min-network ta' distribuzzjoni jew minn tank jew użata f'impriża ta' produzzjoni ta' l-ikel.
L-Istati Membri għandhom jieħdu kampjuni f'punti ta' konformità kif definit fl-Artikolu 6(1) biex jiżguraw li ilma maħsub għall-konsum mill-bnedmin jilħaq ir-rekwiżiti tad-Direttiva. Madankollu, fil-każ ta' network ta' distribuzzjoni, Stat Membru jista' jieħu kampjuni fiż-żona ta' forniment jew fix-xogħol ta' trattament għal parametri partikolari jekk ikun jista' jintwera li ma jkun sa jkun hemm ebda tibdil għall-agħar fil-valur imkejjel tal-valur tal-parametri kkonċernati.
Volum ta' ilma imqassam jew provvdut kull jum f'żona ta' provvista (Noti 1 u 2) m3 |
Numru ta' kampjuni ta' check monitoring kull sena (Noti 3, 4 u 5) |
Numru ta' kampjuni ta' kontroll ta' l-awditjar kull sena (Noti 3 u 5) |
|
≤ 100 |
(Nota 6) |
(Nota 6) |
|
> 100 |
≤ 1 000 |
4 |
1 |
>1 000 |
≤ 10 000 |
4 + 3 għall kull 1 000 m3/d u parti minnu tal-volum totali |
1 + 1 għall-kull 3 300 m3/d u parti minnu tal-volum totali |
>10 000 |
≤ 100 000 |
3 + 1 għall-kull 10 000 m3/d u parti minnu tal-volum totali |
|
>100 000 |
10 + 1 għall-kull 25 000 m3/d u parti minnu tal-volum totali |
||
Nota 1: Żona ta' forniment hija żona ġeografika li hi fornuta minn ilma maħsub għall-konsum mill-bnedmin minn sors wieħed jew aktar u li fiha l-kwalità ta' l-ilma tista' titqies li hi bejn wieħed u ieħor l-istess. Nota 2:Il-volumi huma kalkulati bħala medji għal sena. Stat Membru jista' juża n-numru ta' abitanti f'żona ta' forniment minflok il-volum ta' ilma biex jiddetermina l-frekwenza minima, waqt li jassumi li l-konsum ta' ilma hu ta' 200 1itru kull jum għall-kull persuna. Nota 3:Fil-kaz ta' forniment għal żmien qasir, il-frekwenza tal-kontrolli ta' ilma imqassam minn tankijiet għandu jkun deċiż mill-Istat Membru konċernat. Nota 4:Għall-parametri differenti fl-Anness I, Stat Membru jista' jnaqqas in-numbru ta' kampjuni speċifikat fit-tabella jekk: (a) il-valuri tar-riżultati miksuba minn kampjuni meħuda matul perjodu mhux iqsar minn sentejn wara xulxin ikunu kostanti u aħjar b'mod sinifikanti mil-limiti stabbiliti fl-Anness I, u (b) ikun probabbli li l-ebda fattur ma jkun sa jnaqqas il-kwalità ta' l-ilma. L-inqas frekwenza applikata m'għandiex tkun anqas minn 50 % tan-numru ta' kampjuni speċifikata fit-tabella minbarra fil-każ partikolari tan-nota 6. Nota 5:Sa fejn hu possibbli, in-numru ta' kampjuni ma għandux ivarja skond il-ħin u l-post. Nota 6:Il-frekwenza għanda tkun deċiża mill-Istat Membru konċernat. |
TABELLA B2
Frekwenza minima ta' tehid u analiżi ta' kampjuni għal ilma fi fliexken jew f'reċepjenti għall-bejgħ
Volum ta' ilma prodott biex jinbiegħ fi fliexken jew f'reċepjenti kull jum (1) m3 |
Numru ta' kampjuni għaċ-check monitoring kull sena |
Numru ta' kampjuni ghall-kontroll ta' l-awditjar kull sena |
|
≤ 10 |
1 |
1 |
|
> 10 |
≤ 60 |
12 |
1 |
> 60 |
1 għal kull 5 m3 u parti minnu tal-volum totali |
1 għal kull 100 m3 u parti minnu tal-volum totali |
|
(1) Il-volumi għandhom jiġu kalkulati bħala medji meħudin fuq sena. |
ANNESS III
SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦALL-ANALIŻI TA' PARAMETRI
Kull Stat Membri għandu jiżgura li kwalunkwe laboratorju li fih jiġu analizzati l-kampjuni għandu sistema ta' kontroll tal-kwalità analitka li hija soġġetta li tiġi iċċekkjata minn ħin għall-ieħor minn persuna indipendenti mil-laboratorju u li huwa approvat f'dik il-funzjoni mill-awtorità kompetenti.
1. PARAMETRI B'METODI TA' ANALIŻI SPEĊIFIKATI
Dawn il-prinċipji għal metodi ta’ parametri mikrobijoloġiċi huma mogħtija jew għar-referenza kull meta jingħata metodu CEN/ISO, jew bħala gwida, skont jekk fil-ġejjieni jiġux adottati mill-Kummissjoni aktar metodi internazzjonali CEN/ISO għal dawk il-parametri. L-Istati Membri jistgħu jużaw metodi oħra, sakemm jiġu mħarsa d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(5).
Dawk il-miżuri dwar iktar metodi internazzjonali CEN/ISO, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).
Batterji Coliform u Escherichia coli (E. coli) (ISO 9308-1)
Enterokokki (ISO 7899-2)
Pseudomonas aeruginosa (prEN ISO 12780)
Numerazzjoni ta' mikroorganiżmi li jistgħu jitkabbru -- Colony count 22 °C (prEN ISO 6222)
Numerazzjoni ta' mikroorganiżmi li jistgħu jitkabbru -- Colony count 37 °C (prEN ISO 6222)
Clostridium perfringens (inklużi l-ispori)
Filtrazzjoni tal-membrana segwita minn inkubazzjoni anerobika tal-membrana fuq agar m-CP (Nota 1) f'44 ± 1 °C għal 21 siegħa ± 3 sigħat. Count opaque yellow colonies li jsiru roża jew ħomor wara li jiġu esposti għall-fwar ta' ammonium hydroxide għal bejn 20 u 30 sekonda.
Nota 1:
Il-komposizzjoni ta' agar m-CP hija:
Medium bażi
Tryptose |
30 g |
Estratt tal-Ħmira |
20 g |
Sucrose |
5 g |
L-Cysteine hydrochloride |
1 g |
MgSO4. 7H2O |
0,1 g |
Bromocresol vjola |
40 mg |
Agar |
15 g |
Ilma |
1 000 ml |
Ħoll l-ingredjenti tal-medium bażi, irranġa l-pH għal 7,6 u sterilizza f'autoclave f'121 °C għal 15-il minuta. Ħallih jibred u żid:
D-cycloserine |
400 mg |
Polymyxine-B sulphate |
25 mg |
Indoxyl-ß-D-glucoside iridu jinħallu fi 8 ml ta' ilma sterili qabel jiżdiedu |
60 mg |
0,5 % phenolphthalein steriliżżat bil-Filtru soluzzjoni ta' diphosphate |
20 ml |
4,5 % FeCL3.6H2O steriliżżat bil-filtru |
2 ml |
2. PARAMETRI LI GĦALIHOM IL-KARATTERISTIĊI TA' L-EŻEKUZZJONI HUMA SPEĊIFIKATI
2.1. |
Għall-parametri li ġejjin, il-karatteristiċi ta' l-eżekuzzjoni speċifikati huma li l-metodi ta' analiżi użati għadhom, ta' l-inqas, ikunu kapaċi jkejlu konċentrazzjonijiet daqs tal-valur parametriku bil-verifikazzjoni, preċiżjoni u limitu ta' detezzjoni speċifikata. Hi x'inhi s-sensittività tal-metodu ta' analiżi użat, ir-riżultat għandu jkun espress billi jintuża għall-inqas l-istess numru ta' deċimali bħal tal-valur parametriku kunsidrat fil-Partijiet B u Ċ ta' l-Anness I.
|
2.2. |
Għall-konċentrazzjoni ta' l-ions ta' l-idroġenu, il-karatteristiċi ta' l-eżekuzzjonmi speċifikati huma li l-metodu ta' analiżi użat għandu jkun kapaċi jkejjel għall-konċentrazzjonijiet daqs tal-valur parametriku b'verifikazzjoni ta' 0,2 pH units u preċiżjoni ta' 0,2 pH units.
|
3. PARAMETRI LI GĦALIHOM MA HU SPEĊIFIKAT EBDA METODU TA' ANALIŻI
Kulur
Riħa
Togħma
Karbonju organiku totali
Turbidità (Nota 1)
Nota 1: |
Fil-każ tal-kontrolli tat-turbidità fl-ilma tal-wiċċ trattat, il-karatteristiċi ta' l-eżekuzzjoni speċifikati huma li l-metodu ta' analiżi użat għandu ta' l-inqas ikun kapaċi jkejjel konċentrazzjonijiet daqs il-valur parametriku b'verifikazzjoni ta' 25 %, preċizjoni ta 25 % u limitu ta' detezzjoni ta' 25 %. |
ANNESS IV
L-AĦĦAR DATI PERMESSI GĦAT-TRASPOŻIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI U GĦALL-APPLIKAZZJONI
Direttiva 80/778/KEE Trasposizzjoni: tas-17.7.1982 Applikazzjoni: tas-17.7.1985 L-Istati Membri kollha ħlief Spanja, il-Portugall u l-Lander ġdida tal-Ġermanja |
Direttiva 81/858/KEE (Tibdil minħabba d-dħul tal-Greċja) |
Att tad-dħul ta' Spanja u l-Portugall
|
Direttiva 90/656/KEE għal-Lander il-ġdida tal-Ġermanja |
Att tad-dħul ta' l-Awstrija, il-Fillanda u l-Isvezja
|
Direttiva 91/692/KEE |
|||||||||||||||||||||||||
L-Artikoli 1 sa 14 |
Applikazzjoni tal-31.12.1995 |
|||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 15 |
Emendat b'effett mill-1.1.1981 |
Emendat b'effett mill-1.1.1986 |
Emendat b'effett mill-1.1.1995 |
|||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 16 |
||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 17 |
L-Artikolu 17(a) infilzat |
|||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 18 |
||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 19 |
Emendat |
Emendat |
||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 20 |
||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 21 |
ANNESS V
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Din id-Direttiva |
Direttiva 80/778/KEE |
L-Artikolu 1(1) |
L-Artikolu 1(1) |
L-Artikolu 1(2) |
- |
L-Artikolu 2(1) (a) u (b) |
Artikolu 2 |
L-Artikolu 2(2) |
- |
L-Artikolu 3(1) (a) u (b) |
L-Artikolu 4(1) |
L-Artikolu 3(2) (a) u (b) |
- |
L-Artikolu 3(3) |
- |
L-Artikolu 4(1) |
L-Artikolu 7(6) |
L-Artikolu 4(2) |
Artikolu 11 |
L-Artikolu 5(1) |
L-Artikolu 7(1) |
L-Artikolu 5(2) l-ewwel sentenza |
L-Artikolu 7(3) |
L-Artikolu 5(2) it-tieni sentenza |
- |
L-Artikolu 5(3) |
- |
L-Artikolu 6(1) |
L-Artikolu 12(2) |
L-Artikolu 6(2) sa (3) |
- |
L-Artikolu 7(1) |
L-Artikolu 12(1) |
L-Artikolu 7(2) |
- |
L-Artikolu 7(3) |
L-Artikolu 12(3) |
L-Artikolu 7(4) |
- |
L-Artikolu 7(5) |
L-Artikolu 12(5) |
L-Artikolu 7(6) |
- |
Artikolu 8 |
- |
L-Artikolu 9(1) |
L-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10(1) |
L-Artikolu 9(2) sa (6) |
- |
L-Artikolu 9(7) |
L-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 10(3) |
L-Artikolu 9(8) |
- |
Artikolu 10 |
Artikolu 8 |
L-Artikolu 11(1) |
- |
L-Artikolu 11(2) |
Artikolu 13 |
L-Artikolu 12(1) |
Artikolu 14 |
L-Artikolu 12(2) u (3) |
Artikolu 15 |
L-Artikolu 13(1) |
- |
L-Artikolu 13(2) sa (5) |
L-Artikolu 17(a) (infilzat bid-Direttiva 91/692/KEE) |
Artikolu 14 |
Artikolu 19 |
Artikolu 15 |
Artikolu 20 |
Artikolu 16 |
- |
Artikolu 17 |
Artikolu 18 |
Artikolu 18 |
- |
Artikolu 19 |
Artikolu 21 |
( 1 ) ĠU C 131, tat-30.5.1995, p. 5 u
ĠU C 213, tal-15.7.1997, p. 8.
( 2 ) ĠU C 82, tad-19.3.1996, p. 64.
( 3 ) ĠU C 100, tat-2.4.1996, p. 134.
( 4 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 1996 (ĠU C 20., ta' l-20.1.1997, p. 133), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1997 (ĠU C 91, tas-26.3.1998,p.1) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 1998 (ĠU C 167, ta' l-1.6.1998, p. 92).
( 5 ) ĠU L 229, tat-30.8.1980, p. 11. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Aċċessjoni ta' l-1994.
( 6 ) ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kunsill 96/68/EC (ĠU L 277, tat-30.10.1996, p. 25).
( 7 ) ĠU L 123, ta' l-24.4.1998, p. 1.
( 8 ) ĠU L 229, tat-30.8.1980, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 96//70/KE (ĠU L 299, tat-23.11.1996, p. 26).
( 9 ) ĠU C 22 tad-9.2.1965, p. 369. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 93/39/KEE (ĠU L 214, ta' l-24.8.1993, p. 22).
( 10 ) ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 93/68/KEE (ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1).
( 11 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implementazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).
( 12 ) ĠU L 158, tat-23.6.1990, p. 56.
( 13 ) Għandu jiżdied skond ir-riżultat ta' l-istudju li għaddej bħalissa.